Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Ritratt: Chris Mangion SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Floriana ..................... 4 Naxxar Lions ............... 1 FLORIANA ma setax ikollhom bidu tas-sena aħjar, meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor kbir ta' 4-1, biex issa telgħu fir- raba' post. Il-Greens marru fil- vantaġġ fit-22 minuta meta minn kross ta' Gary Muir mix-xellug, Steve Pisani, tefa' ġewwa mill-viċin permezz ta' daqqa ta' ras. Fil-35 minuta Floriana rduppjaw l-iskor meta rebħu penalty wara li l-goalkeeper Julian Azzopardi waqqa' lil Vito Plut fil-kaxxa. Kawża ta' hekk, ir-referi Fyodor Zammit keċċa lill- goalkeeper ta' Naxxar Lions u mill-penalty spot, Gary Muir għeleb lill-goalkeeper ta' riserva Luke Pecorella. Il-Lions naqqsu l-marġni tal-iskor fil-45 minuta meta minn korner ta' Pablo Doffo, Daren Falzon għola tajjeb u ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-lasta u mir-rebound, Uchenna Emenike Mbachy tefa' fix-xibka. Disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima minn kross ta' Vito Plut, Piciollo kważi ssorprenda lil Pecorella permezz ta' daqqa ta' ras bil-ballun jistampa mal-mimduda qabel ġie kklerjat 'il bogħod minn kull periklu. Floriana għamlu l-iskor 3-1 favurihom fis-57 minuta meta rebħu penalty wara li s-sostitut Albert Bruce miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru, Douglas Moreira Cobo ma żbaljax. U żewġ minuti biss wara, il-Greens skorjaw ir-raba' gowl fil-logħba hekk kif is-sostitut Brooke Farrugia daħal fil-kaxxa mil-lemin, għadda tajjeb lejn Matteo Piciollo li tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Naxxar Lions. Floriana - Gauci, Moreira Cobo, Marcelina (Spiteri 68'), Pisani, Clyde Borg (Farrugia 57'), Plut, Piciollo, Conor Borg, Briffa, Muir, Bonnici. Naxxar Lions - Azzopardi, Scicluna, Edet, Vella, Gueye (Pecorella 37'), Falzon (Bonnici 71'), Emenike Mbachy, Cassar, Doffo, Del Negro (Bruce 42'), Reano Referi - Fyodor Zammit MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti għat-tielet darba konsekuttiva Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja Floriana jitilgħu r-raba' post Daren Falzon jiddefendi l-ballun kontra Floriana Ritratt: Jane Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015