Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
07 analiżi illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 iċ-ċittadinanza, qed iddaħħal ħafna flus u ħafna drabi ma jkunux fl-appartament min qed jikri. Din qed tistaqsi, imma jekk jitla' l-partit tiegħi fil-Gvern din l-iskema se jżommha jew se jneħħieha? Għal persuna li dejjem kienet tivvota PN imma fl-2013 u fl- 2017 ivvutat lill-Partit Laburista. Imdejqa u rrabjata għal ċerta stejjer li ħarġu b'konnessjoni ma' Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, kuntratti u anke attendiet xi protesti favur ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Imma tammetti li f 'ħafna oqsma bħall- ekonomija, is-saħħa, ix-xogħol u l-Covid-19 dan il-Gvern mexxa tajjeb u tirrikonoxxi li saru ħafna passi tajbin fl-aħħar sena fil-Korp tal-Pulizija u anke fil-ġustizzja. Allura ma tafx kif se tivvota. Il-PN kif qed iserraħ ras din il-mara li hu jista' jkun kontinwazzjoni tajba, ta' fejn sejjer tajjeb bħalissa? Għal dik il-persuna, li tinsab fl-iskali ta' isfel ta' dħul, għandha 50 sena, livell primarju ta' edukazzjoni u tilef ix-xogħol minħabba l-pandemija. Ħabbat il-bieb ta' uffiċċju ta' Ministru, li għadu kif fetaħ fil-pjazza tar- raħal u talbu jgħinu biex forsi jsib xogħol bħala security jew cleaner ximkien, forsi jkollu biex jgħaddi u jgħix. Ġimagħtejn wara ingħata xogħol ma' kuntrattur privat bħala security f 'lukanda li se terġa' tiaħ il-bibien tagħha fl-1 ta' Ġunju. Il- PN lil dan ir-raġel x'jista' jgħidlu li huwa ta' rilevanza għalih biex jikkonvinċih jivvota PN? Għal dak il-votant mill- Ħamrun jew mill-Marsa jew San Pawl il-Baħar - li huwa imħasseb b'inċidenti li jseħħu fil-lokalità u nuqqas ta' preżenza tal-pulizija - fid-dawl ta' popolazzjoni kbira ta' immigranti, u wasliet ta' immigranti. Il-PN kif irid li jnaqqas minn dan it-tħassib? Irid pajjiż iktar multikulturali jew inqas multikulturali? U meta jmur fuqu lukandier li jgħidlu li hu biex ikun jista' jopera irid iħaddem għexieren ta' barranin għax ma jsibx biżżejjed Maltin, x'se jgħidlu li hija l-viżjoni tiegħu fuq ħaddiema barranin? Il-PN qatt ma jista' jirbaħ elezzjoni oħra fil-futur qarib jekk mhux se jiddistingwi ruħu mill-Partit Laburista fuq l-aktar kwistjonijiet rilevanti għan-nies. Jekk se jwiegħed sempliċiment kontinwazzjoni ta' dak li għandna issa, għalfejn għandu jbiddel il- partit, il-votant? Tmexxija ġdida ma' Grech! Imma x'inhu jwaqqaf milli jiġri dan? Mhux każ ta' nies għar-rimi! Huwa każ ċar ta' tmexxija ġdida mdawwra b'nies li huma t-tmexxija ta' Adrian Delia jew inkella li ilhom jimilitaw f 'pożizzjonijiet fil-partit għal snin twal. Il-PN sejjer għal elezzjoni ġenerali b'żewġ Viċi Kapijiet li huma prattikament u kważi b'mod kompletament neqsin mix-xena. Robert Arrigo, huwa fatt magħruf li ma jarax għajn ma għajn ma' Grech - fil-fatt ikkampanja bil-qawwi favur Delia u kontra Grech. Daniel Josè Micallef - persuna żagħżugħa, liberali ħafna u voċiferu fuq ħafna kwistjonijiet - huwa l-kompetitur dirett ta' Arrigo. Minn naħa l-oħra - bniedem ukoll kariżmatiku u approachable - David Agius, mill-ġdid huwa kważi assolutament nieqes mix- xena. L-avversarju tiegħu fil- PL huwa Chris Fearne: L-aktar Ministru popolari f 'Malta li bena profil b'saħħtu immens minħabba l-Covid-19 u l-mod kif kien immaniġġjat il-proċess ta' vaċċinazzjoni. Imbagħad hemm Francis Zammit Dimech - persuna affabbli pero' li ilha tokkupa karigi mis-snin 80 fil-partit u li kellu jkun Segretarju Ġenerali biss bħala care-taker! Wara 40 sena f 'karigi differenti persuna fil- politika ġeneralment tibda taħseb biex tiritra, mhux tokkupa l-aktar pożizzjoni