Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 GODWIN Cutajar minn Santa Venera nqatel meta kellu 34 sena. Jidher li Cutajar kien jaf li ħajtu kienet mhedda hekk kif kien iġorr fuqu pistola żgħira. Iżda min ried jeliminah kien jaf eżatt meta u fejn se jsibu mingħajr ma Cutajar ikollu ħin biex joħroġ l-arma. Anzi, x'aktarx li Godwin kien waqa' f 'nasba u telefonata li kien irċieva swietlu ħajtu. Cutajar inqatel nhar il-Ħadd, 11 ta' April 1993 b'żewġ tiri ta' pistola fuq wara ta' rasu. Dwar dan il-qtil kienu saru diversi allegazzjonijiet minn raġel barrani, iżda la qatt kienu sostanzjati u lanqas ma kien hemm l-iċken prova dwar dak li kien qal. Il-Pulizija jinqabdu bi tliet omiċidji Il-qtil ta' Godwin Cutajar wasal ġimgħa wara l-qtil makabru ta' Sylvia King li seħħ fit-3 ta' April u dak ta' Vittorio Cassone li seħħ f 'Jannar tal- istess sena. Sylvia King, li kellha 34 sena, kienet inħatfet miż-żewġt irġiel - Joseph Harrington u Tommy Baldacchino - minn ħdejn l-impjant ta' Sant'Antnin f 'Wied il-Għajn. Minn hemm huma ħaduha fl-inħawi tal- Kunċizzjoni, limiti tar-Rabat, f 'Malta, fejn wara li rabtuha u poġġewha fil-bagoll ta' karozza, taw in-nar lill-karozza li kienet fiha permezz tal-petrol meta King kienet għadha ħajja. Joseph Harrington kien weħel għomru l-ħabs. Huwa miet fl-1 ta' Settembru li għadda filwaqt li Tommy Baldacchino kien ikkundannat 14-il sena priġunerija u ħareġ minn Kordin fl-2002. Baldacchino miet f 'Novembru tal-2003 kawża ta' overdose ta' droga fl- appartament tiegħu f 'Buġibba. Barra l-qtil frisk ta' King, il-Pulizija kienu għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet ta' delitt ieħor li kien seħħ tliet xhur qabel, dak ta' Vittorio Cassone li nqatel fit-13 ta' Jannar ukoll b'tiri ta' pistola iżda ta' kalibru iżgħar. Għaldaqstant il-Pulizija kellhom xogħol triplu bit-tliet omiċidji li sa dakinhar kienu għadhom fi stadju bikri ta' investigazzjonijiet. Mhedded b'pistola u aggredit Xi żmien qabel inqatel, Godwin Cutajar kellu argument ma' żewġt irġiel, li minkejja li seta' kellu konsegwenzi aktar gravi, irriżulta li spiċċa b'wiċċ il-ġid. Snin ilu kont tkellimt ma' Yvonne McKay, oħt Godwin. Hija rrakkontatli li kienet hi li nnotat li ħuha kellu ferita f 'idejh u meta staqsietu x'ġaralu qalilha li ma kienet xejn. Yvonne iżda baqgħet tinsisti sakemm fl-aħħar Godwin qalilha l-verità. Huwa kien qal li l- żewġt irġiel li kienu fis-sakra argumentaw miegħu. Godwin qal lil Yvonne li wieħed minnhom kien ippuntalu arma lejn rasu filwaqt li l-ieħor xejjer daqqa ta' mus u laqtu f 'idu. Iżda Cutajar kien qal lil oħtu Yvonne li għalkemm dakinhar kienu argumentaw miegħu, xorta baqgħu ħbieb tiegħu. Kienet esperjenza kerha u tas-saħna tal-mument tant li xi jumejn wara kienu sabuh u wara li skużaw ruħhom marru jixorbu flimkien. Huwa mifhum li minn dakinhar li Cutajar beda jġorr arma fuqu għax xorta beża' li kien hemm ħajtu fin-nofs. Pjan li ma setax ifalli Il-pjan tal-qattiela kien infallibbli u mhux biss irnexxielhom jeliminawh iżda għaddew aktar minn 21 sena u l-każ għadu mhux solvut. Il-qtil ta' Godwin Cutajar seħħ fil-lejl ta' bejn Sibt il-Għid u l-Għid il-Kbir. Peress li kien diġà sar il-ħin il-ħwienet kienu magħluqin tant li bar minnhom, li kien iġib l-isem ta' "Sammy's Bar", għalkemm kien għad hemm xi rġiel jixorbu ġewwa, is-sid kien għalaq il-bieb u anke niżżel ix-shutter. Kien fis-1.10am meta Cutajar kien miexi fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun u kif wasal fil-kantuniera ma' Triq id-Duka ta' Edinburgh, li tinsab triq qabel il-Knisja ta' San Gejtanu, waqfet karozza quddiemu li mblokkatlu t-triq. Mill-karozza ħarġu żewġt irġiel u qabel Cutajar