Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum prodotti kummerċjali' tagħhom 'Strada Stretta', li l-maġġorparti tagħha tiżvolġi ruħha fil-passat, anke l-għażla ta' liema prodotti jintużaw, issir bir-reqqa. Minkejja dan, Farrugia żied jgħid li t-tqegħid tal- prodotti huwa neċessarju biex il-produzzjoni tagħmel qligħ neċessarju biex tkopri l-ispejjeż involuti u l-preparamenti neċessarji. Min-naħa tiegħu, Vella Haber qal li bħala dar tal-produzzjoni, Rewind Productions ma tantx ifittxu tqegħid tal-prodotti u jaċċettaw biss prodotti li jkunu idonei mal-istorja u jikkumplimentaw il-viżiv. Vella Haber żied jgħid li r-reklamar, imbagħad huwa xi ħaġa oħra. "Nemmen li r-riklami fil-waqfiet kummerċjali u bl-ammont permess mill-awtorità, minkejja li jistgħu jdejqu lil xi wħud, huma inevitabbli bħala s-sors prinċipali ta' dħul biex jiġu koperti l-ispejjez tal-produttur u tal-istazzjon. Jew hekk, jew inkella t-telespettatur ikollu jħallas għall-prodott li jara." Baġit limitat, ħafna produzzjonijiet, u kollha prezzati l-istess Ħaġa li ħadd ma jista' jiċħad hija li ebda stazzjoni Malti ma jista' jkun ikkumparat mal-HBO jew il-FOX fejn jidħlu s-serje televiżivi, speċjalment fir-rigward tal-baġits enormi li dawn l-istazzjonijiet għandhom biex joffru numru kbir ta' serje varjati, kollha ta' kwalità għolja. Hawn Malta, id-djar ta' produzzjoni qed jaffaċċjaw problemi finanzjari biex sempliċiment ikopru l-ispejjeż, u mhux biex jagħmlu xi profitti esuberanti. Skont Vella Haber, dan jirriżulta mill-fatt li t-telespettaturi Maltin qed jiġu provduti b'ammont konsiderevoli ta' produzzjonijiet lokali li s-suq, meta mqabbel mal-ammont limitat ta' telespetaturi, ma jlaħħaqx biex dawn kollha jiġu finanzjati b'mod ġust, bir- riżultat li jinħoloq ambjent finanzjarju difficli għal kulħadd. Min-naħa tiegħu, Farrugia qabel ma' dan u żied jgħid li sfortunatament m'hawnx distinzjoni fil-kwalità u t-tip ta' produzzjonijiet differenti, hekk kif l-istazzjonijiet jipprezzaw kull produzzjoni bl-istess mod. "Ikun aħjar kieku l-proċess ta' selezzjoni għall-produzzjonijiet aċċettati fl-iskeda jkun aktar iebes u jevalwa u japprezza aktar il-kwalità. B'hekk, l-istess baġit limitat tal-istazzjonijiet jinqasam b'mod aktar ġust bejn inqas produzzjonijiet, li filwaqt li jkunu ta' kwalità aktar professjonali, jaqilgħu lura pagament ġust għall-isforzi u x-xogħol kollu involut biex jinħoloq kull episodju." Il-ġbid tas-serje jibda fis- sajf, ix-xandir f 'Ottubru u d-djar ta' produzzjoni jaraw l-ewwel ħlas għal Dicembru... Punt li t-telespettaturi tajjeb li jkunu jafu, sabiex japprezzaw aktar ix-xogħol iebes li jwettqu dawk kollha nvoluti fil-ħolqien tas-serje televiżiva favorita tagħhom, huwa li aktar mill-baġits ristretti nnifishom, id-djar ta' produzzjoni jdumu ma jitħallsu ta' xogħolhom. Wieħed irid jikkunsidra li biex l-istaġun jibda f 'Ottubru, dawk kollha nvoluti fil-produzzjoni jkunu diġà qattgħu sajf ta' ħidma fil-ħolqien u l-ġbid tal-episodji. S'hawn, diġà qed inħarsu lejn tal-inqas erba' xhur mingħajr ħlas, li magħhom iridu jiżdiedu xi tnejn oħra sakemm l-istazzjonijiet joħorġu l-ewwel pagamenti. Mistoqsjin dwar dan, iż- żewġ produtturi kkonfermaw li l-pagamenti vera jsiru iktar tard minn Ottubru, iżda t-tnejn li huma wkoll iddefendew il-pożizzjoni tal-istazzjonijiet, li min- naħa tagħhom, min ikun għamel ftehim ta' reklamar magħhom, iħallas biss