Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Sports 28 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol LIONEL MESSI - Manchester City jemmnu li jistgħu jieħdu vantaġġ mill-fatt li Barcelona ma jidhrux li se jkunu f 'pożizzjoni li jilħqu t-talbiet ta' Messi għal salarju iktar attraenti matul is-sajf li ġej. Pep Guardiola se jkun qed jingħata £200 miljun biex jonfoq matul it-tieqa tat-trasferimenti li ġejja flimkien ma' qligħ ieħor li l-Blues se jkunu qed jagħmlu minn bejgħ ta' plejers, waqt li Manchester City se jkunu qed jixħtu ħarsithom fuq numru ta' plejers ta' Barcelona bħala akkwisti ġodda. ROMELU LUKAKU - Il-manager ta' Chelsea, Antonio Conte, qed jipprova jipperswadi lil Romelu Lukaku biex jirritorna jilgħab ma' Chelsea. Dan hekk kif il-futur ta' Diego Costa huwa wieħed inċert minħabba li jista' jkun li dan jirritorna ma' Atletico Madrid jew saħansitra jmur jilgħab fiċ-Chinese Super League. B'hekk, Conte diġà qed jaħseb f 'sostitut denju għalih bit-tragward numru wieħed ikun Romelu Lukaku li qed jattira wkoll interess minn PSG u Manchester United. KINGSLEY COMAN - Chelsea u Manchester City għamlu offerta ta' £13-il miljun għall-istilla ta' Bayern Munich li jinsab misluf magħhom mingħand Juventus, Kingsley Coman. Iċ-champions Ġermaniżi qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw lil dan il-plejer b'mod permanenti għas-somma ta' £18-il miljun iżda jidher li Juventis jippreferu li jbigħuh lil xi klabb ieħor għal somma ikbar ta' flus. MICHAEL KEANE - Liverpool huma l-aħħar klabb li qed juru interess fid-difensur ta' Burnley, Michael Keane. Manchester United u Chelsea kienu diġà wrew interess f 'dan id-difensur internazzjoali Ingliż, iżda issa Liverpool jidher li daħlu fit-taqtiegħa ma' dawn iż-żewġ timijiet biex jakkwistaw lil dan il-plejer fi tmiem l-istaġun. LEONARDO BONUCCI - Pep Guardiola jinsab ħerqan li jakkwista lid-difensur ċentrali ta' Juventus, Leonardo Bonucci għas-somma ta' £50 miljun. Jidher li Guardiola irid tliet difensuri ġodda għall-istaġun li ġej u Bonucci li llum jgħodd id-29 sena jista' jingħaqad mal-Blues fix-xhur li ġejjin speċjalment fid-dawl tal-fatt li r-relazzjoni tiegħu mal-kowċ Massimiliano Allegri xejn ma hija waħda ottimali. Qed jiġi rrapurtat li Bonucci diġà tkellem ma' sħabu fejn afferma li tkun ħolma għalih li jilgħab ma' tim immexxi minn Guardiola, ikun liema jkun. ALEXANDRE LACAZETTE - L-attakkant ta' Lyon Alexandre Lacazette jinsab fuq ir-radar ta' Arsenal hekk kif il-Gunners jidhru li se jkunu qed jagħmlu bidla radikali fl-iskwadra tagħhom matul is-sajf li ġej. Dan speċjalment hekk kif kollox qed jindika li Alexis Sanchez u Mesut Ozil se jkunu qed iħallu lill-Gunners u plejers bħal Kylian Mbappe, Marco Reus u Moussa Dembele ukoll huma plejers li jistgħu jingħaqdu ma' Arsenal. ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Manchester United xeħtu ħarsithom fuq il-midfielder ta' Arsenal, Alex Oxlade-Chamberlain matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż jidher viċin li jħalli lill-Gunners fi tmiem l-istaġun u r-Red Devils qed isegwu l-progress tiegħu hekk kif José Mourinho jinsab ħerqan li jżid lil dan il-plejer fl-iskwadra tiegħu. ROSS BARKLEY - Arsenal ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant ta' Everton Ross Barkley. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż ta' 22 sena se jkun qed jinbiegħ mit-Toffees matul is-sajf li ġej jekk huwa ma jiffirmax kuntratt ġdid ma' Everton. Chelsea u Tottenham Hotspur huma żewġ klabbs oħra mill-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra li jinsabu interessati f 'dan il-plejer dejjem jekk huwa jagħżel li jħalli lit-tim minn Goodison Park. TIEMOUE BAKAYOKO - Kollox qed jindika li l-midfielder ta' Monaco, Tiemoue Bakayoko, se jkun qed jingħaqad ma' Chelsea matul is-sajf li ġej. Manchester United ukoll jinsabu interessati f 'dan il-plejer, iżda jidher li Chelsea għandhom vantaġġ żgħir fuq ir-Red Devils hekk kif Antonio Conte jinsab ħerqan ħafna li jakkwista lil dan il-plejer. ARSENE WENGER - PSG offrew kuntratt ta' sentejn lil Arsene Wenger biex jieħu t-tmexxija tal-Pariġini bħala kowċ mingħand Unai Emery. Iċ-champions Franċiżi jidhru li se jkunu qed ineħħu lil Unai Emery wara d-diżappunt ta' dan l-istaġun u qed jittamaw li jipprovaw jipperswadu lil Wenger li jirritorna f 'pajjiżu dejjem jekk jiddeċiedi li jħalli lil Arsenal. minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017