Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
illum Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Sports 32 'Meta temmen, xejn mhu impossibbli' - Clive Gerada minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ħadd li għadda kien l-atleta ewlieni Malti Clive Gerada li ttrijonfa fid- 'The Lisa Marie Memorial Dingli 10'. B'hekk, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' dan l-atleta nnifsu wara din ir-rebħa fejn tana dawn il-kummenti fid-dettall: "'The Lisa Marie Memorial Dingli 10', ilha ssir għal dawn l-aħħar 27 sena dejjem fid-19 ta' Marzu u dejjem organnizzata mill-Klabb tas-St Patricks AC, l-istess klabb li nirrappreżenta jien. Ħafna jkunu dawk li jiddeċiedu li jagħmlu din it-tellieqa minkejja li t-tlajja' li fiha ma jagħmluha faċli xejn, u kull sena jieħdu sehem numru kbir ta' parteċipanti fejn din is-sena laħaq in-numru rekord ta' 'l fuq minn 450 atleta. It-temp din is-sena kien wieħed pjaċevoli, sabiħ u xemxi b'żiffa kultant kif normalment ikun f 'din it- tellieqa u ħafna jkunu dawk li anke jiġu biex jaghtu s-sapport tagħhom. Din hija xi ħaga li aħna l-atleti napprezzaw ħafna. Din kienet is-sitt darba li qed nikkompeti f 'din it-tellieqa, din is-sena bit-tieni l-aħjar ħin tiegħi ta' 58minuta u 43 sekonda fejn id-distanza din id-darba kienet kemxejn itwal mis-snin passati. Fl-2002 u għaxar snin wara fl-2012 wasalt sat-tieni post. Wara li kelli tellieqa pożittiva fin-nofs maratona ta' Malta ta' din is-sena, ħassejtni pjuttost kunfidenti u emmint li din id-darba kelli ċans li nirbaħ it-tellieqa, minkejja li ġiet ġimagħtejn biss wara l-maratona u kelli l-biża' li ma kontx se nilħaq nirkupra. Ovvjament ninsab kuntent ħafna u sodisfatt li kelli ġirja tajba u li din is-sena rnexxieli nirbaħha. It-tellieqa bdejnieha grupp ta' ħames atleti u ġrejna kollha flimkien sat-tmien mil fejn minn dak il-ħin 'il quddiem rajt li kont għadni b'saħħti u li flaħt inżid il-pass, fejn kien hawn li inqtajt minn mal- grupp u sal-aħħar tat-tellieqa kabbart id-distakk minn mal- atleti l-oħra. Żgur li din ir-rebħa ma kinitx tkun waħda possibbli mingħajr il-gwida tal-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov li ilu jemmen fija u jikkowċjani minn meta kont għadni żgħir. Grazzi lill-isponsors Continental Cars u lil Barry Whitmore b'Team Barry, lill-familja tiegħi tas-sapport anke matul it-tlielaq u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-mara tiegħi Maria Gerada tal- inkoraġġiment tagħha u li din is-sena rnexxielha tagħmel l-aħjar ħin tagħha wkoll f 'din it-tellieqa u kklassifikat fis-sitt post min-nisa. Naturalment ma rridx ninsa nirringrazzja lill-klabb tiegħi u lill-organizzaturi St. Patricks AC tal-organizzazzjoni indimentikabbli flimkien mal- Lisa Marie Foundation. Nagħlaq bil-motto tiegħi li meta temmen xejn mhu impossibbli!," temm jgħid Clive Gerada. Clive Gerada ppremjat bħala r-rebbieħ ta' 'The Lisa Marie Memorial Dingli 10' Illum issir il-ħames attività Autocross mill-ASMK ILLUM il-Ħadd 26 ta' Marzu, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet fil-Kumpless Sportiv ta' Ta'Qali, hekk kif se torganizza l-ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2016/2017 bil- Karozzi Autocross Standard u Modified. L-attività tibda f 'nofsinhar. