Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 14 L-Ewropa tagħti leħen liċ-ċittadin FLEWWEL jum tar- rebbiegħa, il-Parlament Ewropew fetaħ il-bieb tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej li kienu ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej. Ħasra biss li l-ebda ċittadin Malti ma ngħata siġġu parlamentari mis-751 siġġu li tqassmu. Minkejja dan, jibqa' fatt li din l-esperjenza għaċ- ċittadin kienet idea sublimi f 'għeluq is-60 anniversarju mit-trattat ta' Ruma. Wieħed seta' jinnota x'qed jolqot liċ-ċittadin Ewropew, x'qed jinkwetah, xi jrid mill- Ewropa. Iċ-ċittadin Ewropew, speċjalment il-ħafna żgħażagħ li kienu preżenti, dehru mħassba ħafna fuq il-kumpaniji multi biljunarji li jaħarbu milli jħallsu t-taxxi b'xi mod jew ieħor, inkella l-gvernijiet partikolari jagħtuhom rati inqas meta mqabbla ma' dak li jħallas iċ-ċittadin, ikunu qed iħallsu inqas mill-istess ħaddiema tagħhom. Ġenituri preżenti kienu mħassba ħafna dwar in-nuqqas ta' xogħol li hemm jistenna lil uliedhom f 'diversi pajjiżi Ewropej, anke wara li dawn ikunu ggradwaw. Skantani biss il-fatt li fl-aħħar sessjoni ta' din is-seduta plenarja iżda fl-istess ħin simbolika, li kienet fuq is-suġġett ambjentali u l-enerġija nadifa, kwart tas-sala żvujtat. Jista' jkun li l-ambjent ma jinteressax daqshekk lil poplu Ewropew, inkella għandhom prijoritajiet oħra. Inkella forsi telqu għax ħassew li semgħu biżżejjed u telqu 'l barra kwarta minn tmiem is-sessjoni. Is-seduta ddiskutiet in- nuqqas ta' xogħol għaż- żgħażagħ, il-globalizazzjoni, l-Ewropa ta' 27 pajjiż (mingħajr l-Ingilterra) u l-futur tagħha, is-sigurtà f 'dawn iż-żminijiet turbolenti u l-klima u l-enerġija nadifa. Fost dawk li ntagħżlu biex iwieġbu għall-mistoqsijiet taċ-ċittadini, kien hemm 10 membri Parlamentari Ewropej, fosthom il- Maltija Roberta Metsola li rrispondiet dwar is-sigurtà fl-Ewropa. Is-siġġijiet Parlamentari kienu miżgħuda b'żgħażagħ li ftit ħabblu moħħhom biex jilbsu xi ġlekk jew ingravata, ċittadini adulti u diversi sindki Taljani li għażlu li jintgħarfu mis-'sash' bil- kuluri Taljani. Is-seduta bdiet b'introduzzjoni mużikali minn brass band Belġjana u b'diskors tajjeb ħafna mill- president tal-Parlament Ewropew, it-Taljan Antonio Tajani. Il-president Tajani fid- diskors tiegħu qal li jridu jibdlu l-Ewropa għall-aħjar. "Mingħajr din l-Ewropa ma nistgħu mmorru mkien. Irridu ntejbuha iżda mhux inkissruha. U din is-seduta simbolika għamilnieha biex iċ-ċittadin jistaqsina li jrid. Għax hawn tista' tikkkritika lid-deputati u tesprimi l-ideat li trid għax din hi d-Demokrazija. Din hi l-Ewropa tal-valuri u meta tmorru lura f 'pajjiżkom irrakuntaw li din hi l-Ewropa John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt • 751 ċittadin Ewropew mistiedna jwasslu leħinhom fi l-Parlament Ewropew • L-aktar li qed jinkwieta ċ-ċittadin ewropew hu dwar kumpaniji kbar li jevi- taw li jħallsu t-taxxi • L-inqas li jinteressahom hu l-ambjent...kwart tal-kamra żvujtat waqt id- diskussjoni dwar il-klima u l-ambjent F'għeluq is-60 sena mit-Trattat ta' Ruma ....jiddaħħlu mat-30 persuna ġdida fi l-WSC f 'Għawdex Foremen fuq il-foremen u supervisors Tkompli minn paġna 1 INTANT, mil-lista li għandha din il-gazzetta jirriżulta li apparti dawn il-ħaddiema, hemm impjegati sitt 'foremen'. Erbgħa foremen fuq il- ħaddiema u żewġ foremen fuq il-foremen, jew inkella 'super-foremen'. Wieħed minn dawn is-super-foremen huwa għalliem irtirat li llum jgħodd 70 sena. Imbagħad hemm, bix-xieraq, manager fuq kulħadd. Barra dawn, bħalissa qed jaħdmu wkoll tliet cleaners oħra ma' kumpanija privata b'kuntratt mill-Minsteru ta' Għawdex u 10 persuni bħala security. Dawn l-10 minn nies jaħdmu fi gruppi ta' tlieta f 'kull shift. Fiċ-ċentru tal- Interpretazzjoni, li jagħti spjegazzjoni tal-istorja tal- fortifikazzjoni Għawdxija, hemm jaħdmu disa' persuni fuq bażi ta' shift ukoll. Fis- Sentinella, fejn kien il-Ħabs l-antik, ġew impjegati tmien persuni: sitt cleaners u żewġ supervisors fuqhom li jieħdu ħsieb il-post. U fl-aħħar nett, fil-binja li ġiet esproprijata mill-Gvern fit-telgħa taċ-Ċittadella, hemm tliet persuni amministraturi tal-fortifikazzjoni. Dan b'kollox jgħodd għal 86 impjegat. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li din iċ- ċifra hija approssimattiva u qed tinbidel, kważi kull ġimgħa. Nhar is-7 ta' Marzu li għadda, l-ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Ministeru ta' Għawdex. Din il-gazzetta staqsiet jekk jikkonfermax jew jiċħadx li hemm bejn 50 u 70 persuna li taħdem fiċ-Ċittadella u staqsejna wkoll lill-Ministeru biex jagħtina rendikont ta' fejn jaħdmu dawn il-persuni. Sakemm morna għall- publikazzjoni, konna għadna ma rċevejniex risposta. Kienet l-ILLUM li fil-ħarġa tal-5 ta' Marzu li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017