Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 F'sena WEEE Malta esportat rekord ta' madwar 12,600 fridge u freezer għar-riċiklaġġ Minħabba l-ġarr bil-baħar u l-ispejjeż marbuta tal-portijiet, biex tirriċkla friġġ mormija f'Malta, il-prezz huwa għoli ħafna, meta kkumparat ma' dak f'pajjiżi oħra. Għalhekk, il-kap tal-operat tal-kumpanija WEEE Malta jappella biex dan il-qasam jingħata importanza akbar fl-aġenda ambjentali tal-pajjiż. YENDRICK CIOFFI Ġieli ħsibt x'jiġri meta tbiddel il-fridge jew il-freezer u ċċempel lil tal-bulky refuse biex tarmiha? Għall- kuntrarju ta' materjal ieħor, fil-każ tar- refrigerations, il-proċess mhuwiex daqshekk faċli. Fil- fatt, f 'Malta ma hawn l-ebda impjant għat-trattament u r-riċiklaġġ tal- fridges u l-freezers u dawn ikollhom jiġu esportati barra mill-pajjiż. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Sergio Mallia, kap tal-operat tal-kumpanija WEEE Malta. Mallia spjega kif minkejja l-pandemija, is-sena li għaddiet, il- kumpanija esportat 757 tunnellata ta' fridges u freezers, jiġifieri 200 tunnellata aktar meta kkumparat mas-sena ta' qabel. Dan ifisser li l-kumpanija esportat madwar 12,600 fridge u freezer għar- riċiklaġġ. Dawn inġabru kemm miċ-ċentri tal-iskart goff madwar Malta u Għawdex, fejn jintremew l-oġġetti miġbura mis-servizzi tal-Bulky Refuse jew inkella mingħand produtturi li joperaw is-sistema li tissejjaħ take-back, jiġifieri meta l-operatur jieħu mingħand il-klijent li jkun xtara fridge ġdida, il-fridge l-antika. Fil-fatt, Mallia spjega kif WEEE Malta esportat b'kollox 92 trailer tal-40 pied, 56 minnhom miċ- ċentru tal-Wasteserv tant li tbattlet il-faċilità kollha f 'Ta' Xwieki, f 'San Ġwann, li kienet qed tintuża bħala maħżen għal dan il-materjal, fost oħrajn. X'inhi l-kumpanija WEEE Malta? Tkellimna ma' Mallia f 'aktar dettall dwar din il-kumpanija u anke l-proċess li jwassal biex il- fridges u l-freezers jiġu esportati. Mallia spjega li l-kumpanija toffri compliance ambjentali lill- importaturi tat-tagħmir elettroniku u tal-elettriku fil-qasam tal-Waste Electric and Electronic Equipment (WEEE). "Din l-iskema hija awtorizzata u rregolata mill-Awtorità tal- Ambjent u r-Riżorsi u l-missjoni tagħha hija li tiżgura, flimkien mal-produtturi msieħba magħha, li l-WEEE li jintrema jinġabar, jiġi ttrattat u rriċiklat skont l-aqwa standards ambjentali," saħaq Mallia. Ta' min isemmi li WEEE Malta tirrappreżenta 361 importatur lokali. Għaliex il-fridges ma jiġux itrattati bħal kwalunkwe materjal ieħor li jintrema? L-ILLUM staqsiet lil Mallia għaliex il-fridges u l-freezers mormija ma jkunux trattati bħal kwalunkwe materjal ieħor u għaliex ir-riċiklaġġ tagħhom ma jsirx f 'impjanti f 'Malta. Fil-fatt, il-kap tal-operat tal-kumpanija WEEE Malta spjega kif f 'Malta ma hawn impjant biex jipproċessa u jirriċikla ħafna minn dan it-tip ta' skart li huwa kklassifikat bħala "perikoluż." Spjega kif f 'Malta jsir ħafna żmantellar parzjali tal-materjal li jintrema u mbagħad il-partijiet separati minnu jiġu esportati barra minn Malta għar-riċiklaġġ proprju, skont il-prezz kummerċjali tas-suq. "Fil-każ ta' fridges u l-freezers mormija, f 'Malta ma hawnx impjanti speċjalizzati biex jista' jsir it-trattament ambjentali. F'pajjiżna ma hawnx dan it-tip ta' impjant minħabba l-iskala tal-ekonomija, jigifieri