Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 9 Sena ġdida, bniedem ġdid VERONICA LYNN MIZZI KULL sena nisimgħu bil-listi u tibdil li kulħadd jgħid li se jagħmel u jrid iżomm miegħu. Minkejja dan, kulħadd jaf li mil-listi li jsiru, ftit jew xejn huma t-tibdiliet li jinżammu jew li attwalment jagħmlu d-differenza f 'ħajjet in-nies. Imma minn fejn ġiet din it-tradizzjoni li f 'kull bidu tas-sena li nieqfu ftit, naħsbu x'hemm li jista' jitjieb f 'ħajjitna u nagħmlu l-listi ta' x'irridu nibdlu fil-bqija tas-sena? Apparentament, din mhix xi tradizzjoni li bdiet ftit ta' snin ilu, anzi, taf il-bidu tagħha madwar 4,000 sena ilu meta n-nies tal-Babilonja kienu jiċċelebraw il-bidu ta' sena ġdida f 'Marzu li mbagħad ir-Rumani biddluha għax-xahar ta' Jannar li hu msemmi ad unur l-alla Janus li huwa l-alla tal-bidu u t-tmiem li jirrapreżenta l-passat u l-futur. Dawn in-nies tal-Babilonja, fost il-wegħdiet li kienu jagħmlu lill-allat, kienu jwiegħdu li jħallsu dejnhom. Fi żmien ir-Rumani, ir-riżoluzzjonijiet li jsiru kienu jkunu aktar fuq bażi morali fejn fost l-oħrajn kienu jippruvaw jkunu aktar qalbhom tajba mal-proxxmu. Dawn ir- riżoluzzjonijiet evolvew sakemm wasslu biex iġiegħlu n-nies jieqfu ftit u jaħsbu fuq is-sena li tkun għadha kemm għaddiet u dik li tkun se tibda. Minn hemm, jiktbu lista ta' affarijiet li jixtiequ jibdlu jew itejbu fosthom ikunu aktar karitattivi, itejbu t-talenti tagħhom u joqogħdu 'l bogħod mill-vizzji tas-soltu. Illum il-ġurnata, ħafna minna jagħmlu din il-lista ta' tibdiliet li jixtieq li jattwaw bl-iktar waħda popolari tkun li tissieħeb ma' xi gym jew tibda xi tip ta' eżerċizzju u tibda d-dieta biex tnaqqas mill-piż. Riżoluzzjonijiet oħra li dejjem ikunu komuni huma li ġġemma' iktar flus, taqta' t-tipjip jew l-alkoħol u li tiekol ikel li huwa tajjeb għas-saħħa. Parir siewi biex dawn ir- riżoluzzjonijiet effettivament iżomm magħhom għal iktar minn ġimgħa, kif is-soltu jsir, huwa li ma żżommhomx sigrieta. Jekk dawn ir-riżoluzzjonijiet li tagħmel taqsamhom ma' ħaddieħor, taf li kapaċi jistaqsuk fuqhom u kif qed iżżommhom, li tgħin biex taħdem fuqhom u żżommhom fit-tul. X'jaħsbu dwar ir- riżoluzzjonijiet il- personalitajiet lokali? M'iniex it-tip li ngħid li ħa nagħmel riżoluzzjoni...kont xi darba nagħmel hekk. Nemmen li aħjar li jkollok ftit miri żgħar kuljum u tipprova tilħaqhom milli tagħmel ħafna f 'daqqa fil- bidu tas-sena, għax ilkoll nafu li probabbilment, qatt ma tasal biex iżzommhom. Ħafna mid-drabi, min jagħmel xi riżoluzzjoni, jagħmel hekk għaliex ikollu xi ħaġa li tkun ilha fuq moħħu għal tul ta' żmien bħad-dieta, gym eċċ... li jkunu kważi kważi l-istess riżoluzzjonijiet minn sena għall- oħra. L-unika riżoluzzjoni li għandek tagħmel, jekk verament trid tagħmel waħda hi li tipprova tkun persuna aħjar…ftit aħjar, kuljum. Is-Sena t-Tajba! Ir-riżoluzzjonijiet tiegħi nipprova nagħmilhom realistiċi kemm jista' jkun biex inkun nista' nżommhom! Din is-sena ddeċidejt li għalkemm nibqa' sejra b'xogħli fit-televiżjoni kif ukoll mal-annimali, nixtieq li niddedika iktar ħin għan-nies qrib tiegħi bħall-familja u ħbieb. Xi minn daqqiet, bil-kwantità ta' xogħol li naċċetta, innaqqas wisq mill-ħin ta' mal-familja u l-ħbieb mingħajr ma ninduna, u għalhekk din is-sena, din se tkun importanti għalija! L-ittra ta' Nirvana kienet u tibqa' l-punt tat-tluq tal-qofol ta' din ir-riżoluzzjoni u kultant niftaħ ktieb żgħir li qassmu l-ġenituri tagħha waqt il-quddiesa ddedikata għaliha, u naqrah! Il-pożittività hija wkoll prijorità li kienet u tibqa' f 'ħajti. Fl-aħħarnett, li ngħin lill-annimali kif ukoll lill- bniedem huwa importanti f 'ħajti u nibqa' nagħmel dan tul ħajti kollha. Mhux xi wieħed li nemmen fir- riżoluzzjonijiet, għax nemmen li jekk trid tagħmel xi ħaġa, trid taqbad u tagħmilha jew taħdem għaliha. Madankollu, tajjeb li fil-bidu tas-sena tfassal għanijiet jew oġġettivi li tixtieq tilħaq fi tmiem din is-sena. Għaldaqstant, għall-2015 għandi żewġ riżoluzzjonijiet jew għanijiet ewlenin; li nibda niġri b'mod aktar regolari u nispiċċa n-nofs maratona ta' Malta, u nqatta' aktar ħin mal- familja. Għalkemm matul l-2014 diġà bdejt naħdem fuqhom, determinat li nkompli naħdem fuqhom. Jien ma tantx nemmen fir- riżoluzzjonijiet, forsi għaliex meta ppruvajt nagħmel riżoluzzjoni, qatt ma rnexxieli nżommha. Jien naħseb li l-moħħ tal-bniedem huwa ffurmat b'mod li jekk taħseb wisq fuq xi ħaġa li tixtieq tibdel jew tibda, tispiċċa jew ma żżommiex jew tagħmel bil- kontra. Fl-opinjoni tiegħi, riżoluzzjoni għandek tagħmilha ma' xi avveniment jew esperjenza li tgħaddi minnha fil- ħajja. Tagħmel aktar effett li kieku tieħu deċiżjoni fil-mument milli tippjana minn qabel. NATHAN DARMANIN DJ MOIRA DELIA PREŻENTAT TRIĊI KEITH DEMICOLI ĠURNALIST KRISTEN CAMILLERI AT TRIĊI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015