Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 27 SPORTSillum "Nittama li ngħin lil Balzan biex l-ambizzjonijiet tagħhom isiru realtà" – Bojan Kaljevic FTIT tal-jiem ilu Balzan akkwistaw lill-attakkant prolifiku Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta fuq kuntratt ta' tliet snin. Dan fit-tentatttiv tagħhom li jirnexxielhom jiksbu kwalifikazzjoni storika għall-post fl-Ewropa matul l-istaġun li ġej. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Kaljevic innifsu fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil- karriera tiegħu ma' Balzan. Huwa saħaq li: "Ġejt fi klabb li għandu ambizzjonijiet kbar. Nittama li ngħin biex l-ambizzjonijiet ta' Balzan isiru realtà. Ma' Balzan għandi ħabib kbir li huwa Gianmarco Piccioni hekk kif kont nilgħab miegħu ma' Mosta. Ninsab kuntent ħafna li se nerġgħu nilagħbu flimkien wara li diġà kellna esperjenza tajba flimkien! Barra minn hekk Balzan għandhom ukoll kowċ tajjeb f 'Oliver Spiteri," temm jgħid Bojan Kaljevic. Għall-fini ta' statistika Kaljevic ingħaqad ma' Mosta fis-sajf tal-2013 mingħand il-klabb Montenegrin tal- Ewwel Diviżjoni, Mladost. Fl-ewwel staġun tiegħu mal-Blues, huwa skorja 12-il gowl f '24 logħba waqt li dan l-istaġun skorja seba' gowls sa issa. Wara li ngħata sospensjoni ta' tliet logħbiet ironikament wara logħba kontra Balzan, Kaljevic se jkun jista' jagħmel id-debutt tiegħu ma' Balzan fil-logħba valida mill-FA Trophy kontra Żabbar St Patrick nhar il-21 ta' Jannar jew fil-logħba valida mill-Kampjonat BOV Premier kontra Sliema Wanderers nhar il-25 ta' Jannar. Bojan Kaljevic ftit wara li ġie ppreżentat b'mod uċjali ma' Balzan "L-esperjenza ma' Qormi tista' twassalni għall-post importanti fil-karriera" – Clifford Gauci ILPLEJER ta' nofs il- grawnd ta' 22 sena Clifford Gauci nħall mill-kuntratt tiegħu ma' Żebbuġ Rangers biex ngħaqad mal-ġirien iżda arċi-rivali Qormi. Din l-aħbar waslet erba' xhur biss wara li fil-11 t'Awwissu li għadda, l-istess Gauci kien ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb b'sentejn oħra. Fil-passat riċenti, Clifford Gauci, lagħab ma' Pietà Hotspurs, Valletta u Rabat Ajax. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Gauci nnifsu fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħu ma' Qormi. Huwa saħaq li: "Naħseb li kelli esperjenza sabiħa ma' Żebbuġ Rangers speċjalment mal-istaff tekniku mmexxi minn Jesmond Zammit, Vince Carbonaro u Bruce Genovese. Tgħallimt ħafna minn dan it-tim. L-esperjenza l-ġdida qed inħares lejha bħala sfida li tista' twassalni għall-post importanti fil-karriera tiegħi. Qormi huwa tim li jista' jkun kompetittiv ħafna. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-partitarji Żebbuġin għax dawn kienu importanti ħafna fil-karriera tiegħi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015