Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Jannar 2015 illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Suċċess kbir għall-inizjattiva Milied • Sal-lejla jkunu żaruh 100,000 • Il-Maġi jaslu fl-Għar ta' Bethlehem fl-4.30pm ILLUM waranofsinhar għall-ħabta tal-4.30pm jaslu t-tliet Slaten Maġi fl- għar ta' Bethlehem li jkun ifisser it-tmiem tas-sitt edizzjoni ta' Bethlehem f 'Għajnsielem u l-għeluq tal-inizjattiva 'Milied f 'Għawdex'. Din is-sena, it-triq tat-tliet Slaten Maġi bdiet mill-pjazza ta' Cologne fejn qed jitfakkar it-850 anniversarju meta f 'dan il-Katidral Ġermaniż kienu daħlu r-relikwi ta' Caspar, Melchior u Balthazar. Fl-1164, ir-relikwi tat-Tliet Maġi ttieħdu fil-belt ta' Cologne u ġew imqiegħda f 'kaxxa tad-deheb fil- Katidral famuż mibni f 'ġieħ it-Tliet Slaten ta' Cologne. It-tliet slaten Maġi Għawdxin akkumpanjati mill-Ministru Anton Refalo u ċ-ċermen tal-inizjattiva 'Milied f 'Għawdex', l-Avukat Joe Mifsud waslu Malta ilbieraħ fuq titjira minn Brussell. Minn hemm se jmorru l-Mellieħa, qabel jaqsmu l-fliegu u jżuru l-għar ta' Bethlehem f 'Għajnsielem li llum se jdum miftuħ sat-8pm. Din is-sena l-inizjattiva 'Milied f 'Għawdex' kienet ta' suċċess kbir għalkemm l-akbar suċċess reġa' kien Bethlehem f 'Għajnsielem li ġibed warajh eluf kbar ta' turisti Maltin u barranin. Fil-fatt, sal-lejla mistennija jkunu żaru dan il-presepju ħaj uniku u li bħalu fil- gżejjer Maltin m'hemmx, madwar 100,000 persuna. Mitt elf li taw pumpjatura kbira lill-ekonomija Għawdxija meta kważi dawk li żaru l-presepju ħaj, ħadu l-okkażjoni biex jieklu ikla tajba u tipika Għawdxija f 'xi ristorant madwar Għawdex. Anke l-lukandiera u s-sidien tal-farmhouses kienu kuntenti bl-ammont ta' Maltin li użaw is-servizzi tagħhom meta ħafna turisti ħadu l-okkażjoni biex iqattgħu xi lejl jew tnejn fil- gżira Għawdxija. Is-slaten Magi telqu minn Cologne Anton Refalo u Joe Mifsud mal-Kardinal Rainer Maria Woelki Comodini Cachia tikkritika l-liġi tal-agrituriżmu f 'Għawdex ILMEMBRU Parlamentari Ewropew-MEP Therese Comodini Cachia ltaqgħet mal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, il-GTA fejn iddiskutiet magħhom il-possibbiltajiet ta' kooperazzjoni li jippromwovu fatturi distinti tal-gżira – prinċipali fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ikel, it- turiżmu tal-opri, turiżmu reliġjuż, il-karnival u anke l-għadis. Matul id-diskussjoni hi qajmet mistoqsijiet fuq ir-relevanza ta' leġislazzjoni favur agri-turiżmu kif approvata riċentement mill-MEPA, fejn applikant irid ikollu minimu ta' sittin tomna art: kundizzjoni li fil-prattika se tindirizza ftit li xejn entitajiet Għawdxin. Hi kkritikat il-fatt li l-istess liġi, aktar tfittex li tikkopja prodott barrani milli tisfrutta l-vantaġġ tad-dimensjoni lokali. "Konsultazzjoni kif suppost, għandha tilqa' kontra kejl wieħed għal kulħadd u soluzzjonijiet mgħaġġla. Evidentement, il-proposti mill-pubbliku Għawdxi ma ngħatawx l-attenzjoni mistħoqqa u adegwata," saħqet Comodini Cachia. Fil-kummenti tagħha, esprimiet sodisfazzjon għat- twaqqif ta' federazzjoni ta' entitajiet turistiċi fi ħdan il-Konferenza ta' Reġjuni Marittimi Periferali fl- Ewropa (CPMR), proposta li ġiet mressqa mill- assoċjazzjoni Għawdxija b'suċċess fejn Għawdex ikun membru fost ħmistax-il gżira oħra Ewropea. F'dan l-istadju, il-proposta hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Comodini Cachia awgurat ukoll li l-Assoċjazzjoni tkun mgħejuna mill- awtoritajiet Maltin sabiex tibbenefika minn aktar fondi u programmi Ewropej, fost l-oħrajn dawk taħt l-iżvilupp rurali. Fost temi oħra diskussi kien hemm l-aċċessibilità għall- gżira Maltija u burokrazija eċċessiva li qiegħda ttellef ir- regolarizzar ta' stabbilimenti B&B li huma niċċa kummerċjali turistika ġdida li qed tinħoloq f 'Għawdex. Therese Commodini Cachia tiltaqa' maċ-ċermen tal-GTA Paul Scicluna u mal-Kap Eżekuttiv tal-GTA, Joe Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015