Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Isomat Unica tirbaħ il-BOV Gozo Regatta LENTUŻJAŻMU u l-eċitament li jintlaħaq fil- 'Middle Sea Race' f 'Ottubru ċertament inġarr għal Novembru bi 22 dgħajsa jieħdu sehem bil-BOV Gozo Regatta, numru li jisboq kull rekord għal dit-tiġrija. Il-BOV Gozo Regatta kienet tikkonsisti f 'serje ta' tlielaq li bdew b'passaġġ bejn Malta u Għawdex il-Ġimgħa, numru ta' tlielaq bejn żewġ punti viċin Għawdex u żewġt itlielaq viċin il-kosta għall- kategorija 'Cruisers' u 'double handed' is-Sibt u passaġġ lura lejn Malta l-Ħadd. Mill-bidunett, Isomat Unica u Elusive II BOV, bdew itellqu ras imb ras, wieħed il-ħin kollu jaqbeż lill-ieħor. It-tlielaq tas-Sibt spiċċaw biż-żewġ dgħajjes b'punti indaqs, bit-tellieqa lura lejn Malta tkun deċiżiva. Wara prestazzjoni determinata miż- żewġ dgħajjes, Isomat Unica, bil-kaptan Jamie Sammut rebħet il-BOV Gozo Regatta wara l-korrezzjoni tal-ħin. "Il-BOV Gozo Regatta laħqet, kif ukoll qabżet l-aspettattivi tagħna. Tellaqna f 'kundizzjonijiet kważi perfetti, bi sfida kbira minn sħabna fuq Elusive II BOV. Dan għamel l-esperjenza tagħna f 'din it-tellieqa aktar interessanti," qal Jamie Farrugia, kaptan ta' Isomat Unica. "Din ir-regatta mhix biss dwar tlielaq imma wkoll dwar il-komunità tal-ibburdjar. Inkunu qed nistennew bi ħġarna l-avvenimenti ta' filgħaxija fejn niddiskutu t-tlielaq tal-ġurnata f 'atmosfera rilassanti," temm jgħid Jamie Farrugia. Fil-klassi tal-Cruisers, XC 45 Xplane rebaħ il-premju overall f 'din il-klassi segwit mill-viċin minn Sandro Musu fuq Aziza. "Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Unica u l-ekwipaġġ tagħha għar-rebħa overall fil-BOV Gozo Regatta, kif ukoll lit-22 dgħajsa li pparteċipaw f 'dan il-weekend ta' bburdjar," qal Horace Laudi, Regional Manager għal Għawdex fi ħdan il-Bank of Valletta, waqt li ppreżenta t-trofew oriġinali tal-BOV Gozo Regatta lill-kaptan ta' Unica. "Bi pjaċir kbir erġajna kkollaborajna mar-Royal Malta Yacht Club f 'weekend ta' attività sportiva kif ukoll avvenimenti soċjali bejn il-parteċipanti," temm jgħid Horace Laudi. Horace Laudi jippreżenta t-trofew tal-BOV Gozo Regatta lill-iskipper tal- Yaucht Isomat Unica, Jamie Sammut "Inkomplu nxettlu l-kultura sportiva fit-tfal" – Chris Agius WAQT żjara li għamel fl-iskola Primarja ta' Ħal- Kirkop fil-Kulleġġ San Benedettu, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius sostna kif irridu "Inkomplu nxettlu fit-tfal tagħna, l-kultura sportiva." Waqt iż-żjara kienet għaddejja Sports Day organizzata mill-Isport Promotion Unit. L-Onorevoli Agius saħaq li bil-miżuri tal-baġit speċjalment fl-isport qed tingħata aktar opportunità' lit-tfal u żgħażagħ Maltin sabiex jibdew jipprattikaw sport differenti. Servejs riċenti juru li 75% tal- popolazzjoni Maltija għadha ma tipparteċipa fl-ebda tip ta' sport jew attività fiżika. "Din hija mentalità li l-Gvern qed jaħdem sabiex