Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 545 • 26 ta' Marzu 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Chris Spiteri Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 14 Ritratt: Ray Attard Mad-90 ħaddiem tal-Gvern fiċ-Ċittadella biss 46 minnhom inaddfu, ibajdu u jkaħħlu IĊĊITTADELLA mhix biss fortifikazzjoni mill-isbaħ u mill-aktar storika, imma mid-dehra hija wkoll sors ewlieni ta' impjiegi f 'Għawdex għall- Għawdxin. Minkejja li tliet ġimgħat wara li l-ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill-Ministeru, baqgħet bla risposti, ċifri approssimattivi li għandha f 'idejha din il-gazzetta juru li b'kollox hemm 86 ħaddiem tal-Gvern li għandhom impjieg fiċ-Ċittadella. Dan ma jinkludix ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu fil-mużewijiet tal-istess Ċittadella, ħaddiema tal-Environment Landscapes Consortium (ELC) jew ta' kuntratturi privati. Iktar minn nofshom, jew 46 huma persuni li jagħmlu xogħol ta' tibjid, tindif u tikħil. Dawn il-ħaddiema jinqasmu f 'żewġ gruppi ta' 23 persuna f 'kull grupp li jaħdmu żewġ shifts. L-ILLUM tinsab infurmata li dawn jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt. Minuti 'l bogħod mill-mewt Ara intervista fuq paġni 12-13 SKONT xhieda fil- Qorti mill-Ispettur Joseph Busuttil, Michael Kingswell, wieħed minn żewġ irġiel akkużati li użaw il-fotografija biex iqassmu materjal indiċenti ta' tfajliet taħt l-età, kien jistieden lill- istess tfajliet biex 'jikxfu aktar'. Jirriżulta li dan kien jitlobhom jagħmlu dan biex ir-ritratti jkunu 'aktar artistiċi' Kienet l-Interpol li ġibdet l-attenzjoni tal-Pulizija lokali għall- materjal li kien qed jitqassam mill-kompjuter ta' Kingswell. Il-Pulizija ressqet persuna oħra, Robert Rizzo b'kompliċità ma' Kingswell. Iż-żewġt irġiel, Michael Kingswell ta' 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ u Roberto Rizzo ta' 37 sena minn Marsaskala, ġew akkużati separatament li użaw il-fotografija bħala skuża biex jistadu tfajliet taħt l-età bil- premessa li jagħmlulhom 'photoshoot', li wara jirriżulta fit-talba ta' pożi indiċenti. Tkompli f 'paġna 14 'Ikxfu aktar' Qlibna siegħa 'l quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017