Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum B'digriet mogħti, mill-Prim'Awla tal-Qrati Ċivili, t-8 ta' Frar, 2017, -atti tar-Rikos Ġuramentat, -ismijiet Fenech Nadya et vs Varsity Properties Limited (C 31098) et, rikors numru 264/16 MH, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notika l-konfront tal-intimata Analise Micallef, a tenur tal-Artikolu 187(3) et seq. Tal-Kap. 12. Permezz ta' Rikors Ġuramentat, ippreżentat, l-Prim' Awla tal-Qrati Ċivili, -ismijiet Nadya Fenech (KI 288856M) u l-Perit Etienne u Jean-Marc aħwa Fenech (KI 87781M) u (KI 79783M) rispettivament, vs Varsity Properties Limited (C 31098) u Annalise Micallef, -1 ta' April, 2016, ir- rikorrenti Nadya Fenech u wliedha l-Perit Etienne u JeanMarc ahwa Fenech, talbu din l-Onorabbli Qorti: 1. Tiddikjara li r-rikorrenti sofrew u qegħdin isofru perkolazzjoni ta' ilma u konsegwenzi oħra magħduda umdita' l-garaxx propjeta' tagħhom internament immarkat numru tmienja (8) kif diskrett r-rikors u liema garaxx jiorma parti mill-kumpless akbar sottopost għal żewġ blokok ta' appartamenti mingħajr numru uċjali iżda magħrufa bħala 'Calm Waters Block A' u 'Calm Waters Block B' u tilqa' t-talbiet l-oħra r-rikors fosthom il-likwidazzjoni tad-danni u l-ħlas tal- istess mill-intimati. Bl-ispejjeż u bl-imgħax kif mitluba kontra l-konvenut inġunti in subizzjoni. Notika Intimata: 'Kirmic', Triq Dun Anton Tabone, San Ġiljan 27, Triq il-Farfett, il-Marsa Ir-Rikors Ġuramentat -ismijiet Fenech Nadya et vs Varsity Properties Limited (C 31098) et, rikors numru 264/16 MH jinsab dierit ghas-smigħ għall-5 ta' Mejju, 2017, d-9.00 a.m. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum is-27 ta' Frar, 2017. Av. Frank Portelli, LLD Għar-Registratur, Qrati Ċivili u Tribunali daharhom lill-kwoti 'L-istrutturi politiċi jridu jkunu iktar miftuħa' 'Dan hu insult li m'għandniex naċċettawh' jkunu iktar miftuħa' ILMEMBRU Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia, mal-ILLUM qalet kif l-ugwaljanza tiġi meta l-kundizzjonijiet ta' kulħadd ikunu ugwali, u għaldaqstant, ma jistax ikun hemm ugwaljanza jekk ikollok sistema li tnaqqas mill-ammont ta' deputati rġiel sabiex tagħmel spazju għal dawk nisa. Comodini Cachia qalet li minflok il-kwoti, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partiti joffru aċċess ugwali kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa għat-triq li twassalhom bix isiru deputati. "Jeħtieġ li l-istrutturi politiċi u Parlamentari għandhom ikunu aktar miftuħa." Meta mistoqsija allura x'hemm bżonn li jsir sabiex ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament tiżdied, Therese Comodini Cachia saħqet li jeħtieġ li jiġu implimentati miżuri sabiex l-ambjent tal-Parlament ikun iktar favorevoli għall-familji. Fost l-oħrajn qalet kif jeħtieġ li s-seduti tal-Parlament jibdew isiru f 'ħinijiet aħjar għaliex bħalissa, "is-seduti jsiru f 'ħinijiet li jippreġudikaw kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa, peress li jiċċaħdu mill-familji fil-ħin li s-soltu l-membri l-oħra tal-familja jkunu d-dar." L-MPE Roberta Metsola tirrimarka li minkejja li r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis- soċjetà għamlet passi kbar, partikolarment fl-oqsma tax-xogħol u tal-edukazzjoni, dan mhux l-istess fil-ħajja politika. Mal-ILLUM, Metsola tgħid kif ma taqbilx mal-kwoti, u tinsisti li din tkun politika ta' 'tokenism' u tiġi mbuttata l-mara biex jingħata eżempju. Għal dan, Metsola tgħid li, "dan huwa insult u m'għandniex naċċettawh, u meta ngħid dan, qed nirreferi kemm għan-nisa u l-irġiel." Metsola tħares lura lejn ir-rappreżentanza tan-nisa fil- Parlament fl-istorja u tirrimarka kif fl-elezzjoni tal-1951, kien hemm 10% tad-deputati kollha, li kienu nisa, u llum il-ġurnata, il-parlament għandu l-istess persentaġġ ta' rappreżentanza, minkejja li għaddew iktar minn 66 sena. Hawn tistaqsi, "x'ġara, biex ftit wara li n-nisa setgħu jibdew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali, ġew eletti 10%, imbagħad dan beda jonqos u reġa' laħaq l-10% 66 sena wara?" L-MPE tqajjem ukoll punt interessanti, fejn waqt li tinsisti li hi ma taqbilx mal-kwoti għax "hi għajnuna artifiċjali u tnaqqas mil-leġittimità ta' min jiġi elett bis-saħħa tal-kwota," tistaqsi allura fejn din se tibda u tieqaf. "Jekk japplikaw għall-Parlament Nazzjonali, m'għandhomx japplikaw ukoll għall-Kunsilli Lokali u għall-Parlament Ewropew?" Tkompli tistaqsi allura, li jekk iseħħ bħalma ġara fl-elezzjoni għall- Parlament Ewropew li għaddiet fejn kien hemm maġġoranza assoluta ta' nisa eletti, "x'tagħmel? Tnaqqas l-ammont ta' nisa u tmur kontra l-għażla demokratika li għamlu n-nies biex jiżdiedu l-irġiel?" Roberta Metsola ttemm tgħid li jeħtieġ li jitjieb l-ambjent politiku sabiex tkun iktar faċli għan-nies biex jikkontestaw l-elezzjonijiet, u "b'hekk il-poplu jkollu wkoll għażla iktar ta' nies li jkunu qed joffru s-servizz tagħhom." Tgħid ukoll li jeħtieġ li l-istrutturi politiċi jkunu iktar family friendly, għaliex filwaqt li tgħid li personalment, l-appoġġ tal-familja jgħinha ħafna, "mhux kuħadd ikollu fuq min jistrieħ." Membri Parlamentari nisa mill- Indipendenza 'l hawn Agatha Barbara (MLP) Anne Agius Ferrante (PN) Carmen Sant (MLP) Ċettina Darmenia Brincat (MLP) Claudette Buttigieg (PN) Deborah Schembri (PL) Dolores Cristina (PN) Evelyn Bonaci (MLP) Giovanna Debono (PN) Helen D'Amato (PN) Helena Dalli (MLP) Justyne Caruana (MLP) Kristy Debono (PN) Maria Camilleri (MLP) Marie Louise Coleiro Preca (MLP) Marlene Farrugia (MLP) Marthese Portelli (PN) Paula Mifsud Bonnici (PN) Rita Law (MLP)