Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 IDDIRETTURI artistiċi qed ifaqqsu minn kullimkien. Kollha donnhom iridu jivvintaw ir-rota mill-ġdid. Kollha jitkellmu dwar ir- rebranding. Iżda, fil-verità, dan mhu xejn għajr kliem kożmetiku. Ħu ċ-Ċentru għall-Kreattività (St. James Cavalier) li kien infetaħ fi żmien il-Ministru Louis Galea, b'direttorat immexxi minn Chris Grech tad- Dhalia Group. Il-membri tal-Bord ta' tmexxija ma kinux jieħdu ċenteżmu wieħed, imma kellhom prijoritajiet serji u awtentiċi: skemi ta' kreattività għat-tfal, adolexxenti vulnerabbli u saħansitra persuni b'diżabilità. Il-ħsieb kien l-interkonnettività. Ideat kien hemm kemm trid, anki fil-qasam tal-mużika u t-teatru innovattiv, tant li llum, it-'teatru tond' f 'San Ġakbu sar post ta' proġetti alternattivi regolari. Anke l-wirjiet, digà kienu wirjiet interattivi. Issa qed jerġa' jibda diskors (riċiklat) dwar proposti u kontro- proposti, sottomessi u assessjati minn "panel ta' konsulenti speċjalizzati". Anzi, l-applikanti għall-proġetti qed jingħad li se jkunu "iggwidati" u "jingħataw il-pariri". Dan id-diskors jinħass patronizzanti anzi, għandu bixra 'konfessjonali' jew dottrinali. Id-direttur artistiku l-ġdid għaċ- Ċentru għall-Kreattività għandu jsib sodda mifruxa tajjeb fuqiex jibbaża l-ideat tiegħu. Fis-sena 2000 kien ħareġ dokument estensiv li jimmarka politika kulturali espansiva għal Malta. Id-dokument tlesta wara ħafna diskussjonijiet, intervisti u konsultazzjoni mifruxa. Kien ippreżentat fi Strasburgu u ngħata ġieħ f 'seduta plenarja bħala xempju ta' politika kulturali Ewopea. Id- dokument ippreżenta l-kreattività fis- sensi diversi tagħha, mill-edukazzjoni sal-aspett ekonomiku, saħaq fuq dinamika ġdida fl-arti plastika u performattiva kif ukoll it-trażmissjoni tal-arti etnika u s-sehem tax-xandir, fost oħrajn. Sentejn wara, fl-2002, kien organizzat seminar dwar l-arti fit-turiżmu, li fih ħadu sehem protagonisti mill- oqsma kollha tal-arti performattiva (illum magħqudin fl-APAP). Kienet issemmiet ħafna l-ħtieġa ta' sinerġija. IL-V18 u l-IŻLAMOFOBIJA Mhux biss mhu jinħass xejn ġdid, imma hemm perikli reali li l-kultura tiġi sottomessa għall-preġudizzji. Ħalli nieħdu l-każ tad-direttur artistiku li kien propost għall-V18. Il-kummenti li ħareġ fuq Facebook, jitradixxu l-istess spirtu tal-V18. Ħareġ bi preġudizzju razzist u Iżlamofobiku. Jien ma nafx min ressqu għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Kultura, imma Mario Philip Azzopardi, li prova jgħammex lil Malta bl-esperjeza tiegħu fil-Kanada, qed jikkomprometti proġett kbir internazzjonali b'kummenti kontra l-Iżlam. Imbagħad, f 'eżerċizzju ta' damage control, wara li kemm il- Ministeru tal-Kultura u l-Fondazzjoni V18, iddistanzjaw ruħhom minn dak li beżaq kontra l-Musulmani, stqarr li hu kien qed jirreferi għall-Iżlamici tal-ISIS. Azzopardi, bħala 'direttur artistiku' li suppost qed jirrifletti n-natura internazzjonali tal-V18, m'għandux l-iċken ħjiel tax-Xarija u l-interkonnettività tagħha mal- Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu fil-Medju Orjent. Ix-Xarija għandha l-oriġini tagħha fil-Koran, il-ktieb profetiku qaddis tal- Musulmani li hi kodiċi morali li tkopri karatteristiċi Musulmani, mill-attività sesswali sas-sawm, l-etikett ta' kuljum u l-ekonomija. Anki pajjiż tal-Punent, bħall-Ingilterra, stabbilew il-Muslim Arbitrary Tribunal biex jirrisolvu disputazzjonijiet familjari. Imma d-direttur artistiku tal-V18 qabbel il-kodiċi morali tal-Musulmani man-Nażiżmu, il-Ku Klux Klan u t-traffikar tal-iskjavi. B'xorti tajba għal Malta, din id-darba semmgħu leħinhom il-prattikanti tal-arti performattiva (APAP) fostna. Fi stqarrija li ħarget, l-APAP insistiet li l-preġudizzji ta' Azzopardi (li saħansitra kkwalifika lill-Musulmani bħala 'idjoti') ma joqogħdux mal- proposta li jkun qed imexxi l-proġett kross-kulturali tal-V18. "Il-proġett tal-V18 suppost li se jkun qed jirriffletti l-aspetti varjati tal- kultura Mediterranja," saħqet l-APAP, "imma kummenti razzisti bħal dawk ta' Azzopardi ma jwasslux għal ftehim reċiproku u djalogar kulturali." Dan il- bniedem kien skrinjat qabel inħatar? Jixraq li Malta jkollha lil xi ħadd f 'qagħda li jinfluwenza l-V18 u fl- istess waqt jgħodd lill-Musulmani bħala "idjoti" tal-Profeta? L-Iżlamofobija turi injoranza liema bħalha li ma tixraqx u ma taqbilx mal-oġġettivi inter-kulturali ta' proġett bħall-V18. Bħala kapitali Ewropea, il- belt Valletta għandha tkun l-eżempju klassiku ta' kif jiltaqgħu flimkien il- kurrenti Ewropej u Medju Orjentali. Wara kollox, il-Koran huwa r-risposta ta' Ewropej luminarji minn Charles Darwin sa Sigmund Freud, minn Bertrand Russell sa Albert Einstein. Kif isostni l-poeta Pakistani Muhammad Iqbal: "L-Iżlam fid- dinja tal-lum jitlob interpretazzjoni pragmatika anki fejn jidħlu l-inizjattivi soċjokulturali fl-Ewropa. Il-kapitali Ewropea għandha t-tir li toħloq dimensjoni Ewropea u fl-istess waqt tkun multi-etnika. Fl-2018 Malta se tkun l-eqreb kapitali lejn pajjiżi Nord Afrikani b'popolazzjonijiet u kulturi Musulmani. Din suppost tkun opportunità biex il-Belt tiġġenera benefiċċji kulturali, soċjali u ekonomiċi u tgħolli l-profil u l-viżibbiltà tagħha fuq skala internazzjonali. Imma kummenti razzisti, ċertament, jitradixxu dan il-kunċett għal kollox. Il-bniedem propost fit-tmum tal- V18 ma jistax ikun oġġettiv, issa li kixef idejh. Hu qed jikkomprometti lil Malta. Apoloġija mhux biżżejjed u lanqas 'id-distanza' minn inħawi uffiċjali. B'għajb għal Malta, il-V18 diġà hu ttimbrat bil-preġudizzju u l-Iżlamofobija. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI DIRETTURI ARTISTIĊI U ROTI VVINTATI MILL-ĠDID L-Iżlam: altru li mhux kodici għall-"idjoti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015