ma jintremewx fridges u freezers biżżejjed li jagħmlu investiment simili vijabbli s-sena kollha," spjega Mallia. Apparti minn hekk, kompla jispjega, skont ir-regoli u l-istandards ambjentali, il-fridge ma tistax tiġi żmantellata manwalment. Dan minħabba li jinkludu l-gassijiet li huma importanti għall-funzjoni tagħhom. Għalhekk, fil-każ tal- fridges u l-freezers dawn il-gassijiet ikunu jridu jiġu trattati f 'impjanti oħra, biex fi kliem sempliċi dawn jitneħħew mingħajr ma jispiċċaw fl-arja. Wara l-materjal ikun jista' jgħaddi minn magni kbar li jqattgħu biċċiet it-tagħmir biex imur għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, il-fridges u l-freezers li jintremew f 'Malta, qed ikollhom jiġu esportati kollha. Kemm tiswa l-esportazzjoni? Min qed jassorbi l-ispejjez? L-ILLUM staqsiet lil Mallia kemm tiswa l-importazzjoni ta' dan il-materjal u min qed jassorbi dawn l-ispejjeż. "Malta hija gżira. La m'hawnx impjanti simili li huma ekonomikament vijabbli, ir- refrigeration kollha qed tigi esportata. Fuq żmien fit-tul, l-importaturi li bil-liġi jiffinanzjaw il-prezz tal-ġbir, it-trattatment u r-riċiklaġġ tal-WEEE qed iħallsu prezz għoli aktar paragun ma kemm iħallsu il-kompetituri tagħhom f 'pajjiżi oħra li m'għandhomx l-ispejjeż marbuta mal-frieght u l-ispejjeż tal-portijiet iżda għandhom biss l-ispejjeż tat- trasport fuq l-art," spjega. Fil-fatt saħaq li biex tirriċkla fridge mormija f 'Malta, il-prezz huwa aktar mid-doppju mill- ispejjeż li jkollhom pajjiżi oħra fl- Ewropa. Ċipru, għandha l-istess problema ta' Malta. 'Il-qasam tal-WEEE għandu jingħata aktar importanza fl- aġenda ambjentali tal-pajjiż' Minkejja dan, Mallia saħaq li xorta waħda hemm soluzzjonijiet. Insista li l-qasam tal-WEEE għandu jingħata importanza akbar fl- aġenda ambjentali tal-pajjiż. Insista li dan jista' jsir billi jkun hawn għarfien akbar nazzjonali dwar is-separazzjoni u t-trattament sew tal-materjal u jkun hemm programmi u inizjattivi apposta mmirati biex il-pajjiż jilħaq il- miri ambjentali f 'dan il-qasam, mingħajr ma jintefa piż enormi fuq il-komunità kummerċjali f 'Malta. Kieku ma jkunx għal kumpaniji bħal dawn, dan il-materjal 'perikoluż' jibqa' mormi f 'Malta mingħajr l-ebda trattament. Imma qabel daħal il-privat, x'kien isir mill-fridges u l-freezers mormija? Fl-aħħarnett, l-ILLUM staqsiet lil Sergio Mallia x'kien isir b'dan il- materjal qabel ma daħal għalihom il-privat. Spjega kif qabel daħlu fis- seħħ dawn l-iskemi, lejn l-aħħar tal-2015, ix-xogħol kien isir direttament mill-Wasteserv, li hija aġenzija tal-Gvern. Il-Wasteserv kienet tagħti kuntratti lill-privat biex jiġi esportat il-materjal. Madanakollu, minn ħames snin ilu 'l hawn, il-privat beda jiffinanzja dan il-proċess. "Ovvjament il-ħidma bejn il- Gvern u l-privat hija importanti sakemm ħafna mill-materjal bħal fridges, jintremew fiċ-ċentri mmaniġġjati mill-Gvern. Dawn iċ-ċentri huma importanti għax l-ispazju fejn jista' jsir dan huwa limitat," insista Mallia. Temm jisħaq li fl-aħħar ħames snin, minn kemm ilhom li daħlu fis-seħħ l-iskemi, żdied ħafna l-għarfien dwar kif jintrema l-WEEE u qed isir ukoll titjib kontinwu biex il-materjal mhux biss jintrema sew iżda anke jiġi rriċiklat skont l-aqwa standards ambjentali. Sergio Mallia Fridges u freezers lesti għall-esportazzjoni