Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017| illum 5 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Erba' snin wara l-'Malta Tagħna Lkoll' Erba' snin ilu konna fl -ewwel ġranet ta' Gvern Laburista...erba' snin wara, l-ILLUM tħares lura lejn il-manifest 'Malta Tagħna lkoll'. Xi twettaq? X'baqa' fuq l-ixkaff a u x'sar li ma kienx imwiegħed? ERBA' snin ilu, Malta kienet qed tesperjenza l-ewwel ġranet ta' Gvern Laburista wara snin twal ta' Gvern Nazzjonalista. Kien ilu jinħass il-bżonn tal-bidla. Id-dwejjaq u l-antipatija li kienet trabbiet matul is-snin fil-konfront ta' Gvern Nazzjonalista kien palpabbli u minkejja li l-PN sofra disfatta elettorali li ftit stennew, inqas minn hekk stennew li l-PN jerġa' jkun elett fil-Gvern. Erba' snin wara l-elezzjoni tal-2013, hawn sens imħallat, donnu ġudizzju mħallat tal-Gvern preżenti. Bejn jeżisti kunsens prattikament nazzjonali li Malta miexja 'l quddiem u l-ekonomija tal-pajjiż kibret sew. Bejn teżisti kunfidenza li dawn l-erba' snin daħlet fil-pajjiż 'can-do-attitude' u bejn ċerti episodji, l-aktar dak tal-kontijiet ta' Ministru ewlieni tal-Gvern fil- Panama darrsu lil ħafna. Bejn hemm min japprezza li f 'ċerti każijiet Malta verament saret 'tagħna lkoll' u bejn hemm min iħoss li Malta saret 'tagħhom biss'. F'dawn l-erba' snin, il-Partit Laburista għamel ħafna 'ħbieb' u anke 'għedewwa' ġodda. Fost il-ħbieb, indubbjament hemm klassi ta' nies, imprendituri, negozjanti, nies li jħaddmu, lukandiera u kuntratturi li dejjem żammew 'il bogħod mil-Labour. Għalihom dan kien partit tal-'Big Daddy', li joqtol l-inizjattiva, li jissikka ċ-ċintorin u li moħħu biex jitqammel. Il-Gvern għamel 'ħbieb' ġodda fost settur ta' Nazzjonalisti, li jaraw li l-pajjiż taħt il-Labour miexi 'l quddiem sew, hawn il-flus, qed jinħoloq il-ġid u hawn l-ottimiżu. Il-Gvern għamel 'għedewwa' fost dawk li jarawh bħala theddida għal dak li kien l-establishment, fost dawk li qed jarawh bħala bejjiegħ ta' dak kollu li huwa ta' pajjiżna. Dawn l-erba' snin begħdu nies minn ġol-partit stess li jħossu li l-prinċipji soċjal-demokratiċi, illum nteremew. L-ambjentalisti, ix-xellugin u dawk li stennew li dan il-Gvern ikun l-oppost tal-PN fit-trasparenza u l-governanza, huma l-aktar li jinsabu morri mill-esperjenza ta' dawn l-erba' snin. Is-Sibt li għadda, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, f 'diskors qawwi, li kien donnu qed jispara l-ewwel tiri elettorali tal-Partit Laburista, indika li l-PL se jmur quddiem il-poplu bil-manifest u se jurih dak li wiegħed u dak li wettaq. L-ILLUM għamlet eżerċizzju biex il-qarrejja ta' din il-gazzetta jkunu jistgħu jiddeċiedu huma stess kemm il-Gvern wettaq mill-programm elettorali u kemm kien hemm affarijiet li ma kienux fil-programm elettorali, żżda ssemmew jew ġew attwati wara. L-ILLUM qabdet ħames oqsma li jolqtu direttament lin-nies. Ix-xogħol, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-enerġija u l-ambjent. Qabblet il- wegħdiet ma' dak li twettaq. Apparti l-ambjent, fejn dan il-Gvern ma impressjona xejn, l-eżerċizzju juri li fl-oqsma l-oħrajn, il-Gvern eċċella. Żamm kelmtu dwar ħafna wegħdiet u miżuri, ħafna minnhom soċjali, u wettaq bidliet li kienu ilhom mistennija. Primarjament, il- bidla għall-gass u r-roħs fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fejn jirrigwarda kwistjonijiet jew miżuri li saru mingħajr ma kienu mwiegħda, fost l-aktar kontroversjali tibqa' l-iskema taċ-ċittadinanza/bejgħ ta' passaporti/Individual Investors Programme (IIP) u l-art fiż-Żonqor biex żviluppatur Ġordaniż jibni università. Dawn iż- żewġ kwistjonijiet, imma speċjalment it-tieni, aljenat ħafna votanti mill-PL, speċjalment voti ħodor. Fuq in-naħa pożittiva, dan il-Gvern nieda riformi li għalkemm ma wegħedx, kien hemm bżonn kbir ħafna għalihom. L-aktar ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet li tħalla, fil-vera sens tal-kelma jsir stalla. Il-Gvern ħatar President mara, xi ħaġa li għalkemm ma kinitx ta' vantaġġ għall- partit, definittivament kienet pożittiva għall-pajjiż. stennew, inqas minn hekk stennew li l-PN jerġa' jkun Erba' snin wara l-elezzjoni tal-2013, hawn sens imħallat, donnu ġudizzju mħallat tal-Gvern preżenti. Bejn jeżisti kunsens prattikament nazzjonali li Malta miexja 'l quddiem u l-ekonomija tal-pajjiż kibret sew. Bejn teżisti kunfidenza li dawn l-erba' snin l-ottimiżu. Il-Gvern għamel 'għedewwa' fost dawk li jarawh bħala theddida għal dak li kien l-establishment, fost dawk li qed jarawh bħala bejjiegħ ta' dak kollu li huwa ta' pajjiżna. Dawn l-erba' snin begħdu nies minn ġol-partit stess li jħossu li l-prinċipji soċjal-demokratiċi, illum nteremew. L-ambjentalisti, ix-xellugin u dawk li stennew li dan il-Gvern ikun l-oppost tal-PN fit-trasparenza u l-governanza, huma l-aktar li jinsabu morri mill-esperjenza ta' dawn l-erba' snin. Tkompli f 'paġni 6 u 7

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017