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-klassifiki Autocross. Fil-Kampjonat Nazzjonali fil-Klassi Modified qed naraw lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jkompli jibni vantaġġ wara li diġà rreġistra tliet rebħiet minn erba' attivitajiet li diġà saru. Johnson qed jokkupa l-quċċata tal-klassifika b'99 punt segwit minn Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b'87 punt. Fit-tielet post insibu lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta filwaqt li fir-raba' post hemm Terence Azzopardi fuq Opel Corsa b'64 punt. Fil-Klassi B Modified qed naraw lil Noel Zammit fuq Fiat Punto jmexxi din il- klassifika bi 17-il punt segwit minn Keith Borg fuq Vauxhall Nova bi 12-il punt. Fit-tielet post insibu lil Melo Zammit u Terence Azzopardi, it-tnejn fuq Opel Corsa b'10 punti kull wieħed. Fil-Klassi Autocross Standard hemm taqtiegħa bejn erba' kompetituri fejn Ian Fenech fuq Citroen AX qiegħed fl-ewwel post tal- klassifika bi 30 punt segwit minn Deane Farrugia fuq Citroen AX b'27 punt. Fit-tielet post insibu lil Karl Scicluna fuq Peugeot 106 b'23 punt filwaqt li fir-raba' post hemm Nicovich Chircop fuq Peugeot 206 bi 22 punt. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, id-19 ta' Marzu ġiet organizzata r-raba' attività mill-Kampjonat Nazzjonali Enduro. Għal din l-attività, l-Assoċjazzjoni qasmet lejn il-Gżira tat-Tliet Għoljiet, Għawdex, bil-Barriera tal-Qassis f 'Ħondoq ir- Rummien ġiet iffurmata korsa għall-muturi Enduro. F'din il-korsa twila tliet kilometri kkompetew 16-il kompetitur. L-Assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Qala għas-sapport totali li sabet speċjalment mis- sindku Clint Camilleri, lil Transport Malta, il-Ministeru għal Għawdex, il-Gozo Sports Board u l-Awtorità tal-Ippjanar. L-attività kienet sponsorjata minn Pasta Poiatti u ssapportjata mid-ditta Dunlop Tyres u mid-ditta tal- muturi Gas Gas. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-ġurnata u riżultati li kellna. Matul il-Pole Position runs rajna lil Bernard Sammut fuq mutur KTM jiddomina segwit minn Joseph Scicluna fuq mutur KTM u James Zahra fuq mutur Sherco. Mal-ewwel Heat rajna lil Sammut jaqa' ftit lura u daħal fix-xena Matthew Gauci fuq mutur Yamaha DT li rreġistra l-aħjar ħin matul din il-heat. Gauci kien segwit minn Scicluna u Zahra spiċċa rtira minn din il-heat. Matul it-tieni u l-aħħar heat, rajna riżultat finali fi Klassi B fejn Zahra rreġistra l-aħjar ħin ta' 3 minuti 54.11 sekondi segwit min Sammut b'ħin ta' 4 minuti 24.40 sekondi. Fit- tielet post spiċċa Scicluna b'4 minuti 37.17 sekondi. Riżultati mill-Klassi A fejn jaqgħu l-muturi bil-magni iżgħar. Hawn rajna lil Krist Falzon fuq mutur Honda jiddomina din il-klassi bl- aħjar ħin tiegħu ta' 6 minuti 45.14 sekondi. Fit-tieni post spiċċa Gabriel Muscat fuq mutur Honda CRF b'ħin ta' 7 minuti 46.31 sekondi waqt li fit-tielet post spiċċa James Grima fuq mutur KTM b'ħin ta' 11-il minuta 26.70 sekondi. Riżultati mill-Klassi C li fiha jaqgħu l-muturi Trials kienet iddominata minn Riders Għawdxin. Renato Mizzi fuq mutur Beta 250cc rebaħ din il-klassi b'ħin ta' 6 minuti 17.82 sekondi segwit fit-tieni post minn Matthew Cauchi fuq mutur Beta 290cc b'ħin ta' 8 minuti 26.43 sekondi. L-attivitajiet f 'Għawdex ikomplu nhar il-Ħadd 2 ta April mis-sezzjoni Trials fejn l-ASMK se tkun qed torganizza t-tielet attività li se ssir f 'Ħondoq ir-Rummien. L-attività tibda fl-10am. Elvin Debono fuq KTM Ritratt: Mario M icaellef