Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 21 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Is-sena ta' twelidek? 1977...is-sena meta f'Awwissu kien miet il-kbir Elvis Presley. X'tiftakar minn tfulitek? Niftakar li kont tifel mistħi però kelli ħafna ħolm x'nixtieq nagħmel realtà. Qatt għamilt xi ġennata tat-tfulija? Jekk għamilt, ħafna minnhom ilħaqt insejthom però, waħda li bqajt niftakar hu li xtaqt nara jekk kontx kapaċi ntir. Għalhekk, minn fuq iż-żurżieqa għolja tal-bandli f'Gwardamanġa kont tajtha għal isfel. Dak il-ħin, kont ma' ommi għax missieri kien qed jagħmel il-figolli. Spiċċajt l-isptar f'ħakka t'għajn u dik is-sena l-figolli ta' missieri spiċċaw maħruqin. Kif bdejt fuq ir-radju? Minn dejjem ħabbejt il- mużika u għalhekk kont mort kors ta' xandir u meta spiċċa, bdejt programm tar-radju fuq stazzjon tal-komunità. X'inhu dak li jsaħħrek fuq ir-radju? Ħafna affarijiet isaħħruni fuq ir-radju imma l-aktar huwa r-rispons tas- semmiegħa speċjalment meta ddoqq xi diska jew tgħid xi frażi jew ħsieb li jolqothom. Min hu l-personalità idolu tiegħek? M'hemmx xi wieħed partikolari però jogħġbuni ħafna l-Papa Franġisku, Frank Sinatra, Andrea Bocelli, l-awtur Paulo Coelho u l-preżentatriċi Oprah Winfrey. Liema ġeneru ta' mużika jogħġbok l-aktar? Lanqas temmen, però l-aktar li togħġobni hija l-mużika soul. Biha nirrilassa ħafna u nsib mumenti ta' kwiet li jien tant nieqes minnhom. Temmen li l-mużika Maltija miexja 'l quddiem? Ħafna... għamlet avvanzi kbar f'dawn l-aħħar 20 sena u nemmen li daqt tiġi ġurnata li nidħlu fl-istorja bil-mużika Maltija. Tippreferi taħdem fuq radju jew televiżjoni? Ħdimt aktar fuq ir-radju milli fuq it-televiżjoni. Ara, aktar nieħu gost fuq ir-radju għax hemm aktar kuntatt mas-semmiegħa. Xorta waħda nixtieq li jkolli opportunatijiet li naħdem fuq it-televiżjoni. Pierre u l-parties? X'nista' ngħidlek? Bil- modestà kollha ngħid li s'issa daqqejt f'kull tip ta' avveniment u naħseb li daqqejt f'kull toqba li toffri mużika jew divertiment madwar Malta, Għawdex u Kemmuna. Kemm int midħla ta' mezzi soċjali bħal Facebook? Mhux ħażin, però sinċerament inħoss li ma nlaħħaqx ma' Facebook. Tim favorit tal-futbol? Ma tantx għandi ċans insegwi futbol, però bħala tim lokali, nżomm mal- Floriana, imbagħad fl-isfera internazzjonali nżomm mal- Italja. L-importanza tal-flus f 'ħajtek? Jien full-time financial controller u għalhekk il- flus inħoss li għandhom importanza għax wara kollox, ċerti ħolm bihom jistgħu jiġu realtà. Però, l-aktar ħaġa importanti f'ħajti mhumiex il-flus imma l-ħin. Il-post ta' rilassament ideali għalik? Apparti d-dar tiegħi, inħoss li biex naqta' minn kollox u noqgħod 'il bogħod mix- xogħol u r-rutina, Għawdex huwa l-ideali. Jekk taqbad ajruplan fejn tagħżel li tmur l-ewwel? Li kieku għandi l-għażla, l-ewwel post li mmur huwa s-Sri Lanka minħabba li togħġobni ħafna l-Ażja u smajt ħafna affarijiet sbieħ dwarha. Qatt kont involut f 'xi tip ta' volontarjat? Sfortunament le, però dejjem nara x'nagħmel u ngħin kif nista' lill-għaqdiet li jitolbu l-għajnuna tiegħi. Però wieħed mill-proponimenti għas-sena 2015 huwa li niddedika aktar ħin lil min qiegħed fil-bżonn. L-iktar mument glorjuż fil- karriera tiegħek s'issa? L-ewwel darba li ġie Malta Enrique Iglesias fl-Isle of MTV u quddiem folla ta' 50,000 persuna kont qed nagħmel il-warm up qabel il- performance tiegħu. Għandek xi pjanijiet partikolari għaż-żmien li ġej? Għandi ħafna,...fosthom niffoka aktar fuq il-mużika, nikkonsolida xogħli bħala financial controller, ngħin aktar fin-negozju tal-mara u kif għidt qabel, niddedika aktar ħin għall-volontarjat. Il-mużika dejjem kienet għal qalb Pierre Cordina sa minn età żgħira tant li meta ta' 16-il sena ġieh iċ-ċans li jingħaqad ma' stazzjon tar-radju, aċċetta bil-qalb u qatt ma ħares lura. Minn dik il-ġurnata għaddew 21 sena u Pierre jgħid li jħoss li għad fadallu ħafna x'jitgħallem! Ħames Minuti Qatt kont involut f 'xi tip L-iktar mument glorjuż fil- Għandek xi pjanijiet Ħames Minuti ma' Pierre Cordina Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Pierre Cordina 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015