Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 7 Pulizija u li kien involut f 'reat kriminali u membru tal-Korp tal-Pulizija li kien jaħdem f 'dan l-istabbiliment, li għalkemm ma kellux x'jaqsam mad-delitt kien preżenti meta wieħed minnhom mar iċempel. Allegazzjonijiet minn barrani F'nofs l-1994, raġel barrani ta' nazzjonalità Eġizzjana li għamel xi snin jgħix Malta, kien allega li fil-qtil ta' Cutajar kienu involuti xi membri tal-Korp tal-Pulizija. Minkejja dawn l-allegazzjonijiet, mhux magħruf jekk dan il-barrani kienx qal ir-raġuni għaliex lil Cutajar riduh mejjet. Minn stħarrig jirriżulta li l-persuni li semma l-barrani kienu ċaħdu kollox, tant li anke qalu li lanqas qatt ma kienu rawh qabel. Iżda l-barrani baqa' jinsisti ma' diversi persuni oħrajn li tant dawn il-persuni kien jafhom u anke huma jafu lilu, li saħansitra ddiskriva bi preċiżjoni d-dar ta' waħda mill- persuni li għamel allegazzjoni fuqha. L-eks-Kummissarju tal-Pulizija George Grech kienet waslitlu informazzjoni mingħand persuna dwar diskursata li semgħet bejn żewġ persuni. Dawn kienu nstemgħu jikkonfoffaw biex joqtlu lil dan il-barrani minħabba li kien se jmur għand il-Pulizija b'informazzjoni dwar min kien involut fil-qtil ta' Godwin Cutajar. Din id-diskursata saret f 'lukanda fil-Qawra iżda l-persuna li semgħet din id-diskursata tkellmet mal- eks-Kummissarju Grech wara li allegatament il-barrani kien involut f 'aggressjoni. Dawn l-allegazzjonijiet iżda qatt ma ġew ipprovati. Suspetti u mottiv Sigħat wara li seħħ dan il-qtil il-Pulizija kienet diġà ġabret diversi persuni biex jgħinuhom fl-investigazzjonijiet tagħhom. Minkejja sigħat twal ta' interrogazzjoni l-Pulizija baqgħu ma waslux għall-qattiel jew qattiela u dawk li kienu arrestati kellhom jinħelsu. Iżda sorsi li kont tkellimt magħhom dwar dan il-każ, il-Pulizija kellhom suspetti qawwijin dwar il-mottiv wara l-qtil ta' Cutajar. Għalkemm l-investigaturi, kemm mill- istħarriġ intensiv kif ukoll minn informazzjoni li kienet waslitilhom, kienu waslu li l-probabbilità kbira l-mottiv kien vendetta. Bintu stenniet it-telefonata Bint il-vittma, Chantel, dak iż-żmien kellha madwar ħames snin meta missierha nqatel kiesaħ u biered. Peress li Godwin kien spiss isiefer minħabba wirjiet tal-klieb, Chantel, bl-innoċenza ta' tifla żgħira kienet temmen li missierha kien reġa' siefer meta rat li ma kienx irritorna d-dar u għamlet jiem tistenna dik it- telefonata mingħandu bħalma kien jagħmel kull darba li jkun barra minn Malta. Iżda din it-telefonata baqgħet qatt ma waslet. Godwin u l-klieb Kull min kien jaf lil Godwin Cutajar, kollha jistqarru kemm ir-raġel kien dilettant tal-klieb u l-imħabba li kellu mhux biss għall-klieb tiegħu imma wkoll għal kull kelb li kien jara. Godwin kien jagħmel kollox għall-klieb b'mod speċjali għal dawk li kien irabbi hu stess. Cutajar kien għamel xi żmien f 'kariga għolja fil-Malta Canine Society li torganizza kompetizzjonijiet tal-klieb u kien għalhekk li kien isiefer spiss fejn rari kien jonqos milli jattendi xi wirja jew kompetizzjoni. Il-karozza Fiat 127 li ħdejha nqatel Godwin Cutajar qed titneħħa mill-Pulizija Il-Pulizija jagħlqu l-aċċess tat-triq li minnha għaddew il-qattiela wara li qatlu lil Cutajar pistola żgħira fuqu Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: ARKIVJI NAZZJONALI X'aktarx li Cutajar ipprova jbaxxi rasu hekk kif ra l-arma, iżda kien tard wisq u niżel fl-art qrib karozza Fiat 127 b'feriti fatali f 'rasu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015