Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 85 14 9 44 35 24 86 83 WATERFRONT Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun ST. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi HOLY Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara REGAL Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida MARC Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema ST. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar TARXIEN Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla MEDIATRIX Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar ST. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq ST. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria LAURETANA Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem 19-il theddida ta' bomba fl-2014 L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 12˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 7 li jdur mill-Majjistral forza 6 għal 7 u jsir forza 5 mal-lejl BAĦAR Awwi li jsir qawwi ħafna L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 12˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 5 li jsir Tramuntana forza 4 mal-lejl BAĦAR: Qawwi Kull impjegat għandu jkun imħarreġ għal kull eventwalità ta' emerġenza Ikompli minn paġna 1 DAN huwa reat serju tant li min jinqabad, jitressaq il- Qorti b'arrest u jekk jinstab ħati, il-piena hija priġunerija u multa. Fil-fatt, fl-2011 il-Qorti kienet ikkundannat żagħżugħ ta' 24 sena miż- Żejtun sentejn ħabs u multa ta' €576 wara li nstab ħati li għamel theddida ta' bomba fil-Qorti. Dwar il-pieni tkellimna ma' uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija li qalilna li wasal iż-żmien li l-pieni jkomplu jiħraxu u li mal-piena ta' ħabs u multa għandha tiżdied ukoll dik magħrufa bħala "Dejn Ċivili". Dan ifisser li meta persuna titressaq il- Qorti fuq theddida ta' bomba, barra l-piena ta' priġunerija u multa, il-Qorti tikkundanna lill-ħati biex iħallas l-ispejjeż li jkunu saru biex issir it- tfittxija, it-telf finanzjarju li jkun sar u l-ispejjeż tal-kawża fost spejjeż oħrajn. Sorsi qrib il-Forzi Armati ta' Malta qalu lill-ILLUM li mill-bidu ta' Jannar l-2014 it-Taqsima tal-Explosive Ordinance Disposal (EOD) tal-FAM kienet imsejħa mill- inqas 19-il darba fuq theddida ta' bombi. Barra t-13-il każ ta' theddid fil-bini tal-Qorti, kien hemm theddid f 'sitt postijiet oħrajn. Dawn kienu f 'kumpanija privata fl-Imsida, fl-Iskola St Patricks f 'Tas- Sliema u fl-Iskola Primarja tal-Gvern f 'Marsascala, f 'karozza fiż-Żurrieq, fil- kumpless McDonalds ta' Tas-Sliema u l-aktar riċenti fuq vapur tal-Gozo Channel. B'xorti tajba kull każ kien fin- negattiv, għalkemm dejjem inħoloq inkonvenjent għal ħafna nies. Diversi sorsi li tkellimna magħhom dwar kemm hija gravi meta ssir theddida ta' bomba, qalulna li din hija kwistjoni serja ħafna. "Kull darba li ssir theddida ta' bomba tħarbat ir-rutina tal-post fejn issir u din tiswa ħafna flus. Iżda agħar minn hekk jista' jkun hemm xi ħadd li jkollu każ ta' emerġenza u minħabba theddida ta' bomba ma jkunx jista' jasal," qalu dawk li tkellmu magħna. Żiedu jgħidu "Jekk tara l-aħħar każ fejn saret it- theddida fuq vapur tal-Gozo Channel, seta' kien hemm xi ħadd li kellu każ li ried jitla' Għawdex, jew jinżel Malta, b'emerġenza, imma minħabba persuna irresponsabbli, is-servizz tal-Gozo Channel dam wieqaf għal madwar tliet sigħat u jekk kien hemm xi emerġenza dan kellu jistenna." Sorsi qrib it-Taqsima tal- EOD tal-Forzi Armati qalulna li meta tidħol telefonata ta' theddida ta' bomba, l-aktar f 'post fejn hemm diversi kmamar, bħalma huwa l-Qorti, lukandi, skejjel u stabbilimenti, l-impjegati huma l-iktar persuni li jkunu jafu l-post, ħafna aħjar mill- Pulizija u s-suldati. Kaxxa jew pakkett li s-soltu ma jkunx hemm, l-impjegati li jafu l-post sew jindunaw li dan mhux suppost ikun hemm. Min-naħa l-oħra kemm il-Pulizija kif ukoll is-suldati li jmorru jagħmlu t-tfittxija se jaħlu ħin prezzjuż ma' kull pakkett li jaraw. "Jekk it-telefonata tidħol fil-post fejn tkun saret it-theddida, min jirċievi t-telefonata għandu immedjatament jinforma lill- Pulizija. Kull impjegat għandu jkun imħarreġ għal kull eventwalità ta' emerġenza, fosthom theddida ta' bomba. Għaldaqstant kull wieħed u waħda mill-impjegati jkun assenjat żona u jfittxu għal oġġett suspettuż li s-soltu ma jkunx hemm. Jekk isibu xi ħaġa suspettuża, dawn ma jmissuhx, jinfurmaw lis- superjuri tagħhom u jaraw li ma jersaq ħadd lejn l-oġġett. Jekk l-oġġett ikun f 'xi kamra, isakkru l-kamra u jwarrbu. Jekk hemm persuni fil-qrib dawn għandhom ikunu evakwati minnufih. B'hekk meta jaslu l-membri tal-EOD ikunu diġà jafu fejn iridu jmorru," qalilna sors fi ħdan l-Armata. Dan is-sors qalilna wkoll li wħud mill-awtoritajiet barra minn Malta jużaw is-sistema li jħallu lill-impjegati jagħmlu l-ewwel tfittxija u wara jmorru l-membri tal-Bomb Disposal. L-istess sors kompla jgħidilna li xorta waħda dejjem issir tfittxija mal-post kollu bħala prekawzjoni. Ordna biex ma jittieħdu ebda passi dixxiplinarji Ikompli minn paġna 1 XAHREJN qabel dan kollu, fis-17 ta' Frar 2011, il-Kumitat ta' Kontra t-Tortura tal-Kunsill tal- Ewropa kien ippubblika rapport ta' 80 paġna dwar Malta. Fost oħrajn dan ir-rapport kien tratta l-kundizzjonijiet li kienu qed jgħixu fihom l-immigranti irregolari. F'paragrafu 46 tar-rapport il- Kumitat kien qal lill-Gvern Malti li l-kredibbiltà tal- ġlieda kontra t-trattament ħażin tal-immigranti tkun imminata kull darba li uffiċjali responsabbli minn abbużi, ma jinżammux responsabbli ta' għemilhom. Meta iżda xahrejn biss wara ngħata parir biex jittieħdu passi kontra uffiċjali involuti f 'ħarba li rriżultat f 'mewt ta' persuna, l-eks Ministru Mifsud Bonnici mar għal kollox kontra dak li kien irrakomanda l-Kunsill tal-Ewropa u minflok ordna biex ma jittieħdu ebda passi dixxiplinarji. Din l-attitudni tmur ukoll kontra l-konklużjonijiet tal- inkjesta li kienet saret dwar il-mewt tal-immigrant minn Niġerja, li kienet irrimarkat li għandhom jiġu nfurzati r-regoli ta' dixxiplina u sigurtà, u fejn dawn ma jiġux obduti għandhom jittieħdu passi immedjati. L-inkjesta kienet saħqet li n-nuqqas ta' passi immedjati jista' jindika li kollox jista' jgħaddi. Sadanittant il-gazzetta ILLUM għamlet kull mezz sabiex tikkuntattja lil Carm Mifsud Bonnici biex titlob il-kummenti tiegħu dwar dan iżda baqgħet bla tweġiba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015