Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 24 X'KIEN l-inkwiet li kellu Fr Hilary mal- Ministru Lorry Sant? U kif jidħol il-Prim Ministru Duminku Mintoff fl-istorja? U l-Arċisqof Gonzi ġieli ġibdilu widnejh lil Fr Hilary minħabba l-futbol? U min kienet dik it-tfajla li darba Fr Hilary rikkeb fuq il-lambretta? Dan u iktar tistgħu taqrawh fir-raba' volum ta' Bejn Storja u Miti: Patri Hilary Tagliaferro jistħarreġ il-bijografija ta' Patri Hilary Tagliaferro: patri Agostinjan li dejjem ħaddan politika li terfa' lill-batut mill-ħama. Warrab it-tonka u l-glorji ta' ommu l-Knisja u uża l-isports biex iwassal il-Kelma li tifdi. L-awturi li qed jiktbu dwar Fr Hilary f 'din il- ġabra huma George Abela, Karmenu Baldacchino, Lino Bugeja, Charles Buttigieg, Peter Calamatta, Henry Calleja, Charles Camenzuli, David Carabott, Joe Cassar, Noel D'Anastasi, Patri Ray Francalanza, Monsinjur Lawrence Gatt, John C. U Anne Grech, Sergio Grech, Dr Simon Mercieca, Charles Miceli, Ronnie Micallef, Manwel Scerri u Piju Spiteri. Fost l-oħrajn, l-awturi jiktbu dwar kif fil-qalba tal-ġlieda- politiko reliġjuża tas-sittinijiet u fi żmien meta titkebbes il-ġamra tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, Fr Hilary ġabar iż-żgħażagħ li emmnu f 'ideoloġija partikolari taħt saqaf wieħed meta ħaddieħor tahom il-ġenb. Ħareġ bil- proġett tal-Millenium Chapel, f 'arena ta' divertiment, fejn fetaħ beraħ il-bibien għal min ħajtu ma baqax is-sid tagħha. Fr Hilary daħħal ukoll idjoma sportiva fl-ilsien tagħna bil-mijiet ta' kummentarji sportivi, minn barra u lokali, u min jaf kemm-il dehriet kellu fuq it-televiżjoni waqt programmi sportivi. Din hi pubblikazzjoni oħra ta' Horizons Malta u hi editjata minn Sergio Grech. Il-volum fih ukoll għadd ġmielu ta' ritratt li jiċċelebraw it-83 sena attivi ta' Fr Hilary. Fil-volum l-oħrajn ġew mistħarrġa Duminku Mintoff, Monsinjur Victor Grech u l-Avukat Herbert Ganado. Għall-bejgħ mill-ħwienet u libreriji ewlenin. Iktar informazzjoni minn 21441604 jew info@horizonsmalta.com. Pjazzetta / Kummerċjali L-Iffisat t'Alla KIEN sentejn ilu fl- 2015 li Carlos Farrugia u Joseph Galea ħolmu li jippreżentaw xogħol teatrali kontemporanju li jista' jittella' għal żmien l-Għid. Għalkemm dan ix-xogħol ma jkollux rabta partikolari mal-ġrajja tal-Passjoni u huwa xogħol teatrali kontemporanju, is-suġġett tiegħu jkun ideali biex isir f 'dawn iż-żminijiet. Din il-ħolma saret realtà meta fl-ewwel xogħol tagħhom, Galea u Farrugia ppreżentaw ġrajja li seħħet fl-aħħar tas-snin 70 fi Strada Stretta, kif kien jixhed l-istess isem tad-dramm 'Kristu Fi Strada Stretta' u r-rappreżentazzjoniet saru fi Splendid House fl-istess triq. Dan ix-xogħol kien suċċess u kien għalekk li l-amministrazzjoni ta' Spazju Kreattiv, is-sena li għaddiet, issuġġerew lill- produtturi sabiex jippreżentaw xogħol teatrali simili fit-teatru tal- Kavallier ta' San Ġakbu. 'Passjoni Tad-Duluri' kien l-isem tad-dramm li kien imfassal sabiex l-udjenza li tkun qed issegwih tirrealizza, ftit ftit, kemm passjonijiet jeżistu madwarna, u kemm passjonijiet iħabbtu wiċċhom magħhom nies komuni, kuljum. It-temi prinċipali kienu t-tbatija, il-ħtija u l-emozzjoni, ilkoll miġbura flimkien fid-diffikultajiet komuni li nisimgħu dwarhom u mmissu b'idejna kemm-il darba matul ħajjitna. Hekk kif għaddiet din il-produzzjomi li wkoll kellha s- suċċess mixtieq, beda x-xogħol fuq il-kitba ta'dramm ieħor li fil-fatt se jittella din is-sena fl-istess teatru. L-isem magħżul huwa 'L-Iffissat t'Alla. Għal darb'oħra, dan hu xogħol kontemporanju li jitratta ġrajja stramba ta' relazzjoni bejn żewġt irġiel. Il-kitba u direzzjoni bħas-snin l-imgħoddija hija ta' Joseph Galea u Carlos Farrugia, din is-sena b'għajnuna kbira mid- direttur veteran tat-teatru Carmel. S Aquilina. Farrugia u Galea se jinterpretaw ukoll