Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet Zrinzo Azzopardi b'imbuttatura tajba fuq il-ħames distrett Minn Albert Gauci Cunningham IXXENARJU politiku Laburista fil-ħames distrett, li fih il-Partit Laburista jeħtieġ jattira mill-inqas 8,500 vot li fl-2013 marru għand il-Kummissarju Malti Karmenu Vella u l-Kap tal-PD Marlene Farrugia, qed ikompli jiżvolġi b'Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jingħata palata tajba u jsaħħaħ idejh, hekk kif se jkun parti ċentrali minn proġett ta' riġenerazzjoni f 'Birżebbuġa. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) li tagħha Zrinzo Azzopardi huwa ċ-Chairman kienet appuntata biex tmexxi l-proċess ta' konsultazzjoni ma' diversi għaqdiet u anke individwi bil-għan li jkun varat pjan ta' riġenerazzjoni għal-lokalità li għal snin sħaħ kienet abbandunata minn Gvernijiet Nazzjonalisti, bi ftit jew xejn proġetti soċjali, sportivi, infrastrutturali u ta' tisbieħ. Dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li din l-imbuttatura għandha ssaħħaħ lil Zrinzo Azzopardi fuq distrett li qatt ma kien kandidat fuqu u titfgħu fuq l-istess binarju ma' dawk li jistgħu jkunu l-akbar kompetituri tiegħu. Jiġifieri l-Ministri Owen Bonnici u Chris Cardona, li flimkien ma' Zrinzo Azzopardi f 'Ġunju tas-sena l-oħra 'tellqu' għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL, b'Cardona jkun ir-rebbieħ. Dawk li qed jappoġġjaw lil Zrinzo Azzopardi, speċjalment votanti miż- Żurrieq, l-akbar lokalità f 'dan id-distrett u l-post minn fejn ġejjin kemm Karmenu Vella kif ukoll Marlene Farrugia, qalu ma' din il-gazzetta li b'din il-mossa, fuq riġenerazzjoni tant bżonnjuża, Zrinzo Azzopardi se jkollu preżenza politika ħafna iktar qawwija. Il-proġett ta' riġenerazzjoni għal Birżebbuġa kien imħabbar fl-aħħar baġit, meta l-Gvern kien esprima l-intenzjoni tiegħu li jiftaħ proċess ta' konsultazzjoni ma' għaqdiet u residenti f 'Birżebbuġa għar-riġenerazzjoni tal-lokalità. Flimkien ma' dan, kien imħabbar ukoll li se jsir proġett simili ta' riġenerazzjoni f 'Marsaxlokk bħala kumpens ambjentali għall-proġett ta' power station li taħdem bil-gass. Dak ta' Marsaxlokk kien imħabbar is-sena l-oħra u se jkun qed jiswa €6 miljun. Għall-Birżebbuġa, il-Pjan ta' Riġenerazzjoni li qed jitmexxa mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura mmexxi minn Joe Mizzi u l-Ministeru fl-Uffiċċju tal- PM immexxi minn Konrad Mizzi, ikompli ma' diversi proġetti li bdew u li, jew waslu fi tmiemhom jew inkella għadhom fil-proċess li jitlestew. Dawn jinkludu l-piċċ tal-waterpolo, li kienu ilu abbandunat madwar 10 snin, l-ewwel grawnd tal-futbol wara sensiela ta' talbiet li waqgħu fuq widnejn torox u t-tneħħija tat- tankijiet tal-gass l-antiki mill-Qajjenza. Apparti dan, il-Gvern għaddej ukoll bil- proċess biex imexxi d-depot li tinsab fil-qalba ta' żona residenzjali, magħrufa bħala x-Shell lejn Ħas-Saptan. S'issa diġà hemm 10 kandidati f 'isem il-Partit Laburista Fil-ħames Distrett, ma kienx il-Partit Nazzjonalista biss li tilef l-akbar suldati li kellu b'Louis Galea u Ninu Zammit, żewġ persuni li kienu jattiraw ħafna voti u li kellhom ċerta poter b'dan tal-aħħar imexxi l-Korporazzjoni tal-Ilma fost l-oħrajn, imma anke l-Partit Laburista. Mill-2013, il-Partit Laburista tilef lil Karmenu Vella, li l-istess Gvern innomina għal Kummissarju Malti, u li kien ġab 5,231 vot. Marlene Farrugia, rreżenjat mill-PL u se tkun qed tikkontesta fuq l-istess distrett f 'isem il- Partit Demokratiku. Fl-aħħar elezzjoni, Farrugia ġabet 2,525-il vot. Il-Ministru George Vella mhux mistenni jerġa' jikkontesta, u fuq dan id-distrett, fl-2013 hu kien ġab 732 vot. Biex jilqa' għall-akbar vojt f 'distrett wieħed biss, il-Partit Laburista diġà għandu lista ta' 10 kandidati. Apparti Zrinzo Azzopardi, Bonnici u Cardona, il-Partit Laburista se jkollu lill-blogger u ħabib tal-Prim Minstru, Glenn Bedingfield, u lid-deputati Joseph Farrugia, Joe Sammut u Luciano Busuttil. Se jerġa' jikkontesta wkoll is- sindku ta' Wied il-Għajn Mario Calleja u s'issa jidher li huwa possibbli wkoll li mal-lista jkun hemm