Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Q ishom ħolma għaddew 80 sena, għadni niftakar qisu lbieraħ meta kelli 40 sena," beda jgħidli Fr Hilary li għadu għaddej bil-ħidma tiegħu, "Għal grazzja t'Alla ma waqaftx. Niftakar meta bdejt bl-oratorju fis-sittinijiet qisu lbieraħ. Dan l-aħħar għamilna reunion u ġew xi 120 minn dawk it-tfal, li llum kollha nanniet." Xħin jibda jirrakkonta ma jiqafx u jkolli nammetti li jħallik bilqiegħda tisma' r-rakkonti sbieħ li għandu x'jirrakkonta u bdejt ninkwieta xi ftit kif se ndaħħal din l-intervista f 'żewġ paġni. Qalli li hu kien l-uniku kowċ fid-dinja li kkowċja żewġ timijiet rivali għal xulxin fl-istess staġun iżda f 'sezzjonijiet differenti, meta kien jikkowċja lill-minors ta' Tarxien u Hibs. Iżda kienu Hibs li talbuh ikun kowċ magħhom mal-kbar fejn semmieli meta t-tim ġie f 'parità ma' Manchester Utd u beda jsemmili plejers kbar li kienu taħtu bħal Theobald, Privitera, Attard u Dwardu Azzopardi. Anke jekk ma jammettix li kien xi plejer tajjeb ħafna, xorta rnexxielu jilgħab mat-tim tal-Universitajiet Gregorjani f 'Ruma minn fost 3,000 student li kienu jattendu fihom (għalkemm mhux kollha kienu jilagħbu futbol). "Kont dħalt novizz mal-Agostinjani u dak iż-żmien il-patrijiet u novizzi ma setgħux jilagħbu futbol u dan kien qed jinkwetani. Kont il-kunvent Għawdex u għamilt sena ma nħarisx lejn futbol u dan kien fattur li kien qed idejjaqni. Iżda Alla ried li vera nsir saċerdot għax kien tfaċċa l-ġeneral tal- Agostinjani u meta għidtlu li mdejjaq li ma nilgħabx futbol kien bagħatni l-Università Gregorjana ta' Ruma nagħmel in-novizzjat għal erba' snin u hemm stajt nilgħab il- logħba li tant inħobb." Sadattant Fr Hilary qalli li hu kien telaq minn kowċ ta' Hibs u waqaf milli jikkowċja tims tal-kbar meta wara li Hibs kienu ġew f 'parità ma' Manchester Utd, ġimgħa wara lagħbu kontra Gżira u lanqas inġabru, "Kienet pastażata fil- grawnd u ddeċidejt li dak ma kienx ambjent iżjed għalija u fl-1969 tlaqt." Kien ħolom li joħloq skola tat- tfal tal-futbol u bl-għajnuna ta' Agatha Barbara li kienet Ministru tal-Edukazzjoni tagħtu l-grawnd tal-Marsa meta l-Ingliżi telqu minn Il-patri b'esperjenza t'anzjan Dħalt l-Millenium Chapel qalb attività kontinwa ta' voluntiera li jaħdmu għall- ġid ta' żgħażagħ bi problem soċjali, ta' droga u kriminalità. Sibt lil Fr Hilary jilqagħni. Kont ilni ftit ma narah u għalkemm illum jgħodd 80 sena, quddiemi sibt lill- istess Fr Hilary li ilni naf snin twal, attiv u moħħu biss li jiaċċja l-isdi li tori l-ħajja kif jaf hu, b'moħħ miftuħ u mimli enerġija. Fr. Hilary Tagliaferro Twieled f 'Ħal Tarxien fit-28 ta' Ottubru 1934 80 sena Ġie ordnat saċerdot fl-1958 Kien il-fundatur tal-ewwel U/16 League ta' Malta Jaħdem bla heda maż-żgħażagħ speċjalment ma' dawk bi problemi tad-droga u anke l-kriminalità Fl-2000 fetaħ l-Oasi tal-Paċi, il- Millenium Chapel, f 'Paceville Ingħata Ġieħ ir-Repubblika fl-2003 tas-servizz li ta lill-ħajja soċjali u sportiva Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015