Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Sports 33 "ILGVERN, permezz ta' SportMalta, qed jaħdem id f 'id mal-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball sabiex jerġa jitqajjem interess fil- logħba filwaqt li nattiraw aktar żgħażagħ u tfal lejn l-isport." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt li fil-jiem li għaddew żar il- laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Konfederazzjoni tal-Volleyball Ewropea (CEV). Is-CEV hija l-ogħla organizzazzjoni tal- Volleyball fl-Ewropa u din hija l-ewwel laqgħa barra l-Kwartieri Ġenerali sa mill- elezzjoni tal-president lura fl-2015. Il-Konfederazzjoni Ewropea Volleyball (CEV) hija responsabbli biex tirregola 56 federazzjonijiet Nazzjonali madwar l-Ewropa u hija rikonoxxuta bħala tali mill-Fédération Internationale de Volleyball (FIVB). Is-CEV għandha l-awtorità u r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tal- kompetizzjonijiet Ewropej kollha tal-Volleyball u l-beach volley. Il-kwartieri ġenerali jinsabu fil- Lussemburgu. Il-President Boričić u l-kollegi tiegħu bħalissa huma impenjati biex jagħtu xejra differenti lill- governanza tal-Volleyball fl-Ewropa biex jiżguraw li l-isport jikber f 'termini ta' popolarità, fl-għarfien u biex jiġbdu aktar u aktar interess minn sponsors u l-midja. Dawn it-temi se jiġu ttrattati fil-laqgħa Maltija. Il-prestiġju ta' dan l-avveniment huwa marbut mal-fatt li Malta ġiet magħżula bħala l-ewwel pajjiż tagħhom u wkoll minħabba vot ta' fiduċja fil-pajjiż tagħna u l-amministrazzjoni tagħna, speċjalment fir-rwol li l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija Jesmond Saliba qed jieħu sabiex jgħaqqad lura l-Assoċjazzjoni Maltija ma' dawk Ewropej. Fejn ukoll il-prijoritajiet tal- Presidenza Maltija għall- Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed jiġu trasformati bħala prijoritajiet għall-Volleyball, speċjalment permezz tal- proġett fejn ser jerġa' jkun qed jiddaħħal il-volleyball fl-iskejjel. Il-President Aleksandr Boričić u l-Viċi President Anzjan Renato Arena, it-tnejn jemmnu bis-sħiħ fl-impenn li qed jaraw mill-Assoċjazzjoni Maltija. Huma kuntenti bl-appoġġ mill-istituzzjonijiet pubbliċi u l-mod kif il- Assoċjazzjoni Maltija sa minn dejjem kienet taqdi għan filantropiku lis-soċjetà speċjalment bil-maratona tal-volleyball li ssir kull sena b'risq id-Dar tal-Providenza. Preżenti għaż-żjara l-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball Jesmond Saliba. Jitlaqqa' l-Kumitat Eżekuttiv tas-CEV f 'pajjiżna Uċjali tal-Konfederazzjoni Ewropeja tal-Volleyball imkien mal-Onorevoli Chris Agius u Jesmond Saliba Tlieta deheb u sitta bronż mirbuħa minn pajjiżna fis-Small Nations Cup tal-Bowling ISSEGRETARJU Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius feraħ lit-tim Malti tal-bowling għas-suċċess li kiseb fl-ewwel edizzjoni tal-Ismall Nations Cup li saret f 'San Marino. Malta rnexxielha tirbaħ tliet midalji tad-deheb u sitta tal-bronż. It-tim rebaħ il-Mixed Team Event wara li fil-finali għelbu lil Ċipru. Sue Abela u Justin Caruana Scicluna rnexxielhom jirbħu l-midalja tad-deheb fil-Mixed Doubles. Il- midalja tal-bronż f 'din il- kategorija wkoll intrebħet minn pajjiżna permezz ta' Sara Xuereb u Mauro Anastasi. It-tielet midalja tad-deheb intrebħet minn Sara Xuereb fil- Masters. Tlieta mill-erba' midalji tal-bronż li setgħu jintrebħu f 'din il-kategorija ntrebħu wkoll minn pajjiżna - minn Sue Abela, Justin Caruana Scicluna u Mauro Anastasi. Iż-żewġ midalji l-oħra tal-bronż intrebħu fiż-żewġ kategoriji tad-Doubles (dik tal-irġiel u dik tan-nisa). It-tim Malti tal-Bowling, bħall-assoċjazzjoniet sportivi jsib sostenn minn SportMalta u mis- Segretarjat Parlamentari. Din hija assoċjazzjoni oħra li hija mmexxija minn voluntiera li jaħdmu qatigħ biex l-isport tal-Bowling jimxi 'l quddiem. Il-voluntiera fl-isport kienet waħda mit-temi diskussi fil- laqgħat li Malta organizzat f 'pajjiżna b'relazzjoni mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Parlamentari estenda l-awguri lill-president tal-Malta Ten Pin Bowling Association u l-kowċ flimkien ma' dawk kollha li kienu wara dan is-suċċess. L-erba' bowlers Maltin f 'San Marino Kieran Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017