Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum l-ekonomija għal vroma fl-ambjent X'wettaq fl -ambjent? X'wettaq fi l-qasam tas-saħħa? X'ma wegħedx imma xorta wettaq? • Punti 1 u 2 – '...nisseparaw il-funzjonijiet tal-ambjent u l-ippjanar...l- ambjent jingħata l-prijorità li jixraqlu...' – Is-separazzjoni saret imma hemm dubji kbar kemm fil-fatt l-ambjent qed jingħata prijorità. Fil-fatt, bosta ambjentalisti jsostnu li l-qasma fil-MEPA, tefgħet lill-ambjent fit-tieni klassi. L-Awtorità tal-Ippjanar qed ikollha vuċi superjuri u aktar determinanti minn dik tal-Ambjent u r-Riżorsi. • Punt 11 - '...se nirrevedu t-tariffi għall-applikazzjonijiet ta' żvilupp biex nagħmluhom aktar realistiċi..' - Xahar wara l-elezzjoni l-Gvern raħħas it-tariffi għal bejn 14% għal applikazzjoni għal bungalow u 53% għal siti kummerċjali. • Punt 23 – '... Fil-qafas tal-politika għall-enerġija, nagħlqu l-power stations tal-Marsa ...nibdew niġġeneraw l-enerġija bil-gass – Kif imsemmi diġà fis- sezzjoni tal-enerġija dawn iż-żewġ wegħdi twettqu. • Punt 35 u 36 – '...Inħejju u nimplimentaw Pjan Nazzjonali Favur is- Sostennibbiltà u l-Immaniġġjar aħjar tal-Ilma...' – Din il-wegħda għadha ma saritx realtà u xitwa xotta (2015/2016) kif ukoll twissijiet serji fuq il-midja, inkluż il-gazzetta ILLUM minn idrologi u persuni midħla tas- suġġett ma kinux biżżejjed. • Punt 46 – '...Noħolqu postijiet ġodda għall-camping u għall-picnics b'żoni għal rikreazzjoni u fejn it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu...' – Fi tliet snin ma sarx masġar wieħed ġdid. Saru xi xogħlijiet fuq dawk eżistenti bħal f 'Kennedy Grove. • Punt 72 – '...il-kaċċa u l-insib huma tradizzjonijet u delizzji...tkun garantita l-kaċċa sostenibbli fir-rebbiegħa...' – Il-Gvern kellu jsejjaħ referendum wara li nġabru biżżejjed firem. Muscat żamm mal-argument f 'din il-wegħda u ta appoġġ lill-kaċċaturi. • Punt 5 – '...pjan ta' azzjoni fl-immedjat dwar il-problema ta' nuqqas ta' sodod u pazjenti fil-kurituri..' – Il-problema ta' pazjenti fil-kurituri naqset imma għadha teżisti u għadha problema f 'perjodi meta jkun l-istaġun tal-mard. • Punt 13 – '...firxa usa ta' servizzi primarji lill-komunità...' – Żdiedu s-servizzi fiċ-ċentri tas-saħħa fil-lokalitajiet . F'Ħal Qormi nfetħet klinika li titratta l-mard fil-kliewi, r-rijintroduzzjoni tal-ambulanza fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, bdew joperaw il-lifestyle clinics u għadu kif infetaħ call centre ġdid, għal dawk li jirrikjedu tagħrif dwar il-kura primarja. • Punt 18 – '...tingħata l-kura tal-kanċer lill-pazjenti Għawdxin f 'Għawdex stess..' – Sal-1 ta' Novembru 2014 kien hemm 60 pazjent li kien qed jieħu kura permezz ta' kimoterapija f 'Għawdex • Punt 24 – '...nindirizzaw il-problema tax-xogħol prekarju fil-qasam tas-saħħa...' – Din il-wegħda sar xogħol fuqha l-aktar fil-kwistjoni tal-carers, fejn dawk li jaħdmu mal-privat, issa qed jaħdmu għall- istess paga bħal dawk li jaħdmu mal-Gvern. Ma' din il-gazzetta, is-Segretarju tal-MUMN qal li għad hemm setturi fl-Isptar ġenerali fosthom fit-teatri tal-operazzjonijiet fejn l-infermiera qed jitħaddmu sa 60 siegħa fil-ġimgħa minħabba nuqqas ta' staff. • Punt 26 – '...jitnaqqas drastikament l-ammont ta' mediċini 