Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 'Il-ħidma fis- Saħħa qed tħalli l-frott mixtieq' F'RAPPORT Ewropew dwar il-qasam tas-saħħa f 'pajjiża, Health system in Transition Report (HiT Report), ġiet imfaħħra t-tmexxija soda fil-qasam tas-saħħa, li fost oħrajn waslet biex jittieħdu miżuri importanti anke f 'dak li għandu x'jaqsam mas- saħħa pubblika. Fost l-oħrajn, dan ir-rapport isemmi l-projbizzjoni ta' tipjip fil-vetturi fil-preżenza tat-tfal, kif ukoll l-ewwel strateġija nazzjonali biex tkun indirizzata l-ħsara mill- alkoħol. Barra minn hekk, ir- rapport isemmi wkoll numru ta' strateġiji biex jikkumbattu l-mard mhux kommunikabbli fosthom breastfeeding policy u l-istrateġija nazzjonali għad- dijabete fost oħrajn. "Il-HiT Report huwa ta' inkoraġġament kbir għal kull min jaħdem fis-settur tas-saħħa, huwa l-prova li l-ħidma f 'dan is-settur qed tħalli l-frott mixtieq. Il- HiT Report isemmi diversi proġetti kbar li saru fl-aħħar snin fosthom il-ftuħ tal-isptar tal-onkoloġija, żieda fl-etajiet għall-iscreening tal-kanċer tas-sider u tal-musrana, kif ukoll l-introduzzjoni tal- iscreening tal-għonq tal- ultru," qal il-Ministru għas- Saħħa, Chris Fearne. Il-HiT Report jirrikonoxxi wkoll li problemi kbar li kienu ilhom snin jifnu l-qasam tas-saħħa f 'pajjiżna ġew indirizzati fosthom il- problema tal-mediċini out of stock, nuqqas ta' sodod fl-isptar Mater Dei u ħinijiet twal ta' stennija għall- operazzjonijiet u interventi mediċi. "Il-patient charter wkoll jisemma f 'dan ir-rapport u juru r-rieda t-tajba li għandu dan il-Gvern biex ikompli jtejjeb is-settur tas-saħħa," qal Fearne. Il-qasam tas-saħħa din il-ġimgħa kien fil-qofol tal- media internazzjonali hekk kif fl-aħħar jiem inżamm f 'pajjiża laqgħa tal-għola livell bejn il-Ministri tas-Saħħa Ewropej, li kellhom kliem ta' tifħir għall-prijoritajiet magħżula minn Malta u kif tmexxiet id-diskussjoni għar- riżultati konkreti dwar dawn il-prijoritajiet. 7 persuni esposti għal ħruġ ta' gass, jittieħdu l-isptar GĦALLĦABTA tal-10 tal- bieraħ filgħodu, fil-Kwartieri tal-Gwardjani Lokali f 'San Ġwann, ġie rrappurtat ħruġ ta' gass, li affetwa numru ta' impjegati li kienu fil-binja. Il-Pulizija, flimkien mat- taqsima tal-HAZMAT tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, marru fuq il-post, fejn l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili naddfu l-arja fil-post li aktar tard ġie stabbilit li kienet esposta għal ħruġ ta' gass mis- sistema tal-arja kundizzjonata. Seba' impjegati mill-uffiċċju ttieħdu l-isptar għal kura permezz ta' ambulanza. Ħadd minnhom ma jinsab f 'kundizzjoni gravi, iżda qegħdin jieħdu trattament għall-gassijiet li belgħu.