Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 15 IKUN tajjeb f 'dan il- mument, hekk kif qegħdin nibdew sena ġdida, li nħarsu ftit lura lejn is- sena li għadha kemm intemmet u nagħmlu ftit riflessjonijiet. Bħala Nisa Laburisti, l-organizzazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista li hija l-għodda li fi kliem il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista tmexxi 'l quddiem l-aġenda femminista tal-Partit matul l-2014 imbarkajna fuq proġett ta' tiġdid u rinovament. Propju ftit tal-ġranet ilu, permezz ta' laqgħa ġenerali straordinarja, ġie approvat statut ġdid li permezz tiegħu NL se tkun tista' taffronta l-isfidi tal-lum u ta' għada. Fiż-żmien li ġej NL trid issir organizzazzjoni aktar wiesgħa li tilqa' fi ħdanha lil dawk kollha li jemmnu f 'soċjetà ġusta u ekwa. Fi kliem ieħor, NL trid issir dik id-dar naturali għal dawk kollha - nisa kif ukoll irġiel - li jemmnu li s-soċjetà tagħna tista' tegħleb l-isfidi tal- inugwaljanzi u l-inġustizzja. NL trid tkun dik l-entità li tiġbor fiha lil dawk kollha li jemmnu li n-nisa daqs l-irġiel għandu jkollhom sehem ewlieni fil-ħajja pubblika daqs fil-ħajja privata. Permezz tal-istatut il- ġdid daħħalna elementi ġodda filwaqt li żammejna l-kontinwità ma' dak kollu li servina tajjeb matul is-snin li għaddew. Stejjer ta' suċċess Qegħdin ngħixu fi żminijiet tassew interessanti. Għalina n-nisa dawn huma żminijiet ta' avvanz soċjali kbir. Rajna lill-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca tilħaq bħala Kap tal-Istat Malti. Bħala NL iltqajna magħha u fhimna li minn din l-ogħla kariga li l-istat Malti jista' joffri, l-Eċċellenza Tagħha l-President Coleiro Preca hija determinata li tkompli taħdem favur li s-soċjetà Maltija ssir waħda aktar ġusta u fejn kulħadd isib l-ispazju u l-opportunità sabiex jikseb suċċess f 'ħajtu mingħajr distinzjoni. Din hija viżjoni li NL tabraċċa u li kif diġà għamilna nwiegħdu lill-President Coleiro Preca kull appoġġ f 'din il-ħidma. Rajna suċċess ieħor fl- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fejn kontra dak li tradizzjonalment imdorrijin nesperjenzaw, illum Malta għandha fost l-ogħla rati ta' rappreżentazzjoni femminili b'66% ta' nisa fid- delegazzjoni għal Parlament Ewropew. Rajna ukoll lill-Gvern Laburista jagħti importanza lin-nisa fil-ħatriet ġudizzjarji fejn 50% tal- ħatriet ġudizzjarji li saru f 'din il-leġislatura huma nisa. Miri Dawn kollha huma stejjer ta' suċċess. Imma nistaqsi... dan biżżejjed? Żgur li le! Il- mira tagħna hija dik li naraw aktar nisa jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħajja pubblika. Irridu naraw aktar nisa f 'pożizzjonijiet ta' tmexxija bħalma huma bordijiet pubbliċi. Irridu aktar deputati nisa fil-Parlament Malti u anki aktar Sindki u Kunsilliera Nisa. Għadna biss fil-bidu ta' din il-leġislatura u fix-xhur u s-snin li ġejjin irridu nkomplu naħdmu. Ma tistax tbiddel kollox f 'ħakka t'għajn. Minn naħa tagħna, l-impenn ta' NL huwa li nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna sabiex dawn il-miri jintlaħqu. B'mod immedjat bħala l-ewwel prijorità rridu ngħinu nidentifikaw u anke nippreparaw aktar kandidati nisa għall-elezzjonijiet lokali li se jsiru aktar tard din is- sena. Imma mhux se nieqfu hemm. Awgurju Jalla l-2015 iġġib magħha paċi u s-serenità, imħabba u solidarjetà. Jalla l-2015 tkun is-sena li fiha naraw progress reali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali sabiex tassew nibdew ngħixu f 'soċjetà aktar ġusta u ekwa. Din mhix xi sfida faċli. Għal kuntrarju hija sfida diffiċli. Hemm wisq interessi involuti li kostantament jaħdmu sabiex irażżnu miżuri favur il-ġustizzja soċjali. L-isfruttament hija marda li ilha taħkem lid-dinja sa mil-bidu taż- żminijiet u li sfortunatament għadha magħna sal-lum. Jiddispjacini nara kif ċertu setturi għadhom iħarsu lejn leġislazzjoni soċjali u ħidma fl-interess tal-ħaddiema bħala xi forma ta' limitazzjoni fuq il-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku. Nemmen li min jirraġuna b'dan il-mod mhux jifhem li biex soċjetà u ekonomija tassew ikunu b'saħħithom hemm bżonn li l-ħaddiema - li mingħajr il-ħidma tagħhom ma jista' jsir xejn - jħossuhom aktar minn semplici għodda ta' produzzjoni. Il-ħaddiema għandhom dritt għal għixien tajjeb għalihom u l-familji tagħhom. Il-livell ta' pagi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom iridu jkunu tali li jippermettilhom dan. Huwa tal-mistħija kif fl-2015 għadna nitkellmu dwar dak li jissejjaħ bħala in-work poor, li fi kliem ieħor tfisser persuni li minkejja li jaħdmu mhux ilaħħqu mal-ħajja għaliex il-pagi u l-kundizzjonijiet tagħhom huma tali li ma jippermettilhomx li joħorġu miċ-ċiklu tal-faqar. L-iskuża tar-riċessjoni ekonomika li ħakmet lid- dinja matul dawn l-aħħar snin issa bdiet tistona għaliex sfortunatament jidher li hija skuża tajba biss meta nitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tal- ħaddiema. L-istatistika - anki fuq livell Ewropew - turi li l-qasma bejn is-sinjuri u l-foqra qiegħda dejjem tikber. Anki f 'dan ir-rigward nittama li l-2015 iġġib magħha bidliet kbar. Nappella lil min qiegħed f 'pożizzjoni ta' responsabbilità sabiex kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew jitnieda studju sabiex tassew toħroġ l-istampa vera tal-faqar u d-diffikultajiet ekonomiċi li qed jiffaċċjaw il-familji u sabiex jiġu identifikati miżuri biex jindirizzaw din ir-realtà ġdida. Nieħu din l-opprtunità sabiex nawgura lilek u l-familja tiegħek sena ġdida mimlija tama, risq u hena. Claudette Abela Baldacchino hi l-President ta' Nisa Laburisti CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO Kif Naħsibha Riflessjonijiet Illum Malta għandha fost l-ogħla rati ta' rappreżentazzjoni femminili fil-Parlament Ewropew illum.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015