Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Sports 35 l-isport? Il-pjanijiet għall-futur ma jonqsux. Il-ħolm prinċipali tagħna huma li niksbu riżultati prestiġjużi kif ukoll li npoġġu lil Malta fuq il-mappa Ewropeja u dinjija tal-Badminton permezz ta' avvenimenti fuq livell ikbar minn dak li diġà organizzajna. Biex nilħqu dawn l-għanijiet qed inkomplu naħdmu u ninvestu. Lejn l-aħħar ta' din is-sena Matthew Abela, plejer ta' 17-il sena qiegħed fiċ-ċans li jiġi magħżul biex jagħmel parti minn Centre of Excellence organizzat minn Badminton Europe fid-Danimarka. F'dan iċ-ċentru, Abela jista' jqatta' mhux inqas minn sena f 'taħriġ u jieħu sehem f 'kompetizzjonijiet Ewropej biex ikompli jikseb esperjenzi u taħriġ kontinwu. Barra minn hekk, għamilna arranġamenti biex il-plejers tagħna jingħataw opportunitajiet ta' training camps fir-Repubblika Ċeka taħt id-direzzjoni ta' kowċis internazzjonali kif ukoll training camps oħra organizzati minn Badminton Europe. Minbarra dan, qegħdin inkomplu nagħtu opportunitajiet kemm nistgħu lill- plejers tagħna biex jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali ta' livell Ewropew biex jiksbu ranking points internazzjonali li jwassluhom għal kompetizzjonijiet ikbar. Fuq il-livell amministrattiv noħolmu li norganizzaw kompetizzjonijiet ta' livelli Ewropej. Dan jista' jseħħ biss bl-għajnuna ta' għadd ta' voluntiera li jagħtu ħafna mill-ħin liberu tagħhom lill-Badminton u nappella biex min jixtieq jagħti sehmu f 'dan l-isport, li kull ma jmur qed iżid fil-popolarità u fil-livell tiegħu, jagħmel kuntatt magħna fuq il-paġna ta' Facebook tagħna Badminton Malta jew fuq is- sit elettroniku badmintonmalta.org. Badminton Malta bħala president Ritratt: James Bianchi "Mil-lat amministrattiv, nemmen li l-2016 se tibqa' waħda storika għal Badminton Malta" " Il-ħolm prinċipali tagħna huma li niksbu riżultati prestiġjużi u npoġġu lil Malta fuq il-mappa Ewropea u dinjija tal- Badminton permezz ta' avvenimenti fuq livell ikbar minn dak li diġà organizzajna. Biex nilħqu dawn l-għanijiet qed inkomplu naħdmu u ninvestu" Huwa l-president ta' Badminton Malta u li tant jaħdem biex dan l-isport ikompli jikber -istatura u l-popolarità f 'pajjiżna Beda f 'dan l-isport bħala plejer u kien kiseb suċċess f 'livell tal-Juniors Waqaf jipprattika l-badminton żmien wara u issa, jagħti kemm jista' -amministrazzjoni ta' dan l-isport lokalment CHRIS SPITERI