Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

"KUNTRARJAMENT għal Joseph Muscat li jinsab ostaġġ tad-deals korrotti li għamel lejliet l-elezzjoni, il- Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dejjem kien ċar, jiġifieri li bejn dak li hu sewwa u dak li hu faċli, jagħżel dejjem dak li hu sewwa." Hekk sostna l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija aktar kmieni ilbieraħ b'referenza għall-każ tad-donazzjonijiet li l-kumpanija db tat lill-PN u li allegatament marru biex jitħallsu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake u tal-Kap Eżekuttiv tal- PN Brian St. John. Il-PN sostna li l-aktar ħaġa faċli għal Simon Busuttil kienet li "minħabba donazzjonijiet li l-Partit Nazzjonalista kien irċieva mingħand min ingħata l-art tal-ITS bir-ribass, ma jgħid xejn u jħalli kollox għaddej. Iżda min jagħmel hekk ikun politiku korrott." Simon Busuttil hu l-oppost ta' dan u tkellem u aġixxa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi li, skont il-PN, "qed jiġi misruq għaliex ta art li tiswa' aktar minn €200 miljun se jkunu qed jitħallsu biss €15-il miljun." DB San Ġorġ Property se tħallas €15-il miljun fi flus kontanti: depożitu ta' €5 miljuni u mbagħad pagament ta' €10 miljuni, li jitħallsu darba fis-sena għal seba' snin. Il-bqija tal-flus se jkunu qed jiġu minn ċnus. Dan biex il-Gvern seta' ta l-art b'konċessjoni għal 99 sena. db marbutin jiżviluppaw fi żmien stipulat u qed iwiegħdu investiment ta' €300 miljun u mijiet ta' impjiegi ġodda. "Simon Busuttil ma jinxtarax," jtemm jgħid il-PN, "u dan il-każ ikkonferma s-serjetà u l-integrità ta' Simon Busuttil. Ebda donazzjoni jew relazzjoni kummerċjali ta' sponsorship ta' programmazzjoni ma waqqfitu milli jitkellem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi." Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum 3 Aħbarijiet AVUKAT Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-post ta' Case Officer (State Aid) fi ħdan il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat- Tnejn, 10 t'April 2017. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tal- 24 ta' Marzu 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PSD/RESOURCING/Pages/Forms%20and%20Templates/Forms-and- Templates.aspx L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=372 Dikjarazzjoni ta' Ruma li tisħaq dwar id-dimensjoni soċjali fl-Ewropa WIEĦED mill-ikbar passi 'l quddiem tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma maqbula bejn il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea hu l-aċċettazzjoni ġenerali dwar id-dimensjoni soċjali fl-Ewropa. Dan hu qbil wiesa' dwar kif din l-Unjoni mhix biss proġett ekonomiku iżda hi wkoll viżjoni soċjali. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni tas-sittin anniversarju mit-Trattat ta' Ruma. Il-Prim Ministru qal li ftit nies kienu jemmnu li sebgħa u għoxrin pajjiż membru setgħu qatt jaqblu dwar l-aspett soċjali, "imma issa hemm realizzazzjoni ċara li l-missjoni soċjali tista' tiġi mwettqa b'rispett lejn is- sitwazzjoni nazzjonali tal-istati membri. Id-dikjarazzjoni tal- lum hi pedament sod għad- diċenju li jmiss", kompla Muscat. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li d-diskors u l-attivitajiet tal- lum urew li l-proġett Ewropew għadu jqanqal l-emozzjonijiet. Sostna li filwaqt li kulħadd hu konxju mill-isfidi li jeżistu bħad- diffikultajiet ekonomiċi u bħall- migrazzjoni, bl-iffirmar tad- Dikjarazzjoni ta' Ruma ntbagħat sinjal simboliku li l-fiduċja fl-Ewropa qed tiġġedded. Il-Prim Ministru Gentiloni qal li r-riżultat tal-lum jirrifletti x-xogħol li sar waqt il-Malta Summit u waqt il-Kunsill Ewropew fi Brussell, u tkellem dwar l-impenji kruċjali tal- President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat biex jiġi akkwistat dan il-pass 'il quddiem għall-Unjoni Ewropea. "Dan il-ftehim hu bażi soda biex l-Unjoni Ewropea timxi 'l quddiem f 'direzzjoni li tikkonferma l-valuri u l-għaqda li dejjem ħaddan dan il-kontinent," ikkonkluda l-Prim Ministru Taljan. L-istess messaġġ wassluh il- President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, kif ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, li qal li minn għada din l-istituzzjoni trid tibda twettaq fil-prattika l-ftehim li ntrabtu miegħu l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fis-sittin anniversarju mit-Trattat ta' Ruma. Matul l-avvenimenti f 'Ruma, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali Louis Grech, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella, u mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Affarijiet Ewropej Ian Borg. PN: Simon Busuttil ma jinxtarax

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017