Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt I r-riżoluzzjoni tas-sena l-ġdida hi tradizzjoni li għandha l-oriġini tagħha reliġjużi meta n-nies tal- Babilonja kienu jwiegħdu lill-allat tagħhom fil-bidu ta' kull sena li se jirritornaw dak kollu li jkunu ssellfu s-sena ta' qabel u jħallsu d-djun li kellhom. Ir-Rumani kienu jwiegħdu lill- alla Janus li se jgħixu ħajja aħjar. Bħalma kienu jagħmlu l-Kavallieri fi żmien il-Medju Evu li jwiegħdu li jkunu aktar tajbin. Waqt żmien il-festi li għadhom kif intemmu, meta kulħadd ikun mitluf fl-ispirtu natalizju (u dak alkoħoliku) kulħadd jagħmel l-eżami tal-kuxjenza u jiddispjaċih għall-iżbalji li wettaq matul is-sena li tkun intemmet u jibdew ir-riżoluzzjonijiet ta' ħajja mimlija mħabba lejn għajrna, karità lejn kull proxxmu li ma tibdiex u tispiċċa mal-Istrina u lanqas mal-kulur tal-ġilda u altruwiżmu bla ma biss naħsbu fina nfusna. B'hekk ir-riżoluzzjoni tagħna għandha tkun li wieħed jibda jieħu gost bil-ġid ta' ħaddieħor. Dawk li bi skuża tal-festini u l-inviti, iffangaw kemm felħu jagħmlu riżoluzzjoni li se jibdew id-dieta u wara jumejn mad- dieta jerġgħu jdaħħlu l-għaġin, il-ħelu u xi tazza birra u forsi jispiċċaw b'xi żewġ kilos aktar. Hawn min jagħmel riżoluzzjoni li se jaqta' s-sigaretti u jispiċċa jpejjep dawk elettroniċi li jagħmlulu ħsara aktar. Inkella li jibdew jidħku iżjed u jispiċċaw b'dawk ta' madwarhom jibdew jaħsbuhom li bliehu. Hemm min jagħmel riżoluzzjoni li jgawdi iżjed lill-familja bi sħabu jgħajruh imsawwat. Hemm min jagħmel riżoluzzjoni li jibda jfaddal u jispiċċa bi sħabu tax-xogħol jgħajruh qammiel. Hemm min jagħmel riżoluzzjoni li jsib impjieg aħjar u jekk ma jirnexxilux, jiżvoga fil-Gvern li mhux vera Tagħna Lkoll. Hemm min jiddeċiedi jmur jara partita futbol u jieħu gost jekk it-tim tiegħu jitlef billi japplawdi lill- oħrajn. Jibqa' fatt li dawn ir- riżoluzzjonijiet m'huma xejn ħlief daħk fil-wiċċ. Inkunu qed nidħku bina nfusna u min jagħmel riżoluzzjoni f 'isimna jkun qed jidħak bina u xejn iżjed. Issa billi l-gvernijiet iwegħduna l-paċi llum, u nibdew gwerer f 'isem il-paċi għada? Billi l-politiċi jagħmlu riżoluzzjoni li dis-sena se jaħdmu aktar id f 'id b'solidarjetà ma' xulxin u għada kif jiftaħ il-Parlament jibdew bit-tgħajjir, akkużi ta' korruzzjoni u insulti bl-addoċċ lejn xulxin? Issa billi jwegħduna li se jisimgħuna aktar u għada tmur tkellimhom u ssib il-bibien magħluqin li jinfetħu biss lejlet xi elezzjoni? Issa billi l-parlamentari jwegħduna onestà llum meta bwiethom imlewhom ilbieraħ u lesti biex kif ikollhom ċans iħitu but ieħor ħa jimlewh ukoll. Min jemmen fir-riżoluzzjonijiet li s-sena l-ġdida se tkun aħjar u differenti minn dik li għaddiet, ikun qed jgħix f 'Disneyland. Il-poplu se jibqa' jħallas it-taxxi, il-poplu se jibqa' jgerger għax ma jistax ilaħħaq mal-ħajja, il-poplu se jibqa' jgerger li ma nqediex u l-gvernijiet se jibqgħu jwegħduna l-paċi, l-ugwaljanza, l-onestà u l-ġustizzja. Iżda tibżgħux 11-il xahar u nofs ieħor dawn ir-riżoluzzjonijiet se terġgħu taqrawhom u tisimgħuhom. Dejjem l-istess. Mhux ta' b'xejn li studju li sar minn Richard Wiseman fl- Università ta' Bristol sab li 88% li jagħmlu r-riżoluzzjonijiet fl-aħħar tas-sena jfallu. Nisperaw biss li l-politiċi tagħna dis-sena jkunu dawk it-12% li jżommu mar-riżoluzzjonijiet tagħhom. Ir-riżoluzzjoni tagħna bħala gazzetta se tkun li nieħdu ħsieb li naraw li kulħadd iżomm kelmtu. Nispera li anke aħna nkunu fost dawk it-12%. Għalkemm il-parir tagħna hu li jekk trid ittejjeb ħajtek u l-mod kif tgħixha ibdilha meta tinduna li qed timxi ħażin u mhux tistenna l-ispirtu tal-festi tal-Milied. Ir-riżoluzzjoni tal-aħħar tas-sena: daħka bik innifsek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015