Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 5 • L-uniku każ li ġie investigat mill-Pulizija bħala suspett ta' teħid ta' droga eċċessiva seħħ fid-19 ta' Ottubru meta żagħżugħ ta' 24 sena minn Wied il-Għajn iddaħħal l-Isptar Mater Dei u miet ftit tal-ħin wara. Għarqa Matul is-sena l-oħra tilfu ħajjithom tmin persuni f'seba' każijiet separati permezz ta' għarqa. Is-sena ta' qabel kien hemm l-istess ammont ta' każijiet imma kienu mietu 12-il persuna. Tlieta minn dawk li għerqu fl-2014, mietu fl-istess ġurnata. It-tmin persuni kienu kollha barranin. • L-ewwel għarqa seħħet fit-3 ta' Marzu meta Jacek Malek mill-Polonja kien qed jieħu ritratti fid-Dwejra f'Għawdex u nġarr minn mewġa kbira. • Fit-30 ta' Mejju mara ta' 46 sena mill-Ġermanja għerqet meta kient qed togħdos fix-Xatt l-Aħmar f'Għajnsielem, Għawdex. Fl-4 ta' Ġunju għereq Irlandiż ta' 65 sena meta kien qed jgħum f'Għajn Tuffieħa. • Nhar is-17 ta' Ġunju seħħew tliet imwiet fil- baħar. Anton Potzcbauer, Awstrijak ta' 64 sena sab ruħu f'diffikultajiet meta kien qed jogħdos f'Ras ir-Reqqa, fix-Xwejni, Żebbuġ, Għawdex. Aktar tard grupp ta' għaddasa kienu fid-Dwejra, Għawdex ukoll u tnejn minnhom - Nigel Haines, Ingliż ta' 59 sena u Larissa Hooley, ukoll Ingliża, tilfu ħajjithom. • Fit-2 ta' Awwissu, Svediż ta' 39 sena tilef ħajtu meta kien qed jogħdos 'il barra mill-Aħrax tal-Mellieħa u fl-24 ta' Settembru, Indjana ta' 55 sena residenti Tas-Sliema wkoll mietet kawża ta' għarqa meta kienet qiegħda tgħum f'Tas-Sliema fl- inħawi magħrufin bħala Fond Għadir. Inċident fatali fuq il-post tax-xogħol Mill-istatistika li nżommu jirriżulta li kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 kienu tlieta l-inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. • L-ewwel fatalità fl-2014 seħħet fil-11 ta' Marzu meta Modibo Konate ta' 37 sena mil-Liberja waqa' minn għoli ta' erba' sulari fuq sit ta' kostruzzjoni fi Triq il-Pont, fil-Mosta. • Fl-1 ta' Awwissu żagħżugħ ta' 18-sena mis-Sirja u li kien joqgħod Ħal Tarxien waqa' minn għoli ta' tliet sulari wkoll f'sit ta' kostruzzjoni din id-darba fi Triq Psaila, f'Birkirkara. • L-aħħar inċident fatali fuq il-post tax-xogħol seħħ fit-13 ta' Settembru meta Marco Gonzi ta' 48 sena mill-Fgura nqabad bejn il-bibien ta' lift tal-merkanzija tal- istabbiliment 'Four Ts' fil-limiti ta' Bir id-Deheb. Hold-Ups Statistika mhux uffiċjali ta' hold-ups li saru matul l-2014 turi li b'kollox seħħew tmin każi filwaqt li s-sena ta' qabel sirna nafu li seħħew 18-il każ fejn kienu ħallew 21 vittma. • Fit-12 ta' Jannar seħħew żewġ hold-ups. Wieħed fil-Gaming Shop ta' Triq Tarxien, f'Raħal Ġdid fuq impjegata ta' 22 sena mill-Marsa fejn kienu misruqin €2,000 u t-tieni wieħed dakinhar stess sar fuq impjegat ta' 23 sena mill-Fgura li jaħdem f'pastizzerija fi Triq Għajn Dwieli, ukoll f'Raħal Ġdid. Hawnhekk insterqu madwar €200. • Fis-17 ta' Jannar insterqu €300 minn banka tal-lottu fi Triq il-Qalbiena Mostin fil-Mosta fejn kien hemm impjegat ta' 26 sena min- Naxxar. • Fil-11 ta' Frar ħallelin għamlu hold-up fil- Bestplay fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun fuq impjegat ta' 23 sena minn Ħal Qormi minn fejn kienu nsterqu €1,000. Fl-20 ta' Mejju nsterqu madwar €1,000 oħra minn fuq Diane Calleja ta' 23 sena mill-Gżira meta kienet f'The Strand Aparthotel fil-Gżira. Fit-2 ta' Ġunju serqa li fiha nsterqu madwar €4,000 saret f'St Matthew Pharmacy, fil-Gżira. • Fit-12 ta' Ġunju l-Pulizija arrestat lil Miriam Elabed ta' 21 sena mill-Belt li serqet oġġetti personali lil żewġ tfajliet li kienu Ta' Xbiex. • Fil-31 ta' Diċembru, ġuvni ta' 20 sena minn Bormla daħal jagħmel f'hold- up fi stabbiliment tal- gaming f'Ħaż-Żabbar. Dan iż-żagħżugħ, Dave Delia tressaq il-qorti din il-ġimgħa u weħel sentejn u nofs ħabs. x'aktarx kienu ta' tpattija L-ewwel omiċidju tas-sena kien fl-4 ta' Frar meta nqatel Ġużi Galea, fil-Marsa Pietru l-Ħaqqa kien inqatel b'żewġ tiri ta' arma tan-nar x'aktarx b 'pistola semi-awtomatika Il-Ħaqqa nqatel għall-ħabta tas-2.10pm fil-garaxx tiegħu Ġużi Galea - il-ġilda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015