Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 23 MATUL is-sena li għaddiet, il-Bank of Valletta rċieva 888 suġġeriment mill-impjegati tiegħu dwar metodi differenti li bihom il-bank jista' jtejjeb il-proċessi u jkun aktar innovattiv biex jipprovdi valur lill-klijenti tiegħu. 25% minn dawn is-suġġerimenti diġà ġew approvati u qed jiġu implimentati mill-bank. Meta kien qed jitkellem fuq din l-iskema, waqt ċerimonja li ppremjat lill-kontributuri prinċipali ta' din is-sena, Charles Borg, Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, spjega li l-impjegati, speċjalment dawk li jiltaqgħu mal-klijenti huma mistiedna jidentifikaw soluzzjonijiet effettivi biex ikunu mtejba l-proċessi li bihom il-bank jipprovdi s-servizz lill-klijenti. Huwa spjega wkoll li dawn l-iskemi spiss iwasslu għal livelli għolja ta' parteċipazzjoni mill-impjegati u jgħolli l-livelli ta' motivazzjoni tagħhom. Sentejn ilu, l-iskema tas- suġġerimenti tal-impjegati tal-bank ġiet riveduta b'mod estensiv, u issa ġġib l-isem ta' BOV Employee Engagement scheme (B.E.E). Kummercjali LEKS Smithery fit-tarzna ta' Palumbo kien mimli attività, gost, daħk u logħob għal aktar minn 160 tifel u tifla li attendew għall-festin kbir tal-Milied, organizzat mill-familja Palumbo li ġew f 'Malta għal din l-okkażjoni. It-tfal tal-ħaddiema fit- tarzna ta' Palumbo, kif ukoll tfal oħra minn diversi istituti fosthom tas-Sorijiet ta' Madre Tereża u oħrajn mill- istituti ta' Bormla, ingħataw trattament speċjali f 'serata estravaganti li fiha kien hemm preżenti Brass Band mill-Kalkara, wieħed mill- kantanti popolari f 'pajjiżna, animaturi, magicians kif ukoll il-wasla mistennija fis-sala l-kbira ta' Santa Klaws. Kull tifel u tifla kienu msejħa sabiex jieħdu ritratt ma' Santa Klaws waqt li ngħataw rigal, hekk kif l-organizzaturi ħadu ħsieb li joħolqu ambjentazzjoni ta' borra artifiċjali, li kompliet tagħmel din l-esperjenza għat-tfal u għal dawk kollha preżenti waħda unika u sabiħa. L-impjegati tal-BOV bis- suġġerimenti tagħhom Estravaganza għat-tfal fit-Tarzna ta' Palumbo Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Charles Borg waqt iċ-ċerimonja tal-ippremjar L-atmosfera tal-Milied fit-tarzna ta' Palumbo www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015