Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 11 Milied f 'Għawdex Jirriżenja l-President tal-GFA • Sindku u kandidat tal-PN, President tal-Hotspurs u s-Segretarju Ġenerali tal-GFA fost il-kandidati • Fl-aħħar 21 sena ma kienx hemm president mir-Rabat EŻATT ma' tmiem is-sena, Alvin Grech tefa' r-riżenja tiegħu minn President tal-GFA. Pożizzjoni li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar sitt snin. Alvin Grech kien għamel seba' snin bħala Segretarju Ġenerali qabel ħa l-ħatra ta' President meta rriżenja mill-kariga Joe Cordina. Alvin Grech ħass il-ħtieġa li jagħmel dan meta nħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board aktar kmieni din is-sena u skont hu, ħass li ma setax ikollu żewġ ħatriet differenti fl-Isport Għawdxi. Alvin Grech qalilna li hu ta biżżejjed għal futbol Għawdxi u ħallieh fuq sisien sodi. Issa jemmen li l-isport ieħor Għawdxi għandu bżonn aktar għajnuna u l-għan tiegħu hu li jgħaqqad l-assoċjazzjonijiet żgħar kollha f 'Għawdex taħt il-kappa tal-Gozo Sports Board biex flimkien ikollhom aktar saħħa u jkunu aktar organizzati. "Biex nagħmel dan," qalilna is-Sur Grech, "irrid naħdem bla heda u nikkonċentra fuq l-isport l-ieħor għax naf li l-futbol hu diġà organizzat u hemm min imexxi tajjeb ukoll." Sal-ewwel ħmistax tas-sena dan il-post battal mistenni jimtela' fost tliet kandidati li jidhru li bdew it-tiġrija tagħhom. S'issa qed jissemmew tliet kandidati li huma s-sindku tar-Rabat u l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista l-avukat Samuel Azzopardi, l-eks president tal-Victoria Hotspurs George 'Id-Dias' Said u s-Segretarju Ġenerali għal dawn l-aħħar sitt snin u eks viċi sindku taż-Żebbuġ, Joe Bajada. Kien ukoll qed jissemma' l-viċi president tal-GFA, Paul Galea li wkoll kien sindku tar-Rabat, iżda sorsi qalulna li billi għandu xi parentela mill-avukat Azzopardi u billi hu impjegat mal-istess assoċjazzjoni bħala full timer mhux fi ħsiebu jikkontesta. Mhux eskluż il-fatt li meta joħorġu n-nominazzjonijiet jista' jkun hemm xi nominazzjoni oħra ftit mistennija. Minn sorsi infurmati sew qalulna li dan il-post iġib miegħu allowance ta' madwar €7,000 fis-sena. Qed jingħad ukoll li bdiet kampanja bil-magħluq fejn qed jissemma li jista' jkun hemm kunsilliera li ġejjin mill-irħula li jistgħu jippreferu li fil-presidenza jkun hemm wieħed li ma jkunx ġej mill-belt kapitali Għawdxija, għax żewġ kandidati huma ġejjin minn klabbs ta' Victoria. L-aħħar tliet presidenti kollha kienu barra r-Rabat, fejn kien hemm Chris Said minn Nadur, Joe Cordina mix-Xagħra u dak preżent Alvin Grech minn Ta' Kerċem. Fil-fatt l-aħħar president mir- Rabat kien Mario Scerri 21 sena ilu. Mistoqsi x'jixtieq minn dak li se jimla l-post li ħalla battal, Alvin Grech qalilna, "Jalla min jidħol, jidħol għal futbol u mhux għall-glorifikazzjoni personali. L-isport jista' jgawdi biss jekk l-intenzjonijiet ta' min jieħu posti jkunu ġenwinament sportivi. L-eks President tal-GFA, Alvin Grech George 'id-Dias' Said Joe Bajada Samuel Azzopardi Mill-Qorti Seraq €4,000 f 'hold-up ippjanata Hedded li 'joqtol' lill-pulizija Mexxew burdell u ngħataw sentenza sospiża ŻAGĦŻUGĦ ta' 20 sena ntbagħat sentejn u nofs ħabs u ġie mmultat €2,300 wara li ammetta li lejliet l-Ewwel Sena seraq €4,000 f 'hold- up f 'ħanut tal-logħob f 'Ħaż- Żabbar. Dave Delia minn Bormla ammetta wkoll li kellu fil-pussess tiegħu pistola finta, li saq mingħajr ma kien kopert b'polza ta' assigurazzjoni, li kiser il-kundizzjonijiet tal-probation u li huwa reċidiv. Is-serqa saret nhar il-31 ta' Diċembru mill-ħanut FairPlay fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar. Sorsi qrib l-investigazzjoni spjegaw kif fid-9.30pm, l-akkużat, li kellu wiċċu mgħotti, daħal fil-ħanut mgħammad b'pistola finta u seraq €4,000. Sorsi qalu li wara aktar stħarriġ, il-pulizija saret taf li Delia kellu bħala kompliċi lil Jean Paul Vella, impjegat fl-istess ħanut u li qed joħroġ ma' oħt Delia. Matul il-hold-up, klijenta li kienet fil-ħanut, ma