Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 LISTEJJER ta' kronaka jġibu magħhom statistika u hija ħasra għax sfortunatament il-vittmi ħafna drabi jispiċċaw numri. Matul l-2014 fil- fatt saru inqas imwiet u qtil u inqas każi ta' serq, għalkemm din hija minn statistika li tinżamm mill- gazzetta u mhux statistika uffiċjali. Fl-2014 spikkaw għal darb'oħra qtil ta' persuni li l-Pulizija temmen li saru bi tpattija bħalma kien hemm fis-sena ta' qabel. Omiċidji Fil-fatt mill-informazzjoni li għandna matul it-12-il xahar tas-sena l-oħra seħħew sitt każi ta' qtil li erba' minnhom għadhom mhux solvuti. Matul is-sena 2013 kienu saru tmin omiċidji. • L-ewwel omiċidju tal- 2014 seħħ fl-4 ta' Frar fejn inqatel Ġużi Galea ta' 58 sena mill-Marsa magħruf bħala "l-Ġilda". Il-qtil kien wieħed premeditat u ppjanat li seħħ quddiem ir-residenza tiegħu għall- ħabta tal-5am fi Triq ix-Xemxija fil-Marsa, li tinsab fil-Qasam tad-Djar. Galea kien għadu kemm daħal fil-karozza tiegħu Kia Sorrento. Huwa nqatel meta ġew sparati xejn inqas minn 17-il tir, x'aktarx minn 'assault rifle' tal-marka AK minn xi ħadd f 'karozza li waqfet warajh. Huwa ntlaqat b'ħames tiri fuq wara ta' ġismu. S'issa l-Pulizija għadhom ma arrestaw lil ħadd dwar dan il-qtil. • It-tieni qtil seħħ fil-11 ta' Frar bil-vittma jkun Kristic Dragoljub ta' 27 sena mis-Serbja. Il-każ seħħ fi Triq il-Merluzz fil-Qawra bil-vittma jinqatel b'daqqa ta' mus f 'qalbu. Dwar dan il- qtil il-Pulizija arrestaw lil Emil Atanasov, ta' 27 sena mill-Bulgarija. Kien għall-ħabta tas-2.15am meta qam argument fl- appartament bil-Bulgaru jaqla' daqqa fuq imnieħru. Ir-reazzjoni kienet waħda vjolenti bil-Bulgaru, li jgħix fl-appartament, ġab mus u ta daqqa waħda lil Kristic Dragoljub li laqtu eżatt f 'qalbu. • Qtil ieħor li wkoll għadu mhux solvut seħħ l-għada, fit-12 ta' Frar, fejn Pietru Cassar, għażeb ta' 67 sena miż-Żejtun magħruf bħala "Pietru l-Ħaqqa", inqatel b'żewġ tiri ta' arma tan-nar, x'aktarx pistola semi-awtomatika kalibru 9mm. "Il-Ħaqqa" nqatel għall-ħabta tas-2.10pm meta kien fil-garaxx tiegħu fi Triq Santa Marija fiż-Żejtun. Persuna jew persuni waqfu quddiem il-garaxx fejn mhux qed ikun eskluż li għamlu użu minn mutur minħabba li t-triq hija dejqa u ma kinux se jsibu ostaklu biex jaħarbu minn fuq il-post. Kif waqfu quddiem il-garaxx fejn kien hemm Cassar, ġew sparati tlieta jew erba' tiri fid-direzzjoni tal-anzjan. Huwa ntlaqat minn żewġ tiri, wieħed f 'sidru u l-ieħor f 'għonqu. Dan il-każ ukoll għadu mhux solvut. • Każ li seħħ fid-19 ta' Marzu huwa dak tat-tfajla Maria Lisa Zahra ta' 15-il sena mis-Swieqi fejn Erin Tanti ta' 23 sena mill-Belt jinsab akkużat bil-qtil tagħha meta assista lil Zahra biex taqbeż minn fuq fuq l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli. • Il-ħames qtil seħħ fl-1 ta' Ġunju meta Darren Degabriele ta' 35 sena minn Ħal Għaxaq inqatel fi Triq iż-Żejtun limiti ta' Marsaxlokk. Degabriele kien qed isuq Mitsubishi Pajero meta splodiet bomba li tpoġġiet taħt il-karozza. Qtil ieħor li għadu mhux solvut. • L-aħħar qtil għas-sena 2014 huwa dak ta' Jonathan Pace ta' 31 sena mill-Fgura li kien sid il-kumpanija 'Tyson Butcher'. Huwa safa ferut b'diversi tiri sparati minn sub-machine gun fi Triq Mahatma Ghandi fil- Fgura għall-ħabta tad- 9.10pm. Huwa miet ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-isptar f 'qagħda kritika. Il-qtil ta' Pace huwa simili ħafna bħal dak ta' Joseph Galea, magħruf bħala "l-Ġilda". Pace, kien akkużat fil-Qorti bl-attentat ta' qtil ta' Vince Muscat, magħruf bħala "il-Koħħu", li seħħ fit-8 ta' April 2014 fi Triq Bordin fl-Imsida. Pace kien spara fid-direzzjoni ta' Muscat meta dan kien fil-karozza. Minkejja li kien ferut, Muscat saq lejn l-Għassa tal-Pulizija tal- Imsida. Pace kien ingħata l-ħelsien mill-arrest dwar dan l-attentat 13-il ġurnata qabel ma nqatel. Inċidenti fatali tat-traffiku Matul l-2014 seħħew 