Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 13 Malta (għax meta kienu għadhom hawn dan il-grawnd qas tarah ma kellek ċans jekk tkun Malti). Iżda malajr bdielu l-inkwiet meta l-eks ministru Laburista Lorry Sant ried li jagħżel il-kowċis hu għal din l-iskola u "jien ma ridtx." "Kien gżani lil Mintoff li jien dittatur u spiċċa biex anke arrestani għal sagħtejn għax qal li użajt enveloppi tal-gvern (meta bħala skola governattiva dan stajt nagħmlu u kelli l-permessi meħtieġa) filwaqt li keċċieni 'l barra mill-Marsa." Iżda hawn sab wens minn George Abela (il-President Emeritus) fejn dan fetaħlu t-triq biex jinbena ċ-ċentru tekniku u l-grawnds tat- taħriġ f 'Ta' Qali u hemm infetħet skola tal-futbol. Kien minn hawn li nfetħu l-ewwel tmien nurseries f 'Malta u baqgħu jikbru sal-lum. Iżda apparti l-futbol, Fr Hilary jaħdem ħafna kontra d-droga, "Kien il-futbol li ressaqni f 'dan il-qasam ukoll. Bdejt inxomm li l-plejers tal-futbol kienu jieħdu xi pilloli u esperjenzajt il-periklu tad- droga. Kont offrejt lill-Caritas biex ngħallem l-isport f 'San Blas u bdejt immur il-ħabs niltaqa' mal-ħabsin." Fil-fatt Fr Hilary għamel 10 snin fil-Bord tal-ħabs u għadu involut sal-lum. Darba kien qalli li l-ewwel flixkun birra jwasslek għad-droga, "did- darba nżid magħha li l-ewwel sigarett tal-ħaxixa jwasslek għad- droga qawwija. Nibża' li qed nagħtu impressjoni li l-ħaxixa mhi xejn. Bil-ħaxixa nkunu qed nippreparaw il-moħħ biex jilqa' droga aktar qawwija." Semma wkoll iż-żmien tal- interdett, "kont kontra l-interdett. U billi Raħal Ġdid u Ħal Tarxien kienu kważi kollha Laburisti, it- tfal kienu kważi kollha mkeċċija mill-għaqdiet tal-Knisja għax missirijiethom kienu jaqraw il- gazzetta 'Il-Ħelsien' u jien ġbart it-tfal tal-Laburisti u kont immur il-każini Laburisti, niġbor it-tfal għall-Oratorju. Kont nagħmel dan għall-futbol u mhux għall-politika, anke jekk kienu l-ħafna li kienu jgħidu kontra tiegħi li kont ngħin lil-Laburisti biex neħodha kontra l-Knisja." Irrakkontali okkażjoni ħelwa li ġġiegħlek titbissem, "Darba biss bagħat għalija l-Arċisqof Gonzi fejn qalli li qalulu li jien qed inkun bil-lambretta niġri ma' waħda bjondija. U jien bid-daħka weġibtu, 'Sur Arċisqof dik il-bjondija hi l-plejer Ingliż tal-Hibs Lori Young li għandu xagħar twil u bjond.' Tkellem miegħi meta kien ġurnalist ma' Il-Ħajja u ma' Il- Ħaddiem, "Anke hawn kont iġġilidt mal-Knisja meta marru jsefsfu lill-Arċisqof Gonzi li Dun Anġ Seychell, Said Pullicino u jien konna xellugin. U kont iddeċidejt li nitlaq. Kien hawn li jien, Dun Anġ, Peter Serracino Inglott u Joe Friggieri konna bdejna gazzetta jisimha Illum li kienet toħroġ darba fil-ġimgħa u kienet kontroversjali." Suġġett interessanti li tkellimna fuqu kien il-ħabs fejn Fr Hilary ma jemminx li l-ħabs hu post ta' rijabilitazzjoni. "Ma naqbilx assolutament li min ikollu problema ta' droga titfgħu l-ħabs. Anzi kull problema li ġejja minn xi ossessjoni bħal droga, alkoħol, logħob tal-azzard, pornografija u anke tip ta' serq għandhom jitpoġġew