importanti f 'termini ta' organizzazzjoni, loġistika u kampanja elettorali. Mela hawnhekk il-PN għandu problema serja. U din hija 1) Jew ma għandux minn fejn jagħżel nies friski u ġodda, li lesti jieħdu t-tmun ma' Grech, 2) Jew il-Kap tal-PN m'għandux il-kuraġġ li jkun hu li jbiddel lil dawn in- nies u jagħżel minflokhom nies li huma ħafna aktar attraenti għall-votant 3) Jew dawn in-nies - minkejja li jafu illi politikament itellfu qegħdin, mhux irebbħu, qed jibqgħu hemmhekk biex ma jħallux lit-tmexxija tagħmel l-avvanzi li forsi tista' tagħmel sa' elezzjoni ġenerali oħra 4) Jew inkella hemm sens ta' rassenjazzjoni u allura kollox pospost għal wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss! Minkejja li l-PN għandu numru ta' żgħażagħ li ħerġin u anke wċuħ ġodda - minn dawn diġà tilef tnejn, li ma kellux jitlef - Angela Coleiro, li kienet qed tibni profil b'saħħtu bil-mod il-mod u issa anke Tiffany Abela Wadge. Indirizzaw il-firda. Imma tista' tiġi indirizzata? Ix-xeni li rajna s-sena l-oħra ta' ġlied, għajjat, tgħajjir ta' traditur, tfigħ ta' tesseri - kemm barra d-Dar Ċentrali u ħafna iktar fuq il-midja soċjali, taw l-impressjoni ta' partit maqbud fi gwerra. It-tneħħija ta' Delia minn Kap tal-PN f 'nofs leġiżlatura, qatt ma kienet se tkun affari faċli għall- PN, anke jekk għall-argument kien hemm raġunijiet validi biex dan iseħħ. Din it-tneħħija tant kienet akrimonjuża u tant wasslet biex kibru d-differenzi fil-PN li kien ovvju, l-ewwelnett li l-PN bena u issolidifika l-immaġini ta' partit mifrud u t-tieninett li dawn id-differenzi se jdumu ma jitranġaw - jekk qatt jitranġaw. Sal-lum għad hemm nies - li pubblikament u fuq il- Facebook isejħu lil Delia 'kap' - sfida ċara lejn Bernard Grech u stqarrija pubblika li huma ma jirrikonoxxux lilu bħala Kap tal-PN. Nies fi ħdan il- PN li wara dak li ġara l-ġimgħa l-oħra sostnew ma' din il- gazzetta li l-Kap preżenti tela' fuq gidba. Eks Kunsillier tal- PN f 'Ħal Balzan, bil-miftuħ fuq il-midja soċjali qal li se jaħdem kontra l-PN, filwaqt li fuq in- naħa l-oħra nies bħal Manuel Delia kienu qed itellgħu blogs jikkritikaw lil Grech u l-attivist Godfrey Leone Ganado jgħid li 'split' hija l-unika soluzzjoni. Minkejja li dan kollu huwa ferm 'il bogħod mill-ġlied tas- sena l-oħra - l-akbar kisba ta' Bernard Grech sa issa, fil-fatt - jidher ċar illi minn taħt għad hemm ħafna diverġenzi serji. Il-problema, mhumiex id- diverġenzi per se. Il-problema hija - u se nitfghuha f 'mistoqsija - id-diverġenzi li jeżistu fil- PN illum jistgħu jintgħelbu? Adrian Delia probabbilment jiġi elett żgur fl-elezzjoni li jmiss. Dawk kontrih, lesti "jgħixu" fl-istess partit miegħu? Kieku l-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, lesti jarawh Ministru fi Gvern ta' Grech? U dawk li għadhom isejħu "kap" lil Delia lesti jċedu l-armi u jaċċettaw lil Bernard Grech bħala l-Kap tal-PN u lesti jaħdmu miegħu fl-elezzjoni? Lesti jaħdmu ma' nies bħal Jason Azzopardi, David Thake, Karol Aquilina u oħrajn? Jekk ir-risposta hija fin- negattiv - mela allura jkun ċar li l-partit għadu mifrud. Ikkontrolla l-immaġini u rranġa dik l-immaġini ta' firda, imma fundamentalment għadu mifrud. U allura l-mistoqsija naturali l-oħra hija: Il-PN jista' jingħaqad? Li jwassal għall-aħħar mistoqsija: Bernard Grech huwa kapaċi jieħu dawk id- deċiżjonijiet iebsa ħafna li alluda għalihom ftit ġimgħat ilu u li jistgħu jfissru tkeċċijiet mill-PN - anke ta' Deputati? Lest jissagrifika persuna għal ġid akbar tal-PN? Sa issa ma jidhirx li għandu l-kapaċità jew inkella li għandu s-saħħa jew l-ispazju fejn jimmanuvra jew ir-rieda, biex jieħu din id-deċiżjoni.