Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Ftehim ta' 3 snin għall-organizzazzjoni tal-Isport Malta Awards ILKUNSILL Malti għall-Isport, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar- Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport laħqu ftehim mal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex għat-tliet snin li ġejjin jorganizzaw flimkien l-iSport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dan il-ftehim intlaħaq wara għadd ta' laqgħat li saru bejn uffiċjali tal- KMS u tas-Segretarjat Parlamentari mal-uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Iż-żewġ naħat qablu li għall-ġid tal-Isport lokali tiġi organizzata serata waħda fejn jiġu ppremjati l-individwi sportivi fuq il- mertu u r-riżultati li jkunu kisbu matul is-sena. Il-ftehim ikopri l-Isportivi Nazzjonali li se jsiru f 'Jannar 2015, 2016 u 2017. Għaldaqstant inħatar Kumitat Organizzattiv magħmul minn: Mark Cutajar - • Chairman Charles Camenzuli • Pamela Schembri • Ivan Vella • Joe Cassar • Sandro Micallef • Mario Bonnici • Se jkunu qed jingħataw 12-il unur fis-serata finali li huma s-segwenti: Sportiva tas-Sena • Sportiv tas-Sena • Żagħżugħ tas-Sena • Żagħżugħa tas-Sena • Kowċ tas-Sena • Uffiċjal tas-Sena • Tim tas-Sena • Avveniment tas-Sena • Atleta Għawdxi tas- • Sena Special Olympics Male • Award Special Olympics • Female Award L-għażla tal-Poplu • Dettalji dwar l-edizzjoni 2014 ingħataw minn Mark Cutajar, Chairman tal- Kumitat Organizattiv li ta dettalji dwar il-mod ta' kif saret l-għażla, il-mod tal-votazzjoni kif ukoll dwar ir-rwol tal-pubbliku f 'dawn l-għażliet. Huwa rringrazzja wkoll lill- assoċjazzjonijiet u għaqdiet nazzjonali tal-isport li fix-xhur li għaddew taw il-koperazzjoni tagħhom fl-ewwel fazi tan- nominazzjonijiet. Charles Camenzuli, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ikkummenta li dan il- ftehim huwa xhieda tar-relazzjoni mill-aqwa li teżisti bejn l-GħĠS, il-KMS u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport. Huwa sostna li daqstant ieħor dan il- ftehim huwa xhieda ta' koperazzjoni sħiħa bejn min jamministra l-politika tal-isport f 'pajjiżna u l-media tal-isport. Fuq l-istess fattur saħaq is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fejn għamel riferenza li mill-ewwel laqgħat li saru mal-GħGS dejjem kien hemm ir- rieda komuni li b'sens ta' koperazzjoni dawn l-għażliet ikunu organizzati flimkien mas-setturi kollha tal-mezzi tax-xandir tal- isport. Indirizza wkoll lil dawk preżenti Dr. Luciano Busuttil, Chairman tal- Kunsill Malti għall-Isport. L-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li jippremjaw l-atleti fuq il- prestazzjonijiet tagħhom matul is-sena 2014 se jsiru s-Sibt 31 ta' Jannar 2015 u se jixxandru dirett fuq TVM2. Intant, il-finalisti kif ukoll dettalji oħra dwar loġistika tas-serata finali se jitħabbru waqt konferenza stampa li se ssir nhar l-10 ta' Jannar. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-kumitat organizattiv u mitlub jagħmel dan permezz ta' komunikazzjoni elettronika fuq awards@sportmalta.org Mark Cutajar, l-Onorevoli Chris Agius, l-Onorevoli Luciano Busuttil u Charles Camenzuli waqt il-konferenza stampa li ha tħabbar ftehim ta' 3 snin għall- organizzazzjoni tal-Isport Malta Awards "Nittama li ma' Naxxar ikolli ċ-ċans nuri iktar it-talent tiegħi" – Jorge Santos Silva NHAR it-Tlieta l-attakkant prolifiku Brażiljan ta' 27 sena Jorge Santos Silva ffirma ma' Naxxar Lions wara li ġie rilaxxat minn Tarxien Rainbows ftit tal-jiem ilu. F'kuntatt li għamel dan il-ġurnal mal-istess attakkant, huwa saħaq li jinsab kuntent ħafna li ffirma ma' Naxxar Lions waqt li qed jittama li jkollu ċ-ċans li juri iktar it-talent tiegħu fil-futbol. Naxxar Lions se jkun il- ħames klabb Malti li Jorge Santos Silva se jkun qed jilgħab miegħu fil-futbol Malti. Huwa kien ingħaqad ma' Vittoriosa Stars fl- istaġun 2010/11 u skorja seba' gowls f '24 logħba. Fl-istaġun ta' wara huwa ngħaqad ma' Sliema Wanderers fejn skorja tliet gowls fi 15-il logħba qabel ġie ttrasferit ma' Birkirkara f 'nofs l-istaġun fejn skorja seba' gowls f '14-il logħba. Fis-sajf tal-2012 l-attakkant Brażiljan irritorna f 'pajjiż twelidu, il-Brażil, iżda rritorna lura Malta fil-bidu tal-istaġun 2013/14 fejn kien issieħeb ma' Tarxien Rainbows. Wara li skorja disa' gowls fi 30 logħba mar-Rainbows, huwa ġie kkonfermat għal staġun ieħor magħhom. Madankollu huwa ġie rilaxxat wara li skorja gowl wieħed biss f '14-il logħba magħhom. Huwa se jkun it-tmien plejer barrani ma' Naxxar Lions flimkien ma' Emmanuel Ibok Edet, David Alejandro Reano, Christopher Edafe Uzeh, Gilmar da Silva Ribeiro, Pablo Doffo, Uchenna Emenike Mbachy u Pape Gueye. Il-plejer Sidney da Silva ġie rilaxxat minn Naxxar Lions ftit tal- ġimgħat ilu. Jorge Santos Silva -azzjoni kontra Qormi iktar kmieni matul dan l-istaġun Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015