tħallitx toħroġ mill- istabbiliment u nżammet kontra l-volontà tagħha. Fil-Qorti, Delia, li qal li xogħlu huwa "ma jagħmel xejn," ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh, u ntbagħat sentejn u nofs ħabs. Intant, Jean Paul Vella, ta' 26 sena minn Ħaż-Żabbar, ammetta l-involviment tiegħu, iżda minħabba li għandu kondotta nadifa, ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospizi għal erba' snin. INGLIŻ li allegatament aggredixxa u hedded li joqtol żewġ uffiċjali tal-Pulizija nhar l-Ewwel tas-Sena wara li safa aggredit aktar kmieni, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh. Matthew Stephen Douglas-Fryer, qabel l-allegat attakk fuq il-pulizija, daħal fl-għassa ta' San Ġiljan biex jagħmel rapport li safa aggredit minn grupp ta' tlett irġiel. Il-Qorti semgħet kif l-attakk beda wara li grupp ta' tlett irġiel ħarġu għalih mill-karozza, aggredewh, u anke tawh daqqa ta' flixkun qabel ma sofra feriti fuq xufftejh u f 'idejh. Il-Qorti semgħet kif minkejja li kien hemm tmien pulizija jferrqu l-ġlieda, ma kien hemm l-ebda arrest, u minflok, l-akkużat intalab sabiex jagħmel rapport l-għassa. Malli wasal, hu ġie mitlub sabiex jistenna, iżda malli ra dan, beda jhedded lill-pulizija u fost kummenti beda jgħajjat "I will kill you all." Malli semgħu dan, il-pulizija wissewh biex joqgħod attent iżda minflok l-akkużat dar lejn il-pulizija u sar vjolenti. Il-barrani kompla jhedded lill-pulizija u jirreżisti l-arrest, u li kien għalhekk li l-pulizija arrestawh. Intant, fil-Qorti, Fryer ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh u ngħata l-ħelsien mill-arrest kontra depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €2,000. RAĠEL Libjan ta' 25 sena u martu ta' 61 sena ġew ikkundannati għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta' €400 kull wieħed wara li ammettew li mexxew burdell mill-appartament tagħhom fi Triq Testaferrata, il-Gżira. Elmleti Mohamed Saad u Theresa Cutajar, ammettew ukoll li għexu mill-qliegħ ta' prostituzzjoni matul Awwissu u x-xhur ta' qabel u li tlajjaw għall-prostituzzjoni. Il-każ imur lura f 'Awwissu li għadda meta l-Pulizija kienet irċeviet rapport mingħand sid il-propjetà li l-akkużati kienu qed jużaw il-post bħala burdell. Fix-xhieda tiegħu, sid il-propjetà u martu, Michael u Jeannette Sciberras, kienu qalu lill-Qorti li ftit ġimgħat qabel, irċevew telefonata mingħand il-Pulizija li raġel ta' 66 sena kien tah attakk ta' qalb fatali wara li kellu x' jaqsam ma' prostituta fl-appartament tagħhom. Sussegwentament, il-Pulizija mid- distrett u tas-Sezzjoni kontra l-vizzji, kienet għamlet rejd fl-appartament tal-koppja wara li prostituta li kienet qed tħajjar diversi rġiel għall- prostituzzjoni, kienet ġiet arrestata. Fl-appartament, il-pulizija kienu sabu bosta affarijiet relatati mal- prostituzzjoni u s-sess. Peress li Saad u Cutajar kienu ċaħdu l-akkużi fil-bidu, tliet prostituti li kienu jaħdmu fl- appartament tal-Gżira kienu xehdu quddiem il-Qorti. Waqt l-investigazzjonijiet li wettqu l-Pulizija rriżulta li prostituti oħra ammettew li huma kienu qed jaqdu lill-klijenti tagħhom fl-appartament tal-koppja. Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, il-koppja bidlu l-verżjoni tagħhom minn dik ta' mhux ħatja, għall-ħatja tal-akkużi kollha miġjubin kontriehom. Cutajar, li fl-ewwel tas-sena tagħlaq 61 sena, ammettiet ukoll li hi tlajjat għal skop ta' prostituzzjoni. L-Ispettur Jason Sultana qal lill- Qorti li meta wieħed jikkunsidra li l-koppja diġà għamlet żmien konsiderevoli taħt arrest preventiv u l-fatt li l-kondotta ta' Saad hija waħda nadifa, dawn għandhom jingħataw ċans ieħor u dan permezz ta' sentenza sospiża. Id-difiża mmexxija mill-Avukat Joseph Arrigo qablet mal-argument tal-prosekuzzjoni u kkundannat lill-koppja għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta' €400 kull wieħed. Huma kienu ordnati wkoll iħallsu l-ispejjeż tal-Qorti li laħħqu s-somma ta' €817. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015