Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Sports 31 Scicluna jiddomina t-tieni tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Points Series FUQ l-isfond tal-kosta bejn l-Imġarr u l-Ġnejna, it-tieni tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Points Series ospitat 47 ċiklist. Din it-tieni tellieqa rat ukoll il-parteċipazzjoni ta' 14-il ċiklist barrani li rrappreżentaw lill- pajjiżi tal-Latvja, l-Italja, l-Ingilterra, l-Iżvezja, il- Kanada u l-Bulgarija. It-terren tekniku, mimli blat u f 'ċerti postijiet dejjaq ra diversi ċiklisti jisfaw vittmi ta' waqgħat kemxejn koroh fosthom tnejn miż- żewġ ċiklisti Elite - Patrick Scicluna u Mark Bonnici li xorta ħadu posthom fuq il-podju iżda mhux mingħajr ftit tbenġil. Iċ-ċiklist Taljan Vincenzo Mento kien minn tal-ewwel fuq quddiem hekk kif bdiet it-tellieqa iżda Mark Bonnici (Agones SFC) irreaġixxa malajr u beda jagħalaq id- distakk. Il-veteran Patrick Scicluna (Mosta Cycling Club) u Maurice Formosa (The Cyclist) ħadmu bis- saħħa sabiex ilaħħqu mal- attakk ta' Bonnici. Inċident sfortunat ikkawża lil Bonnici jitlef ħin prezzjuż fl-ewwel dawra, filwaqt li Etienne Bonello (Team Greens) wera tattiċi interessanti biex isib postu mal-grupp ta' quddiem. Formosa madakollu żamm fil-qrib ta' Scicluna u saħansitra kiseb vantaġġ ta' kwazi 20 sekonda fuqu. Dan id-distakk żammu sar-raba' dawra u sa dan il-ħin kien evidenti li ma kienx se jkun faċli jitbassar ir-rebbieħ. It-tentattivi ta' Formosa spiċċaw fix-xejn meta problemi mekkaniċi ġegħluh jirtira. B'Formosa barra mit-tellieqa, Scicluna kellu lil Bonello u Bonnici biex jaħdmu għal post fuq il-podju imma fl-aħħar kien Scicluna li għadda lil Bonello. Scicluna lesta l-korsa f 'ħin ta' 01:15:26, filwaqt li Bonello temmha f 'ħin ta' 01:16:54. Bonnici ħa t-tielet post f 'ħin ta' 1:19:07. Bonnici kellu jistinka sew biex ikopri l-ħin mitluf wara l-waqgħa tiegħu. "It-tellieqa tal-lum inqisha bħala waħda mill-aħjar tlielaq tiegħi, b'ħinijiet reġistrati taħt it-13-il minuta għal kull dawra u rnexxieli nistabilixxi lap record ġdid ta' 11-il minuta 52 sekonda. Ir-rotta hija pjuttost iebsa u għalkemm sofrejt waqgħa, irnexxieli nirkupra u nkompli malajr kemm stajt," ikkummenta Scicluna wara t-tellieqa. Scicluna u Bonello issa jaqsmu punti ndaqs fuq il-klassifikazzjoni ġenerali minħabba li t-tnejn għandhom rebħa kull wieħed fiż-żewġ tlielaq s'issa. Marie Claire Aquilina (Team Greens) kompliet turi li hija forza kostanti wara li assigurat it-tieni rebħa tagħha f '57:01. Aquilina tat prestazzjoni qawwija fejn hi kellha distakk sostanzjali fuq l-eqreb konkorrenta tagħha Danica Bonello Spiteri (Team Greens) (01:06:15). Iċ-ċiklista Latvjana Zanda Rutkovska segwiet fit- tielet post (01:16:19). L-Assoċjazzjoni wriet is- sodisfazzjon tagħha għaż- żieda fl-parteċipazzjoni f 'din il-kategorija. Ma kienx hemm tibdil fuq il-podju tal-Kategorija Open, meta mqabbla mal-ewwel tellieqa. Mark Zammit (Mosta Cycling Club) (53:03) ħadem biex iżomm postu fil-quċċata tal-klassifika. Fit-tieni tellieqa tas-serje kien Wayne Schembri (Team MTB Malta) (53:31) li