ibiddel. Il-Baġit kemm tas-sena li għaddiet u anke ta' din is-sena u t-twettiq ta' diversi wegħdiet elettorali huma xhieda ċara tar-rieda sabiex jintlaħqu l-miri ċari li għandu l-Gvern." Fost il-miżuri tal-baġit li se jgħinu sabiex l-isport u l-attività fiżika jattiraw tfal u żgħażagħ sabiex ikunu attivi, hemm: L-espressjoni ta' interess • għall-korsa tat-tiġrijiet tal-vetturi (motorsport track). Huwa fatt magħruf li dan l-isport u d-dixxiplini diversi li jinkorpora fih qed jikbru fil-popolarità u jġibu f 'pajjiżna numru ta' unuri. Kien għalhekk li l-Gvern ħass il-ħtieġa li jara li dawn l-entużjasti jkollhom faċilitajiet addattati sabiex jipprattikaw aħjar l-isport li jħobbu. Implimentazzjoni tar-range • tal-isparar. F'Malta diġa għandna ranges diversi tal-isparar madankollu, l-ebda waħda ma tista tilqa' fiha kompetizzjonijiet internazzjonali. Kien għalhekk li l-Gvern ħaseb sabiex fit-tieni sena tiegħu, jibda jaħdem fuq l-implimentazzjoni ta' din il-wegħda elettorali. Taħriġ għall- • amministraturi. Dan għaliex ikun inutli li t-tfal u żgħażagħ tagħna jinteressaw rwieħhom fl- isport jekk kemm-il darba ma jkunux mħarrġa minn nies professjonali li jafu x'qed jagħmlu. Minbarra dawn il-miżuri, il-Kunsill Malti għall-Isport għaddej b'ħidma sfiqa sabiex jippromwovi l-isport mhux biss fl-iskejjel imma wkoll fil-Kunsilli Lokali permezz tal-bosta programmi li joffri lill-poplu Malti. Malta torganizza l-Ispecial Olympics Europe & Eurasia Leadership Conference Ritratt: DOI - Reuben Piscopo L-importanza li t-tfal jieħdu sehem f 'xi attività sportiva SPECIAL Olympics Malta organizzat l-Ispecial Olympics Europe and Eurasia Leadership Conference f 'pajjiżna. It-tema tal-konferenza ta' jumejn kienet 'Bigger, Faster, Stronger' u għal din l-attività kien hawn f 'Malta madwar 200 delegat minn 48 programm fl- Ewropa u l-Asja Ċentrali, fosthom id-Direttur ta' Special Olympics Europe Mary Davies u d-direttur sportiv u finanzjarji Marius Dementko. Il-konferenza fetħet b'diskors taċ-Chairperson ta' Special Olympics Malta s-Sinjura Michelle Muscat, flimkien ma' diskorsi tas- Segretarji Parlamentari Chris Agius u Justyne Caruana. Attendew ukoll fost l-oħrajn il-Ministru Michael Farrugia u ċ-Chairman tal-KMS Luciano Busuttil. Waqt il-jumejn ta' workshops u diskussjoni t-tema ċentrali kienet kif Special Olympics tista' tkun magħrufa aktar, ikollha aktar fondi, u tkun aktar ta' suċċess f 'opportunitajiet sportivi aħjar għall-persuni b'diżabiltajiet intelletwali. Din kienet ukoll pjattaforma tajba għalina l-Maltin, hekk kif Special Olympics Malta, bl- għajnuna ta' bosta entitajiet anke governattivi bħall- KMS, tinsab għaddejja bi preparamenti avvanzati sabiex titfa' offerta biex tospita l-Logħob tal-Ewropa ta' Special Olympics. L-imħuħ wara l-attività ta' Special Olympics imkien mal-Onorevoli Chris Agius u l-Onorevoli Justyne Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015