Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182
ILPRIM Ministru Joseph Muscat jitfa' f 'dawl ikrah dak li qal qablu l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, Gvern Lokali Owen Bonnici dwar il-każ tat-tim tal-Hibernians li offrew kuntratt lil Ched Evans, eks plejer ta' Sheffield United li nstab ħati ta' stupru fl-2011. Fi tweets separati li tefgħu ż-żewġ membri tal-Gvern fuq Twitter, tkellmu dwar x'jaħsbu li se jkun l-effett tal-kuntratt offrut lil dan il-plejer mit- tim ta' Hibernians. Iż-żewġ stqarrijiet kienu kompletament differenti minn xulxin u dik tal-Prim Ministru li ġiet wara tal-Ministru Bonnici wriet li Muscat ma jaqbilx ma' dak li qal il-Ministru fil-kamp tiegħu stess. It-tim li bħalissa jokkupa l-ewwel post tal-klassifika tal-futbol lokali offrew kuntratt sat-tmiem tal-istaġun lil dan il-plejer li kien jilgħab ma' timijiet importanti fl-Ingliterra bħal Manchester City u Sheffield United minbarra li kien jilgħab għat-tim nazzjonali ta' Wales. Dan wara li kienu diversi timijiet fl-Ingilterra li rrifjutaw li jsieħbu lil Evans fit-tim tagħhom. B'reazzjoni għal dan, il- Ministru tal-Ġustizzja, l-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici kiteb tweet fejn fiha qal li huwa jaqbel ma' din id-deċiżjoni li Evans jingħata l-opportunità li jilgħab fil-kampjonat tal-futbol lokali. Fil-fatt, Bonnici sostna li din hija opportunità li fiha jista' jidher biċ-ċar kif għandu jsir biex ngħixu dak li ngħidu u min ikun skonta s-sentenza tiegħu fil-ħabs għandu jingħata l-okkażjoni li jerġa' jibda mill- ġdid. Ftit tal-ħin wara, kien il-Prim Ministru li permezz tal-istess mezz soċjali, esprima kif din id-deċiżjoni jeħtieġ tiġi mwieżna sew qabel tittieħed għaliex din l-istess deċiżjoni se tirrifletti fuq it-tim u eventwalment anke fuq Malta. Għaldaqstant appella lill-maniġers biex jirriflettu sew fuq dan qabel ma tittieħed xi deċiżjoni finali. Fl-istess waqt tenna li l-plejers tal-futbol huma 'role models' fis-soċjetà u għalhekk deċiżjoni bħal din għandha ċertu piż. Għall-kliem tal-Prim Ministru, esprima wkoll x'ħaseb id- deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li qabel ma' dak li qal il-Ministru Bonnici u fakkar lill-Prim Ministru dwar diversi każi li tefgħu dawl negattiv fuq Malta fosthom "il-bejgħ taċ- ċittadinanza." Staqsa wkoll lill- Prim Ministru, dwar kif issa qed jinkwieta għad-dehra ta' Malta, wara dawk il-każi li "rredikolaw" isem Malta mad-dinja. Fi stqarrija li nħarġet mill- Ministeru għall-Ġustizzja Ingliż, intqal li dan it-trasferiment ta' plejer ma jistax iseħħ minħabba d-diversi liġijiet u infurzar li jsir mill-Ministeru li jimpedixxu lil Evans milli jaħdem barra mill-pajjiż. Minħabba li Evans huwa mniżżel fir-reġistru ta' dawk akkużati b'reati sesswali, hu ma jistax jaħdem barra mill- pajjiż għaliex jeħtieġlu jiltaqa' mal-uffiċjal tal-probation tiegħu b'mod regolari u jkollu jattendi wkoll għal diversi programmi, hekk imsejħa Sex offender Treatment. Dan l-istess uffiċjal, irid ikun hu li jagħti l-permess lil dawn in-nies biex ikollhom xi xogħol ġdid. Fl-istess waqt, il-Ministeru tal-Ġustizzja Ingliż saħaq li min-naħa tagħhom, qed jagħmlu minn kollox sabiex dawk li nstabu ħatja ta' dawn l-offiżi, ma jerġgħux jagħmlu l-offiża u jiġu protetti l-vittmi. Il-plejer internazzjonali Ched Evans ġie akkużat u misjub ħati ta' stupru fuq tfajla ta' 19-il sena fl-2011. Dan il-każ seħħ f 'kamra ta' lukanda, hekk kif il-vittma kienet taħt l-effett tal-alkoħol u għaldaqstant ma kinitx kapaċi tieħu deċiżjonijiet. Minħabba f 'hekk, Evans ġie akkużat bi stupru u ngħata sentenza ta' 5 snin ħabs, li però skonta tnejn u nofs minnhom wara li f 'Ottubru li għadda nħareġ mill-ħabs. Minkejja dan kollu, l-plejer għadu jisħaq li hu huwa innoċenti u ġie akkużat intortament. Dan il-każ ġibed ħafna attenzjoni fuq pajjiżna, hekk kif kienu bosta siti, ġurnali u stazzjonijiet televiżivi internazzjonali li tkellmu dwar dan il-każ, fosthom BBC, Sky News, Daily Mail, fost l-oħrajn. 8 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 The chosen candidate will undertake day to day accounting activities, such as the preparation of accounts up to Trial Balance, the raising of invoices and processing of payment remittances, reconciliation of bank accounts, data inputting, credit and debt control and the preparation of payroll and VAT returns. The successful candidate will preferably hold an AAT, an A level qualification in Accounts, or be in the early stages of ACCA or equivalent. Prior experience in an accounting role and familiarity with a Sage environment will be considered an asset. Besides being meticulous and conscientious, the successful candidate should demonstrate an ability to prioritize tasks and work under pressure. The successful applicant will work in Gozo. About the company Our company has long been established in the ceramic tile and sanitary ware business and has in recent years set up a subsidiary for the manufacturing of cement blocks and the processing of marble and Gozo hardstone. The company is based in Gozo with a showroom in Guardamangia. www.afellis.com.mt. Applicants are requested to apply by 16 January 2015 in writing, enclosing a c.v., to : The Managing Director, A.F.Ellis (Home Decor) Ltd., 16 Għajn Qatet Street, Victoria, Gozo VCT 2101. or by e-mail mail@afellis.com.mt ACCOUNTS EXECUTIVE (based in Gozo) Ched Evans ma jistax jaħdem barra minn pajjiżu Ched Evans ġie akkużat bi stupru fuq tfajla ta' 19-il sena fl-2011