Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 | illum 29 SPORTSillum Kampanja #KickObesity minn Phoenix Sports Club ILKLABB Sportiv Phoenix SC nieda kampanja immirata favur il-ġlieda kontra l-obeżità fit-tfal u ż-żgħażagħ Maltin. Il-kampanja ssemmiet #KickObesity u se tkun qed tinkludi mawriet fl-iskejjel Maltin fejn se jsir tagħlim dwar bidliet li t-tfal jistgħu jagħmlu sabiex jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar. Orlando Bonnici, President tal-Klabb ta Phoenix SC kellu dawn il-kummenti xi jgħid: "Għażilna li nagħmlu dil-kampanja minħabba li l-isport Malti huwa għal qalbna u nħossu li bħala klabb nistgħu nagħtu ħafna lura lis-soċjetà Maltija grazzi għall-esperjenza li għandna fil-kamp sportiv. L-obeżità f 'Malta qed tiswa lill-pajjiż miljuni ta' Ewro kull sena, u aħna nemmnu li bi programm ta' tagħlim lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri, flimkien ma' leġislazzjoni b'saħħitha tista' ddawwar din ix-xejra negattiva li qed toħloq ħafna problemi ta' saħħa fit-tfal u adulti Maltin. Bħala persuni li aħna involuti fl-amministrazzjoni sportiva nħossu li għandna nagħmlu l-almu tagħna biex ngħollu l-livell tal-isport Malti filwaqt li noffru opportunitajiet lit- tfal Maltin biex jgħixu stil ta' ħajja aħjar. Il-Kampanja ġiet imsemmija #KickObesity bi skop li tilħaq aktar liż-żgħażagħ Maltin u parti sostanzjali minnha se tkun magħmula minn materjal li se jittella' fuq is-siti soċjali bħal Twitter u Facebook. Il-klabb se jibda jitfa' artikli u informazzjoni rigward stil ta' ħajja aħjar u jippromovi dawn l-artikli fuq dawn is-siti soċjali. Il-klabb se jagħmel ukoll viżti ġo skejjel primarji u sekondarji fejn se jqabbad nies esperti fin- nutrizzjoni u eżerċizzju fiżiku biex iwasslu messaġġ ta' stil ta' ħajja aħjar għat-tfal Maltin. Il-kampanja diġà bdiet u se tibqa' għaddejja b'mod indefinit. Phoenix Sports Club jixtieq jistieden dawk l-iskejjel, organizzazzjonijiet, Kunsilli Lokali kif ukoll individwi personali li jixtiequ jingħaqdu f 'din il-kampanja billi jikkuntattjaw direttament lill- klabb fuq is-sit tiegħu www. psc.com.mt jew fuq l-imejl info@psc.com.mt. Dawk l-entitajiet li jixtiequ jgħinu fl- edukazzjoni għal stil ta' ħajja aħjar huma wkoll mitluba li jużaw il-frażi '#KickObesity' meta jikkummentaw fuq il- mezzi soċjali. Il-logo uċjali ta' Phoenix Sports Club Festa ta' futsal u solidarjetà b'risq Puttinu Cares MATUL l-aħħar jiem, il- Futsal Malta Association għall-ewwel darba organizzat maratona tal- futsal b'risq Puttinu Cares. F'Settembru li għadda waqt laqgħa tal-kunsill tal-Futsal Malta Association, kien ġie mistieden Dr Victor Calvagna, fejn ġiet imnedija s-sistema tal-ibbukjar għall- FMA Futsal Festival b'risq Puttinu Cares. Fost dawk li ħadu sehem kien hemm it-tfal mill- Malta Futsal School li ħolqu atmosfera sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, matul il- jum tas-Sibt. Il-qofol ta' din l-attività ntlaħaq aktar kmieni waranofsinhar, b'turnament magħmul mit-tim tal- Corradino Sports Bar, Membri tal-Kunsill, Referis u Ġurnalisti Sportivi. Fl-ewwel logħba Corradino Sports Bar ġew f 'parità ta' 1-1 mar-referis. Il-Membri tal-Kunsill kisbu l-akbar rebħa, meta għelbu lill-ġurnalisti bl- iskor ta' 8-1. Għaldaqstant il-ġurnalisti ġabru ftit ġieħhom meta ġew f 'parità ta' 4-4 ma' Corradino Sports Bar. Il-Membri tal-Kunsill għelbu lir-referis bl-iskor ta' 4-0 u tilfu kontra Corradino Sports Bar 6-2. Fl-aħħar logħba r-referis għelbu lill-ġurnalisti bl- iskor ta' 4-0. Is-somma finali miġbura f 'din il-maratona ta' futsal b'risq Puttinu Cares kienet dik ta' madwar €2,500. Il-plejers kollha li ħadu sehem l-Festival tal-Futsal b'risq Puttinu "Nemmen li għamilt l-aħjar għażla" – Terence Agius NHAR it-Tlieta filgħaxija l-plejer internazzjoanli ta' taħt il-21 sena Terence Agius iffirma b'mod uffiċjali ma' Balzan F.C wara li ngħaqad magħhom mingħand Pietà Hotspurs. Dan kien it-tieni akkwist fi ftit jiem għal Balzan wara li ftit tal-jiem qabel ikkonkludew u ppreżentaw ukoll lill-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta. ILLUM tkellmet ma' Terence Agius innifsu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil- karriera tiegħu fejn tenna li: "Dan hu pass 'il quddiem fil-karriera tiegħi u nemmen li għamilt l-aħjar għażla li sseħibt ma' dan it-tim bl- istess ambizzjonijiet li għandi jien. Nirringrazzja lill-President ta' Balzan, Anton Tagliaferro, lill-kumitat kollu u lill-kowċ Oliver Spiteri li urew fiduċja fija. Nirringrazzja wkoll lill- Pietà Hotspurs li magħhom lgħabt kważi 90 logħba mal- kbar u tal-memorji sbieħ li kelli tul dawn is-17-il sena li għamilt magħhom!" Terence Agius ftit wara li kien ippreżentat b'mod uċjali ma' Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015