Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Ma niftakarx kif, però niftakar biss li sa minn meta kont tifel nilgħab bil-ballun tal-futbol. Missierek m'huwa ħadd ħlief l-eks goalkeeper internazzjoanli u wieħed mill-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol Malti f 'kull żmien, John Bonello. Dan kif inkoraġġik biex tibda tilgħab il- futbol fl-irwol ta' goalkeeper u kif għadu jgħinek illum biex ikollok il-wirjiet mill-aqwa li jkollok fil- grawnd? Biex inkun onest meta bdejt nilgħab ma niftakarx li kont naf li missieri kien jilgħab il-futbol minħabba l-fatt li ommi qatt ma kienet teħodni narah għaliex hu ma kienx ikun irid. Kelli biss ħames snin meta bdejt nilgħab ma' Sliema u minn dejjem niftakarni bejn il-lasti. L-ewwel lasta li ntfajt fiha kienet bil-cones! Missieri beda jgħallimni l-goalkeeping meta tlajt man- Nazzjonal ta' taħt it-12-il sena minħabba l-fatt li hu kien kowċ hemmhekk. Baqa' jarani nilgħab sakemm kelli 18-il sena u jgħinni f 'ċerti sitwazzjonijiet però ftit rani nilgħab fil-Premier u f 'dawn l-aħħar tmien snin forsi rani nilgħab ħames darbiet! Bdejt il-karriera tiegħek ma' Sliema Wanderers. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mal- Blues? Prattikament tista' tgħid li trabbejt f 'Tas-Sliema. Il-ħbieb tiegħi ħafna minnhom kollha minn dawk in-naħat u l-iktar ħin li kont inqatta' kien Tignè. Għalija Tignè kien qisu t-tieni dar tiegħi. Ħadt gost u tgħallimt ħafna fin-nursery ta' Tas-Sliema. Bqajt tiela' mal-kbar avolja fi żmien il-President Robert Arrigo kienet diffiċli ħafna għat- tfal ta' Sliema biex jagħmluha mal- kbar għaliex kien ikun hemm il- krema ta' Malta. Biex inkun onest kont naħseb li se nibqa' nilgħab għall-klabb ta' Sliema matul il- karriera kollha tiegħi. Kont kburi li kont qed nilgħab għall-iktar klabb glorjuż ta' Malta. Fl-istaġun ta' wara li laħaq President tal- Wanderers Keith Perry meta kelli 23 sena kelli wieħed mill-aħjar staġuni li kelli fil-futbol sa issa. Wara tliet snin però kien reġa' wasal iż-żmien biex niċċaqlaq u fuq nota tajba tlaqt b'self ma' Hibernians FC. Għaliex ħallejt lil Sliema Wanderers? Kien hemm bżonn li niċċaqlaq biss però l-President Keith Perry qalli li l-bieb mhux magħluq biex nerġa' nissieħeb mal-klabb ta' Tas- Sliema. Għandek nostalġija tagħhom u teżisti possibiltà li xi darba terġa' tingħaqad magħhom? Jiena għadni plejer ta' Sliema jiġifieri mhux xi ħaġa impossibli li nerġa' ningħaqad magħhom. Mas- Sliema għamilt minn meta kont naf x'inhu ballun u meta tlaqt dejjem kelli swied ta' qalb, biss però kelli esperjenza sabiħa ma' Vittoriosa Stars u ma jiddispjaċini xejn illi ngħaqadt ma' Hibernians FC. Kif ħassejtek tul dan l-istaġun kull darba li affrontajt lill-eks plejers sħabek ta' Sliema Wanderers? Kienet logħba bħall-oħrajn. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Hibernians sa issa? Kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Hibernians. L-atmosfera li hemm hija waħda pożittiva ħafna u l- plejers, flimkien mal-istaff tekniku, kumitat, team manager u partitarji bejnietna qisna familja waħda. Biex inkun onest, qatt f 'ħajti ma kont naħseb li kont se ningħaqad ma' Hibernians u nħossni daqshekk kuntent! M'hemmx dubju li intom il- favoriti netti li tirbħu l-Kampjonat BOV Premier matul dan l-istaġun. Taħseb li din hija tabilħaqq is- sena ta' Hibernians? Nisperaw! Jien nemmen li jekk nibqgħu saqajna mal-art u naħdmu kull ġimgħa b'ħerqa u attenzjoni bħalma għamilna s'issa m'għandniex infallu! Kif inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Branko Nisevic? Waħda pożittiva ħafna. Lil Branko Nisevic nafu bħala plejer għaliex kont nilgħab miegħu mas- Sliema. Tant hu hekk li flimkien irbaħna t-trofew. Biss però minn mindu mort mal-Hibs dejjem irrispettajtu bħala l-kowċ tiegħi. U dik mal-President Tony Bezzina? Tony Bezzina huwa eżempju ta' kif għandu jkun President ta' klabb. M'għandi xejn ħlief kliem ta' tifħir lejh għaliex huwa bniedem serju però fl-istess ħin bniedem ċajtier, dejjem lest li jisma' u jgħin lil dak li jkun u għandu mħabba kbira lejn il-klabb tal-Hibernians. Illum nista' nifhem għaliex in-nies ta' Raħal Ġdid tant jirrispettaw lill-familja Bezzina! Taspira li fil-futur tibqa' tilgħab biss ma' Hibernians? Jiena nħobb ngħix fil-futbol staġun staġun. Però ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nkompli nilgħab għall-Hibernians. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Naħseb li qed jaħdmu b'ħerqa kbira biex itejbu l-futbol Malti. Il-futbol Malti marid? No comment! Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Meta kont żgħir iva però kif bdejt nikber kont iktar iffukat fuq skola u xogħol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nibqa' nilgħab u nikseb kemm nista' unuri sakemm Alla jtini s-saħħa. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol speċjalment fl-irwol ta' goalkeeper. Inġenerali l-futbol huwa sport sabiħ. Biss però mhux dejjem se tkun faċli u sabiħa l-ħajja ta' futboler. L-importanti huwa li ma taqta' qalbek qatt u dejjem tibqa' taħdem u tistinka biex tasal kemm tista'. Il-futbol kapaċi jġib 'injuries' li kapaċi jitfgħuk lura u hemmhekk fejn għandek turi karattru u tistinka iktar biex terġa' tkun fil- grawnd ma' sħabek tilgħab il-futbol – l-isport li tant huwa għal qalbna. Importanti li t-taħriġ tieħdu bis- serjetà biex imbagħad tieħu l-frott tiegħu fil- logħob. Importanti li tkun iddixxiplinat u tgħid le għall- influwenzi ħżiena! SportSillum Henry Bonello – bla dubju wieħed mill-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin u li miexi fuq il-passi ta' missieru - il- goalkeeper leġġendarju John Bonello li kien jilgħab ukoll ma' Hibernians. "Meta bdejt nilgħab ma niftakarx li kont naf li missieri kien jilgħab il-futbol minħabba l-fatt li ommi qatt ma kienet teħodni narah għaliex hu ma kienx ikun irid" "Missieri beda jgħallimni l-goalkeeping meta tlajt man-nazzjonal ta' taħt it-12-il sena minħabba li hu kien kowċ hemmhekk" Il-goalkeeper prolifiku li miexi CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015