ħa t-tieni post fuq Ryan Darmanin (Team MTB Malta) (54:09). Fil-Kategorija Masters, Enrico Brandamante (59:57) għal darb'oħra ħa l-ewwel post segwit minn Domenic Cutajar (Gozo CC) (01:00:01) u David Pace (01:04:21). It-tielet tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Points Series se ssir nhar il-Ħadd 16 ta' April fit- 8am fil-Park Majjistral. Il-2017 BDO Malta Cross Country National Point Series huma appoġġjati minn BDO Malta u minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti SIS) u Island Beverages (H20nly). Patrick Scicluna jifraħ wara li rebaħ it-tieni tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Points Series Ritratt: Angie Conti Il-Malta Boxing Association tlaqqa' l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja LASSOĊJAZZJONI Maltija tal-Boxing sejħet lill-membri tagħha għal Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar il-Ħamis 16 ta' Marzu. L-għan tal- laqgħa kien li jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom ir-riżenja tal-Kap Eżekuttiv Marc James wara li dan kien issospenda lilu nnifsu minħabba diżgwid ma' uffiċjali tal-MBA. Michael Bonello, il-president attwali tal-MBA, irringrazzja lil Marc James tas-servizz li ta lill-MBA fil-passat u nforma lill-membri bl-aħħar żviluppi fuq il-każ fejn qal li minkejja diversi tentattivi sabiex tkun riżolta l-kwistjoni, dan ma rriżultax fil-pożittiv. Fil-laqgħa ġew approvati xi membri ġodda fil- kumitat eżekuttiv u ttieħed vot ta' fiduċja fit-tmexxija ta' Michael Bonello bħala president sabiex jibqa' jmexxi l-Assoċjazzjoni ta' dan l-isport li, f 'dawn l-aħħar snin, kiber ħafna fil-popolarità tiegħu f 'pajjiżna. F'din il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ġew diskussi, fost l-oħrajn, is-sistema ta' affiljazzjoni tal-klabbs, l-assigurazzjoni tas-saħħa tal- atleti, il-liċenzji tal-boxers, tal- kowċis u ta' staff ieħor, u wkoll il-bżonn urġenti t'emendi fl-istatut tal-assoċjazzjoni. Tali emendi mistennija li jitressqu għall-approvazzjoni fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li ġiet skedata għal Lulju li ġej. Fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ġie unanimament maqbul, li ma jinħarġux fil-publiku d-dettalji tad-diżgwid mal- eks uffiċjal tal-MBA bil-għan li jsir l-aħħar tentattiv sabiex tal-inqas dan jirritorna d-dokumentazzjoni kollha tal-aħħar erba' snin. Dan huwa importanti sabiex il-kumitat attwali jkun f 'pożizzjoni li jibqa' jopera għall-ġid tal-Boxing Malti. Fin-nuqqas ta' dan, l-MBA mhux se jkollha l-ebda alternattiva ħlief li tiftaħ preoċeduri legali sabiex tissalvagwardja l-interessi tal- membri tagħha. Intant, il-membri kollha tal-MBA huma nfurmati li Marc James mhux awtorizzat jikkomunika ma' terzi persuni f 'isem l-MBA u wisq anqas jirrapreżenta lill- Assoċjazzjoni fil-mezzi tax- xandir jew li jiġbor xi ħlasijiet. Kull komunikazzjoni dwar operat se tibda ssir ma' Edwin Micallef li huwa membru fl-eżekuttiv u li huwa responsabbli mill-Uffiċjali tal- Assoċjazzjoni. Esponenti tal-Malta Boxing Associaton waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017