wara li r-reklami jidhru, u f 'Malta m'hawnx sistema ta' ftehim ta' depożitu minn qabel bħala investiment fil-prodott. Dan kollu joħloq katina ta' ġiri wara l-flus, li fl-aħħar nett tagħha, hemm dawk li fil-fatt ħadmu l-aktar... u li sfortunatament ikun l-aħħar li jgawdu mill- frott ta' xogħolhom. Farrugia wera x-xewqa li biex tiżdied il-kwalità tal- prodott Malti biex tlaħħaq ma' dak barrani, jeħtieġ li jkun hawn sistema fejn jiġu avviċinati numru ta' kumpaniji li jkunu lesti jinvestu bil-quddiem fil- prodott Malti, sabiex bħalma jagħmlu l-istazzjonijiet televiżivi barranin, ikunu jistgħu jiffinanzjaw serje televiżivi ta' kwalità minn qabel, sabiex dawk li joħolquhom jitħallsu kif u kemm suppost waqt li qed iwettqu xogħolhom, bħalma jsir fi kwalunkwe impjieg ieħor. Vella Haber temm jgħid mal-ILLUM li bħalissa huma ftit dawk li qed jaħdmu f 'dan is-settur u li qed jitħallsu sew meta tikkunsidra l-ammont ta' sigħat li l-produtturi, diretturi, l-kittieba l-atturi u l-crew kollu jaħdmu. "Ħafna drabi, peress li dan ix-xogħol isir bil-qalb u b'passjoni kbira, dawk involuti jħossuhom kburin bil-prodott u xortihom tajba jekk tal-inqas ikopru l-ispejjeż. U meta jaslu għal dan, hemm iħossuhom li għamlu suċċess." 11 Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum 11 add 26 ta' Marzu 2017 | Wara l-kwinti, 'Rolling... and Action' 'Nemmen li r-riklami fil-waqfiet kummerċjali u bl-ammont permess mill-awtorità, minkejja li jistgħu jdejqu lil xi wħud, huma inevitabbli bħala s-sors prinċipali ta' dħul' Jiftaħ reklutaġġ għal kuntistabbli ġodda tal-Pulizija TIFTAĦ is-sejħa għar- reklutaġġ fil-Korp tal- Pulizija. Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali flimkien mal- Korp tal-Pulizija jinfurmaw li fil-Kwartieri Ġenerali l-Furjana se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal dan ir-rwol sat-Tnejn 17 ta' April 2017. Fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-protezzjoni tas-soċjetà, id-doveri ta' kuntistabbli ta' Pulizija huwa li jippreserva l-paċi u l-ordni pubblika, li jippreveni l-kummissjoni ta' offiżi u li jippromwovi l-infurzar u l-osservanza tal-ligi. Waqt din is-sejħa għar- reklutaġġ, il-proċess tal- għażla se jkun maqsum fi tliet partijiet; effiċjenza fiżika, intervista u eżami mediku. Wara l-proċess tal-għażla, ir-rekluti jsegwu programm ta' taħriġ intensiv fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati f 'Ta' Kandja. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li dan huwa investiment ieħor fil-kullana ta' investimenti li qegħdin isiru fit-tkabbir tar-riżors uman bil-għan li l-għases distrettwali u s-sigurtà tal-lokalitajiet f 'Malta u Għawdex ikomplu jissaħħu. Żied jgħid li bħalissa l-Korp tal-Pulizija għaddej minn żmien ta' bidla għal iżjed immodernizzar flimkien ma titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż permezz ta' drittijiet. Għaldaqstant il-membri l-ġodda tiegħu, f 'konformità ma' dan it- tibdil għandhom ikollhom sens ta' proattività għal iżjed servizz ta' kwalità għolja lill- pajjiż. Fl-appell tiegħu, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela ħeġġeġ kandidati li verament għandhom il-vokazzjoni li jibnu karriera mal-Pulizija biex jirrikorru għal din is-sejħa. Fakkar li xogħol f 'Korp Dixxiplinat jeħtieġ determinazzjoni, rieda u lealtà lejn is-servizz offrut lin-nazzjon.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017