'out of stock'...' – F'Ottubru tas-sena l-oħra ma kien hemm l-ebda mediċina 'out of stock'. Din il-problema ġiet solvuta wara li l-Gvern aġġorna u biddel il-mod kif jinxtraw u anke s-sistema tal- IT relatata mal-mediċini li jagħti l-Gvern. • Punt 30 – '...b'mod kordinat, nibdew inwasslu l-mediċini li jingħataw b'xejn fid-djar tal-pazjenti...' - Din kienet wegħda prinċipali tal-PL qabel l-elezzjoni. S'issa għadu biss proġett pilota f 'żewġ lokalitajiet. • Punt 53 – '...l-istat iħallas l-ispejjeż għaż-żewġ ġenituri u mhux ġenitur wieħed meta tifla jew tifel taħt l-età jkollhom isiefru barra minn Malta...' - Sal-aħħar ta' Ġunju tal-2015, kienu 267 persuna li gawdew minn din il-miżura u ngħataw ħlas biex marru ma' wliedhom għat-trattament. • Li se jgħaddi art fiż-Żonqor lil Sadeen – Il-Gvern kien se jagħti biċċa art imdaqqsa lil żviluppatur mill-Ġordan, għall-Università Amerikana f 'Malta. L-għażla ta' art barra ż-żona ta' żvilupp u fuq art verġni, qajmet rabja kbira fost ħafna mill-ambjantalisti u wasslet għal għadd ta' protesti. Kienet il-kwistjoni li tellfet lill-Labour ħafna voti 'ħodor'. • Jaħtar lil Marie Louise Coleiro Preca President – L-ebda partit ma jwiegħed persuna partikolari l-Presidenċa (għall-inqas fil-pubbliku). Imma ftit stennew li l-President se tkun Coleiro Preca. Il-ħatra tagħha ntlaqgħet tajjeb, imma ħafna jħossu li l-Partit Laburista tilef. • Kumpanija barranija tixtri u topera l-isptar ta' Għawdex – Il-Gvern daħal f 'negozjati ma' Vitals Global Healthcare li se jmexxu, fost l-oħrajn l-Isptar ta' Għawdex. Il-kuntratti damu ma kienu ppubblikati u tqajmu ħafna mistoqsijiet dwar in-nies li qed imexxu l-operat ta' VGH. Bosta infermiera Għawdxin qed jibżgħu għal xogħolhom. • Negozjati mal-Alitalia - Il-programm ta' ristrutturar għall-Airmalta kien beda qabel l-elezzjoni ġenerali. Ħafna stennew li l-linja nazzjonali jkollha sieħeb strateġiku, imma ftit immaġinaw lill-Alitalia, kumpanija f 'xifer falliment għal bosta snin. Il-ftehim mal-Alitalia issa huwa mejjet. Għalfejn ma sarux diskussjonijiet direttament mal- Etihad, li hija sid ta' nofs l-Alitalia, tibqa' misteru... • Riforma fil-Lands – Għalkemm ma wegħedhiex, il-pressjoni tal-każ Gaffarena wassal biex il-Gvern iħabbar riforma bżonnjuża ħafna fid- Dipartiment tal-Artijiet. Għadu kif inħatar il-bord ta' din l-Awtorità mmexxi mill-Imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco. • Il-Programm ta' Ċittadinanza – Waħda mill-aktar miżuri kontroversjali li wettaq il-Gvern li sab ħafna reżistenza għaliha kienet il-bejgħ tal-Passaporti, magħrufa bħala Individual Investor Programme. Minkejja li din ħalliet iktar minn €300 miljun sa Ottubru, ħafna, fosthom il-PN baqgħu jopponu l-kunċett wara din il- miżura. • Café Premier – F'Jannar tal-2014 il-Gvern għamel akkwist tal-post magħruf bħala Café Premier fil-Belt Valletta. Il-Gvern ħallas €4.2 miljun, parti minnhom li marru biex jitħallas self ta' €2.5 miljun f 'self lill-bank. Il-post illum sar is-sede tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. li nġabru biżżejjed firem. Muscat żamm mal-argument f 'din il-wegħda u kumpanija f 'xifer falliment għal bosta snin. Il-ftehim mal-Alitalia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017