Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 Clyde Puli approva ħlas li sar 4 t'ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali TLIET ġimgħat biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-eks Segretarju Parlamentari Clyde Puli approva ħlas b'lura għal xogħol li kien sar fis-sena u nofs ta' qabel. Dan kien żvelat fl-aħħar rapport annwali tal- Awditur Ġenerali. Il-ħlas in kwistjoni ngħata lil wieħed mill-membri tal-bord tad-diretturi ta' dak iż-żmien tal-Kunsill Malti għall-iSport. Mir-rapport tal-Awditur jirriżulta li din il-persuna bejn Settembru 2011 u Frar 2013 kienet qed tagħmel xogħol ta' aġent maniġer tal-kumpless sportiv f 'Tal-Qroqq. Huwa mifhum iżda li matul dan il-perjodu din il-persuna ma ħadet ebda ħlas. L-affarijiet iżda ħadu żvolta lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali. Fil-fatt fit-18 ta' Frar tal- 2013, tliet ġimgħat biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, l-eks Segretarju Parlamentari Clyde Puli li kien responsabbli mill-isports, permezz ta' ittra ffirmata minnu personalment, approva ħlas b'lura għal xogħol li kien sar fis-sena u nofs ta' qabel minn dan il-membru tal-bord tad-diretturi tal- Kunsill Malti għall-iSport. Eventwalment il-ħlas, li kien jammonta għal €18,000, sar erbat ijiem biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, fl-4 ta' Marzu 2013. Fil-ġimgħat li għaddew kien sar magħruf kif fil-jum ta' qabel l-aħħar ġenerali, fit-8 ta' Marzu 2013, numru ta' persuni li kienu fis-Segretarjati Privati tal-Prim Ministru u ta' Ministri Nazzjonalisti, spiċċaw fil-Kunsill Malti għall-iSports. Tlieta kienu jaħdmu saħansitra fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol fejn Clyde Puli kien Segretarju Parlamentari, responsabbli fost oħrajn mill- istess Kunsill Malti għall-Isport. Ritratt: Ray Attard Proposta biex l-irġiel ikunu jistgħu jieħdu kunjom marthom ILKUMMISSJONI Nazzjonali għall-Ugwaljanza (NCPE) għadha kemm ressqet proposta lill-Gvern biex f 'pajjiżna, l-irġiel jibda jkollhom l-għażla li jieħdu kunjom il-mara meta jiżżewġu. Sa issa f 'pajjiżna, meta koppja tiżżewweġ, il-mara għandha tliet għażliet, jew li tieħu kunjom ir-raġel, kif jagħmlu l-maġġoranza, jew li żżid kunjom ir-raġel ma' tagħha, jew li tibqa' b'kunjomha ta' xebba. Dan il-ġurnal tkellem mal-Ministru Helena Dalli dwar din il-proposta fejn qalet li s-sitwazzjoni preżenti tiddiskrimina lill-irġiel. "Bħalissa l-mara għandha tliet għażliet fuq x'tagħmel b'kunjomha meta tiżżewweġ, iżda l-irġiel m'għandhom l-ebda għażla. Dan hu stat ta' fatt li din hija diskriminazzjoni" qalet Dalli. Dalli saħqet li qabel konna naħsbu li d-diskriminazzjoni ssir biss fuq il-mara, "imma issa qed nintebhu li f 'dan il-każ ir-raġel hu diskriminat ukoll." F'kumment li tat lill- ġurnal, Renee Laiviera, il- Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, qalet li koppji avviċinaw lil NCPE jilmentaw li waqt li mara għandha għażliet fejn tidħol l-għażla tal-kunjom meta tiżżewweġ, ir-raġel m'għandux. "Għaldaqstant qed nagħmlu din il-proposta biex it-tinejn ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom." L-ILLUM tkellmet direttament ukoll ma' Peppi Azzopardi, il-preżentatur ta' Xarabank, fejn qal li dan jaqbel mija fil-mija ma' din il- proposta hekk kif hu stess xtaq jieħu kunjom martu, u ma tħalliex. Peppi qal li dan kien eżempju ta' diskriminazzjoni fuq l-irġiel fejn "jien staqsejt biex nara nistax nieħu kunjom marti, għax isbaħ, iżda qaluli li ma nistax. Dak iż-żmien marti kellha l-għażla jekk tiħux kunjomi jew le, li infatti spiċċat ma ħaditux, imma jien ma kelli l-ebda għażla." Il-proposta tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza tissuġġerixxi li r-raġel ikollu l-għażla li jadotta kunjom il- mara. Skont il-proposta, wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, il-koppja għandha tiddikjara x'se jkun il-kunjom tal-familja u tat-tfal. Din il-proposta tirrimarka li mhux qed tħares biss l-aspett ta' ugwaljanza imma anke lejn dak kulturali. Dan għaliex maż-żmien qed jintilfu bosta kunjomijiet minħabba li ma jkunx hemm ulied maskili biex ikunu jistgħu jgħaddu l-kunjom. Dan mhuwiex xi fenomenu ġdid, hekk kif pajjiżi oħra fl-istess kontinent diġà għandhom dawn il-liġijiet. Fil- Ġermanja, fl-1994, ġie deċiż li l-koppja tista' tagħżel mill- kunjom tal-mara jew tar-raġel biex ikun il-kunjom tal-familja ġdida tagħhom la darba jiżżewġu. Fil-Greċja, mill- 1983, għaddiet liġi li l-mara għandha żżomm kunjomha għal kumplament ta' ħajjitha. Fl-Italja, kulħadd iżomm kunjomu, imma mbagħad il- mara għandha l-għażla li jekk trid tista' żżid kunjom żewġha wara isimha jew le. "Ma tħallejtx nieħu kunjom marti" - Peppi Azzopardi Clyde Puli kien Segretarju Parlamentari, responsabbli fost oħrajn mill-istess Kunsill Malti għall-Isport Republic Street, Valletta next to the Courts "Din kienet diskriminazzjoni fuq l-irġiel" - Helena Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015