Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 3 GĦADDEW xahrejn mir- riżenja ta' Pawl Cremona bħala Arċisqof ta' Malta u bħalissa hemm skiet assolut fuq min jista' jkun is-suċċessur tiegħu. L-avvenimenti politiċi li seħħew fil-pajjiż matul l-aħħar xahrejn ħadu l-attenzjoni kollha dovuta u b'hekk naqqsu l-ħsibijiet minn fuq il-post vakanti fil- Knisja Maltija. Is-skiet min-naħa tal-Kurja kif ukoll il-kawtela kbira li hemm preżentament bejn l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna u l-Isqof t'Għawdex Mario Grech juri li t-tnejn li huma qed jaspiraw għall- post ta' Cremona. Iżda kuntrarjament għal dak li jiġri fix-xena politika, fejn kull politiku jagħmel kampanja promozzjonali personali biex in-nies jivvutawlu, fil-Knisja aktar ma wieħed jipproponi lilu nnifsu aktar jiġi eskluż. Sorsi fi ħdan il-Knisja li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li kienet x'kienet ir- raġuni tar-riżenja ta' Pawl Cremona, issa hemm bżonn ta' mexxej li jkun kapaċi jieħu t-tmun tal-Knisja f 'idejh bi ħsieb ġenwin u denju u li jgħaqqad u jibni relazzjoni bejn il-Knisja u dawk li jemmnu f 'Alla. Saħqu li hemm bżonn mexxej li jagħraf ir-realtà tas-soċjetà li qed ngħixu fiha u li jkun kapaċi jkun sostenitur tat-twemmin ta' Papa Franġisku. "Il-Papa li qed jgħix, u jifhem in-nies fit-triq u li qed iżomm 'il bogħod mit-tlellix li kien jgħix fih il-predeċessur tiegħu." Qalu wkoll li min jintgħażel għandu jkollu miegħu tim amministrattiv fis-segretarjat kompletament ġdid. Il-proċess li għandu jwassal għall-ħatra ta' arċisqof ġdid jinvolvi li n-Nunzju Appostoliku jressaq tliet ismijiet ta' kontendituri xierqa għall-post vakanti lill-Papa Franġisku. Iżda għalkemm il-Papa jkollu dawn l-ismijiet quddiemu bħala referenza, l-għażla aħħarija hija f 'idejh u mhux eskluż li l-Papa jista' jagħżel persuna li ma jkunx wieħed mit-trina li jkun ressaqlu n-Nunzju Appostoliku. Preżentament it-tmexxija amministrattiva tal-Knisja qiegħda f 'idejn l-Isqof Charles Scicluna. Hu ngħata din ir-responsabbiltà sakemm jitħabbar is- suċċessur ta' Pawl Cremona. Iżda għalkemm Scicluna qed jimla l-vojt temporanjament, inħass sew f 'dawn iż- żminijiet ta' festi n-nuqqas ta' ragħaj tal-Knisja Maltija. Hekk kif tħabbret ir-riżenja tal-Arċiqof Pawl Cremona f 'Ottubru li għadda, bdew jissemmew l-ismijiet ta' min jista' jkun is-suċċessur tiegħu. Apparti ż-żewġ ismijiet prominenti tal- Isqfijiet Scicluna u Grech, issemmew ukoll l-ismijiet ta' Fr Jimmy Bonnici li hu r-rettur tas-seminarju u kif ukoll issemma Fr Fabio Attard, saċerdot Salesjan Għawdxi li ġie ordnat saċerdot 27 sena ilu. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li l-Kurja hi mmexxija minn numru mdaqqas ta' qassisin li ilhom iżommu posthom għal numru ta' snin u li anke Pawl Cremona falla meta ma rnexxilux ibiddilhom. Saħqu li jekk dawn il- qassisin verament iħobbu l-Knisja, dawn għandhom jissottomettu r-riżenja tagħhom lill-Arċisqof il-ġdid u li jkun sta għalih jekk jaċċettax ir-riżenja tagħhom jew le. Xahrejn mir-riżenja ta' Pawl Cremona... '&32/,&> WDJ@KRPLVLUGLVLQQXUEDQX DUNLWHWWRQLNXOLMNXQLQQRYDWWLYX NUHDWWLY /DER]]WDOSROLF\XGGHWWDOMLWDO ODTJ@DWSXEEOLCLKXPDPXULMDIXTLO ZHEVDMWWDO$ZWRULWDd ZZZPHSDRUJPW,QGLYLGZLX RUJDQL]]D]]MRQLMLHWTHGML>X PLVWLHGQDELH[MLEJ@DWXONXPPHQWL WDJ@KRPGZDUGLQLOSROLF\ELO PLNWXESHUPH]]WDO HPDLOGF#PHSDRUJPW ,VVRWWRPLVVMRQLMLHWJ@DQGKRPMDVOX J@DQGO$ZWRULWDdVDPKX[DNWDUWDUG PLOO^LPJ@DWD -DQQDU /$ZWRULWDdWD 0DOWDGZDUO$PEMHQW XO,SSMDQDU0(3$WL[WLHTWDY?DO SXEEOLNXXGDZNLOSDUWLMLHWNROOKD LQWHUHVVDWLOLJ@DGKDNHPPQHGKLHW DER]]WD SROLF\>GLGDOLVHWNXQTHG WDJ@WLGLUH]]MRQLI WHUPLQLWD GLVLQQ XUEDQXDUNLWHWWRQLNXJZLGDX VWDQGDUGV'& 'FLPXUOLOdKLQQPLOO NODVVLILND]]MRQLWDdSROLF\VLQJXODULNLI NLHQXPIDVVOLQIdHGL]]MRQLLMLHWWDd'& SUHCHGHQWL'DQLGGRNXPHQWEL SURSRVWLWDdSROLF\MLQWURGXCLTDIDV >GLGIHMQTHGWLQJ@DWDPSRUWDQ]DIXT LONXQWHVWIHMQMLG@ROGLVLQQ4HGLVVLU GLVWLQ]MRQLEHMQNZDOLWDMLHWXHOHPHQWL OLMLNNRPSURPHWWXGGLVLQQXUEDQX DUNLWHWWRQLNX ,G'&J@DQGXEL??HMMHG VDIHJXDUGVXSDUDPHWULVDELH[WNXQ JDUDQWLWDOIRUPD]]MRQLWDdWRURTOL MDJ@WXVXCCHVVOLOO@DMMDXUEDQDX .2168/7$==-21,38%%/,.$ Kwiet assolut fuq il-ħatra ta' Arċisqof ġdid L-Isqof t'Għawdex Mario Grech L-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015