f 'ċentri fil-komunità. Naf b'nies li qatt ma kienu ħadu droga u jintbagħtu l-ħabs fuq xi ossessjoni oħra u joħorġu drogati minn hemm ġew." Mistoqsi allura jekk il-ħabs għandux jispiċċa qalli, "Dażgur li le. Il-ħabs qiegħed hemm għal dawk li huma periklu għas-soċjetà bħal qattiela. Tliet kwarti mill- priġunieri m'għandhomx ikunu hemm. Għax dawn in-nies mill- ħabs qed jitgħallmu jsiru kriminali u mhux jitranġaw." Fr Hilary ipponta subgħajh lejn il- gvernijiet Maltin dwar il-kwistjoni tal-ħabs, "L-ebda gvern ma ħa l-ħabs bis-serjetà. Għax jidher li dan jibżgħu minnu. U dawn huma r-riformi ta' vera li jridu jsiru, il-ħabs u l-qrati. Ix-xewqa tiegħi hi li tinbidel il-kostituzzjoni fejn il- poteri tal-pulizija, armata, xandir u qrati jingħataw f 'idejn il-President tar-Repubblika u jitneħħew minn idejn il-politiċi. Għax dan hu l-gwaj iżda ħadd minnhom ma jrid jitlaq dawn il-poteri minn idejh." Tkellmu fuq xiex tkellmu, Fr Hilary jerġa' jmurlek fuq il- passjoni ta' ħajtu, il-futbol, fejn reġa' qalli li anke fil-Millenium Chapel ġabar l-esperjenzi kollha tiegħu. "Kieku ma kellix passat sportiv kieku din ma saritx. Jidher li hu argument paradossali iżda jien bdejt il-ħajja ta' qassis bil- passjoni lejn il-futbol. Jien dejjem emmint li l-isport fih il-kwalitajiet kollha tal-vanġelu. Bl-isport ersaqt lejn Alla għax Alla ma ħoloqx biss ir-ruħ iżda wkoll il-ġisem. Anke d-dinja ħoloqha forma ta' ballun. U dan ifisser li l-futbol hu opra ta' Alla." Fl-aħħar tkellimna ftit dwar il-Knisja Kattolika f 'Malta, "Il- Knisja Maltija maqtugħa mill- poplu, mitlufa f 'ċerimonji u purċissjonijiet. Għalkemm qed nersqu aktar viċin in-nies bil-mod il-mod. Jien ippruvajt dejjem inkun viċin in-nies. Kont l-ewwel patri li soqt lambretta, li nilgħab il-futbol, kowċ tal-futbol, kissirt tabù meta neħħejt iċ-ċoqqa. B'dan il-mod ħassejtni nressaq il-Knisja aktar viċin il-poplu għax stajt nifhmu aħjar. "U hawn hu xogħol is-saċerdot, li jgħix normali mal-poplu. Nemmen li fil-futur irid ikun hawn saċerdoti nisa għax inkella mhux se jkollna min jagħti l-ewkaristija, li hi l-ħajja tar-reliġjon tagħna. Nemmen ukoll li jrid ikun hawn saċerdoti miżżewġin għax li s-saċerdoti ma jiżżewġux mhix ġejja mill-vanġelu, anzi, Kristu għażilhom kważi kollha miżżewġin u bil-familja. Inħarsu lejn l-Ingilterra fejn madwar 1,000 saċerdot Anglikan miżżewġin qalbu għas-saċerdozju Kattoliku u dawn mexjin tajjeb. Iżda jrid jkun hemm post għaċ- ċelibat ukoll fil-Knisja fejn ikun magħżul b'mod volontarju. Għax il-ħajja tal-kunvent bżonjuża għal Knisja basta dawk li jidħlu jħossu l-milja f 'dak li jagħmlu u ħalli ma jfittxux aljenazzjonijiet oħra." Kliem ġej minn moħħ ta' anzjan, iżda b'moħħ żagħżugħ, miftuħ u modern. Sellimna lil xulxin u ħriġt minn hemm mimli għerf li jwassal dan il-patri mimli passjoni lejn l-isport u l-ħajja. t'anzjan u moħħ ta' żagħżugħ "Nemmen li jrid ikun hawn saċerdoti miżżewġin għax li s-saċerdoti ma jiżżewġux mhix ġejja mill-vanġelu" Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015