seta' jirreaġixxi, wieħed mill-irġiel spara mill-inqas tliet tiri ta' pistola b'Cutajar jintlaqat b'żewġ tiri fuq wara ta' rasu. X'aktarx li Cutajar ipprova jbaxxi rasu hekk kif ra l-arma, iżda kien tard wisq u niżel fl-art qrib karozza Fiat 127 b'feriti fatali f 'rasu. Il-ħoss tat-tiri nstemgħu sew fil-ħemda tal-lejl tant li wħud minn dawk li kienu fil-bar ħarġu jaraw x'kien il-ħoss u kif ittawlu raw tnejn min-nies jidħlu f 'karozza żgħira, li kellha l-magna għadha taħdem, u jsuqu kontra t-traffiku fi Triq id-Duka ta' Edinburgh peress li meta waqfu l-karozza kienet qed tħares f 'dik id-direzzjoni. Wieħed mill-irġiel li kien fil- bar kien irrakkonta li "sid il-bar kien qed jagħmlilna l-aħħar grokk qabel immorru d-dar. Kif smajna t-tiri, telaq kollox minn idejh u ħriġna naraw x'kien dak il-ħoss. Għall-ewwel ħsibna li kienu xi trikki trakki u li xi ħadd kien spara minħabba li kien sbieħ Ħadd il-Għid". Raġel ieħor kien qal li meta ndunaw x'kien ġara tkexkxu meta raw lil Cutajar fl-art bid- demm ħiereġ minn rasu. "Smajt karozza twerżaq it-tyres u titla' għal Triq id-Duka ta' Edinburgh b'veloċità eċċessiva." Kien hemm min qal li sema' erba' tiri mhux tlieta. "Ħudu ħsieb dawk it-tnejn iż-żgħar" Kienu dawn l-irġiel li ċemplu għall-ambulanza u lill-Pulizija. Sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post, Cutajar kien għadu ħaj u hekk kif ittella' fl-ambulanza biex jittieħed lejn l-Isptar San Luqa lissen sentenza waħda - "ħudu ħsieb dawk it-tnejn iż-żgħar". Dawn kienu l-aħħar kliem li lissen il-vittma. Kien hemm min interpreta dan il-kliem bħala li Cutajar kien qiegħed jirreferi għal żewġt iklieb żgħar li kellu, għalkemm kien hemm min qal li seta' kien qed jiddeskrivi lill-qattiela tiegħu. Kif it-tim mediku poġġew lil Cutajar fuq l-istretcher u kienu se jdaħħluh fl-ambulanza, waqgħet il-pistola li kellu fil-but. Kienu inutli t-tentattivi tat-tobba biex isalvawlu ħajtu. Fil-fatt Cutajar miet ftit tal-ħin wara li ddaħħal fl-emerġenza tal-isptar. Fuq il-post tad-delitt kienu marru diversi Pulizija fosthom l-eks-Kummissarju George Grech flimkien mas- Supretendent Joe Cachia, illum il-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, u l-eks-Spettur Paul Sammut u l-iSpettur Gaetano Walker, illum it-tnejn irtirati mill-Korp. L-investigaturi kienu, u probabbli għadhom, jemmnu li xi ħadd kien ra l-qtil ta' Godwin Cutajar iseħħ, iżda minħabba li nħakem minn biża', qatt ħadd ma għadda xi informazzjoni lill-Pulizija li setgħu jersqu biex isolvu dan il-każ. Minkejja t-tfittixja intensiva biex tinstab il-karozza użata mill-qattiela u forsi twassal lill-investigaturi għaż-żewġ kriminali, jidher li din baqgħet qatt ma nstabet. Il-Pulizija kienu għalqu l-aċċess għal Triq id-Duka ta' Edinburgh kif ukoll parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp biex kienet ippreservata x-xena tad-delitt minn fejn inġabru skrataċċ tal-balal. Irċieva telefonata x'aktarx minn min qatlu Sorsi qrib l-investigazzjoni kienu qalu li Cutajar kien irċieva telefonata mingħand xi ħadd li l-vittma kien jafu sew u anke li seta' kellu fiduċja fih. Il-persuna li ċempillu x'aktarx li qallu li kellu bżonn ikellmu urġenti u biex jiltaqgħu "Strada Rjali" li hija Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun. Il-Pulizija kienu stabilixxew li din it-telefonata kienet saret minn telefon pubbliku f 'wieħed mill-istabbilimenti f 'Paceville. F'dan l-istabbiliment kien hemm persuna li Cutajar kien jafha sew, raġel ieħor magħruf mal- John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Qtil fil-Ħamrun sbiħ l-Għid il-Kbir tal-1993 Il-vittma - Godwin Cutajar Il-vittma kien iġorr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015