11-il każ ta' inċidenti fatali tat- traffiku li minnhom sitt vittmi kienu mixjin fit-triq jew kienu fit-triq u mhux f 'karozza. Fis-sena 2013 it-total ta' vittmi fit-toroq Maltin u Għawdxin kien ta' 19. • L-ewwel inċident fatali seħħ fl-10 ta' Jannar fil-5.12am meta Clive Brincat ta' 32 sena mill- Belt, li kien joqgħod il- Furjana u li kien magħruf bħala "il-Ġojja", kien wieqaf bil-mutur tiegħu, Piaggio Runner, fi Triq il- Konvoj ta' Santa Maria fl- Imqabba. Kif kien għadu fuq il-mutur minn warajh ġiet karozza Peugeot 206 misjuqa minn Jean Claude Mangion ta' 19-il sena mill-Qrendi u laqtitu b'konsegwenza li Brincat safa mtajjar u miet fuq il-post. • Fil-15 ta' Jannar mietet Karen Cutajar ta' 38 sena minn San Pawl il-Baħar. Cutajar kienet qed issuq karozza Fiat 600 fi Triq is-Salini limiti tan-Naxxar meta għall- ħabta tas-2.35pm ħabtet head-on ma' trakk misjuq minn Matthew Mangion ta' 28 sena minn Naxxar. • It-tielet inċident fatali li seħħ fl-24 ta' Jannar kien xi ftit stramb. Philip Scott Attard ta' 44 sena, Ingliż, residenti Ħal Għaxaq kien miexi fi Triq Ħal Farruġ, f 'Ħal Farruġ, meta għall-ħabta tas-6.35am intlaqat minn karozza Opel Corsa u kif kien fl-art għaddiet karozza Ford Escort minn fuqu. • Ingliż ieħor, John Darren Casey Ingliż ta' 33 sena li kien joqgħod San Pawl il-Baħar, miet fil-5 ta' Marzu fi Triq Burmarrad limiti tal-Mosta għall- ħabta tas-7.15am Casey tilef il-kontroll tal- karozza VW Polo u baqa' dieħel f 'Vauxhall Brava misjuqa minn John Paul Azzopardi ta' 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ. • Fl-24 ta' Marzu, Somalu ta' 19-il sena, Ibrahim Ismail Yasin għall-ħabta tas-2.30pm kien qed jaqsam Triq Aldo Moro fil-Marsa meta ntlaqat minn karozza Fiat Fiorentino misjuq minn Warren Frendo ta' 23 sena minn San Pawl il- Baħar. • Is-sitt inċident fatali seħħ fl-24 ta' Mejju fl-10.40am meta Maria McKay ta' 75 sena mill-Imsida ntlaqtet minn bowser meta kienet qed taqsam minn fuq it-traffic lights fi Triq il-Wied fl-Imsida. Is-sewwieq tal-bowser ma ndunax li kien laqat lill-anzjana u baqa' sejjer. Il-bowser u s-sewwieq instabu ftit tal-ħin wara fil-Gżira. • Fis-6 ta' Ġunju fis-6.05am miet George Scerri ta' 39 sena minn San Ġiljan meta tilef il-kontroll tal-karozza Mitsubishi Shogun u baqa' dieħel f 'ħajt fi Triq Garibaldi fil-Marsa. • Anzjana ta' 68 sena minn Ħal Qormi ntalqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta' 31 sena mill- Mosta fil-5 ta' Settembru fis-6.30pm fi Triq l-Imdina. Il-mara mietet l-għada fl-Isptar Mater Dei. • Fl-20 ta' Ottubru Ġian Patist Azzopardi ta' 66 sena mill-Imtarfa kien fil-post il-ħażin fil- ħin ħażin meta għall- ħabta tal-10.20am kien bilqiegħda fuq stejġ tal-linja fi Triq l-Imtarfa, fl-Imtarfa, flimkien ma' ħatnu, Joe Vella ta' 61 sena. Dak il-ħin karozza misjuqa minn Rowen Caruana ta' 17-il sena baqgħet dieħla fl-istejġ fejn kienu bilqiegħda u Azzopardi nqatel fuq il- post. • Fl-14 ta' Settembru Charles Borg ta' 43 sena minn San Ġwann kien iddikjarat mejjet kawża tal-ġrieħi li sofra f 'inċident li seħħ fit-23 ta' Ottubru, 2013 fi Triq Garibaldi fil-Marsa meta Borg tilef il-kontroll tat- trailer li kien qed isuq u nqaleb. • L-aħħar inċident fatali għas-sena 2014 seħħ fid-19 ta' Diċembru meta Maria Degabriele ta' 76 sena minn Ħ'Attard kienet miexja fi Triq Victor Vassallo f 'Attard u għall-ħabta tat-8.30pm ittajret minn karozza Toyota Vitz misjuqa minn Robert Micallef ta' 28 sena minn B'Kara. Overdose ta' droga Is-sena 2014 rat każ wieħed ta' dak li kien suspettat bħala overdose fatali, l-istess bħal tas-sena ta' qabel. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Ġrajjiet ta' kronaka fl-2014 Kompla l-qtil li x'aktarx Fl-2014, bħas-sena ta' qabel, spikkaw l-omiċidji li l-Pulizija temmen li saru bi tpattija Kien hemm biss każ wieħed ta' dak li kien suspettat bħala overdose fatali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015