il-karattri ewlenin flimkien ma' erba' atturi oħrajn, Maria Farrugia, Lucy Camenzuli, Rodianne Abela u Angela Buttigieg. Il-mużika bħas- sena li għaddiet ser tkun oriġinali kompożizzjoni ta' Mark Spiteri Lucas. Kollox jindaqq live minn Spiteri Lucas innifsu fuq il-pjanu akkumpanjat mill-perkussjonista Stefan Tate. Id-disinn tad-dawl huwa ta' Adrian Bartolo. Din il-produzzjoni għal darb'oħra qiegħda ssir b'kollaborazzjoni mal- Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Id-dati tar- raprezentazzjonijiet huma 7,8,9,12 u 13 t'April fit-8pm u nhar il-Ġimgħa l-Kbira 14 t'April fl-10.30am ġewwa Spazju Kreattiv, Kavallier San Ġakbu l-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni u għall- biljetti wieħed jista' jżur is-sit elettroniku ta' Spazju Kreattiv jew http://www.kreattivita. org/en/event/l-iffissat-talla/ Wieħed jista' jċempel ukoll fuq in numru 99467410. Bejn Storja u Miti: Patri Hilary Tagliaferro Il-BOV ifakkar il-ħames anniversarju tal-BOV Mobile MAPFRE Middlesea ser tiffinanzja tibjid ta' pedestrian crossings FIT22 ta' Marzu 2017, il-BOV Mobile, l-ewwel pjattaforma tas-servizzi bankarji bil-mowbajl li ġiet imnedija fuq is-suq lokali, tfakkar il-ħames anniversarju tagħha. Meta tkellem f 'din l-okkażjoni, Ivo Camilleri, Eżekuttiv tal-Electronic Banking, spjega li, "Sa mit- tnedija tiegħu fl-2012, il-BOV Mobile ttrasforma l-mod kif il-klijenti tagħna jimmaniġġjaw ir-rekwiżiti bankarji tagħhom. Dan daħħal mod ġdid ta' kif jintużaw is-servizzi bankarji, b'karatteristiċi li jistgħu jintużaw faċilment bħal li wieħed jara l-bilanċ tal-kontijiet tiegħu, jagħmel pagamenti minn persuna għal oħra, trasferimenti ta' flus, u ħlasijiet ta' kontijiet, litteralment billi sempliċiment tagħfas buttuna." Ix-xejriet fl-għażla ta' metodi ta' ħlas huma testimonjanza għar-rispons qawwi li l-mezz tal-BOV Mobile qed jirċievi mingħand il-klijenti. "Aħna rajna żieda esponenenti, kemm fin-numru tal- abbonati kif ukoll fl-użu ta' kuljum. Dan iħeġġiġna nkomplu bil-momentum u nniedu karatteristiċi u titjib addizzjonali fl-applikazzjoni tal-BOV Mobile," qal is-Sur Camilleri. Il-BOV Mobile kien innovattiv f 'ħafna rispetti. Is-servizz jinkorpora saffi multipli ta' karatteristiċi ta' sigurtà filwaqt li jżomm interfaċċa sempliċi u faċli għall- utent. Fil-fatt il-mekkaniżmu tal-awtentikazzjoni tat- tranżazzjonijiet huwa mnaqqas għal skrin wieħed u spazju wieħed. Is-servizz mhuwiex limitat biss għall-ħtiġijiet personali. Fost is-servizzi offruti permezz tal-BOV Mobile, il-klijenti kummerċjali jistgħu jagħmlu u jirċievu pagamenti bil-mowbajl permezz tal-BOV Mobile Pay, jaraw il-bilanċ u l-istorja tat- tranżazzjonijiet ta' kwalunkwe kont reġistrat, jittrasferixxu flus bejn il-kontijiet tagħhom stess, iħallsu l-kontijiet u anke jawtorizzaw tranżazzjonijiet maħluqa fuq mezzi oħra tal- BOV 24X7. BĦALA parti mill- kampanja dwar sigurtà fit-triq, MAPFRE Middlesea nidiet kampanja biex tiffinanzja t-tibjid mill-ġdid ta' pedestrian crossings f 'diversi lokalitajiet. "In-numru ta' vetturi fit-triq qiegħed dejjem jiżdied, u l-istess l-inċidenti fit-triq. Is-sewwieqa u n-nies fit-triq jeħtieġ li jsiru konxji dwar miżuri tas-sigurtà. Pedestrian crossings għandhom jkunu viżibli u mmarkati b'mod ċar – u b'hekk iddecidejna li nimplimentaw din l-inizjattiva," qal il-Kap Eżekkutiv ta' MAPFRE Middlesea Felipe Navarro. Il-Kumpanija tal- Assigurazzjoni laħqet ftehim ma' tliet lokalitajiet – Il-Furjana, Tas-Sliema u San Ġiljan u xogħlijiet fuq il-pedestrian crossings bdew u huma mistennija li jkomplu matul is-sena. MAPFRE Middlesea ddeċidiet ukoll li tmur oltrè minn hekk u tinkludi 'Look Right' u 'Look Left' biex jipprevjenu persuni, b'mod partikolari barranin milli jkunu konfużi dwar liema naħa jħarsu meta jaqsmu it-triq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017