il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Sa issa, l-wiċċ politiku kompletament ġdid fil-lista tal-Partit Laburista fuq dan id-distrett huwa Roderick Cachia, sid ta' negozju popolari, l-aktar f 'Birżebbuġa. Franco Debono u Jean Claude Micallef... jibqgħu l-akbar mistoqsijiet Apparti l-lista ta' persuni li dejjem kienu parti mill-PL, dan id-distrett jista' jkollu sorpriżi oħrajn. Franco Debono, eks deputat tal-PN fuq dan id-distrett fl-2008, ilu jindika li ismu probabbilment se jingħaqad ma' dawk imsemmijin f 'dan l-artiklu. L-aħħar li tkellem mal-ILLUM dwar dan id- distrett, Debono sostna li mhu se jiddejjaq xejn imur jitlob il-fiduċja mingħand in-nies tal-lokalitajiet fuq dan id-distrett. Min-naħa l-oħra, Jean Claude Micallef, b'rabtiet mill-qrib ma' diversi f 'lokalitajiet bħal Marsaxlokk u ż-Żejtun, għadu ma jixtieqx jitkellem dwar il-futur politiku tiegħu, anke jekk fil-fatt qata' kull kuntatt minn mal-Partit Nazzjonalista u l-midja tiegħu. Il-GHRC se tkun responsabbli mill-konsultazzjoni għar-riġenerazzjoni ta' B'Bugia u l-post minn fejn ġejjin kemm il-Partit Nazzjonalista biss li tilef l-akbar suldati li kellu b'Louis Galea u Ninu Zammit, żewġ persuni li kienu jattiraw ħafna voti u li kellhom ċerta poter b'dan tal-aħħar imexxi l-Korporazzjoni tal-Ilma fost l-oħrajn, imma anke l-Partit Laburista. Cassola jagħti doxxa kiesħa lill-prospetti ta' koalizzjoni PN-AD-PD MINKEJJA li l-Alternattiva Demokratika tibqa' miftuħa għall-idea ta' koalizzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, dak li qegħdin jipproponilhom il-Partit Nazzjonalista, mhux koalizzjoni iżda li jibilgħu lill-AD u jagħmluha parti minnhom. Dan sostnieh iċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, fit-tmien il-Laqgħa Ġenerali tal-partit is-Sibt filgħodu, meta sostna li l-AD koalizzjoni taċċettaha, imma bħalissa li qed ikunu offruti hija 'assimilazzjoni'. Id-diskors dwar koalizzjoni beda fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda hekk kif f 'intervista mal-ILLUM ul- kunsillier u eks Chairman tal-AD Michael Briguglio, propona li l-AD għandha tikkunsidra koalizzjoni mal- Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku. Cassola spjega li b'koalizzjoni, l-AD tifhem l-għaqda ta' żewġ partiti jew aktar, li flimkien jippreżentaw programm elettorali komuni taħt isem u simbolu ta' partit ġdid. "Kull partit iżomm l-identità u l-ideali tiegħu, iżda jingħaqad ma' oħrajn taħt isem ġdid komuni," qal Cassola. "Iżda dak li qed jiġi propost, huwa assimilazzjoni, u mhux koalizzjoni, hekk kif dak li qed jiġi ssuġġerit huwa li l-kandidati tal-AD jiżdiedu biss mal-lista ta' partit ieħor." Cassola għamel biċ-ċar li kwalunkwe sieħeb politiku li jrid jingħaqad mal-AD, irid ikun ukoll eżempju perfett ta' governanza tajba u jrid jiċċara kull dubju, li dan l-aħħar, qishom qed joħorġu kull ġimgħa. Huwa qal li l-partit fil-Gvern bħalissa għadu qed jirrifjuta li jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali u li jimxi mal- leġiżlatura tal-finanzjament tal-partiti. Min-naħa l-oħra, dwar il-PN, Cassola qal huwa ħażin li qegħdin jippruvaw jiġġustifikaw donazzjonijiet minn kumpaniji kummerċjali kbar, bħala ħlas għal servizzi kummerċjali minn kumpaniji oħra, hekk kif il-leġiżlatura tagħmilha ċara li s-sussidjarji kummerċjali tal-partiti huma inklużi. "Dan il-partit m'għandux donazzjonijiet sigrieti moħbijin jew flus imħallsa għal servizzi lil xi entità sussidjarja," qal Cassola. "Aħna bqajna wkoll konsistenti u fidili lejn il-valuri tagħna, minn kemm ilna neżistu." Cassola qal li l-AD hija kontra żvilupp fuq art ODZ, u għaldaqstant ħadd mill- memebri tagħha mhu se jibni fuq art barra miż-żona tal- iżvilupp. "Jekk aħna kontra proġett mogħti b'konkessjoni lill-grupp Seabank, imbagħad mhux se mmorru nirrappreżentawhom waqt in- negozjati mal-Gvern," kompla jgħid Cassola. Cassola għamel talba għal donazzjonijiet 'legali' biex jassiguraw li Alternattiva Demokratika jkunu jistgħu joffru alternattiva viabbli għal Joseph Muscat jew Simon Busuttil. "Aħna qed noffru l-kontribut tagħna għal bidla tant bżonnjuża f 'dan il-pajjiż," temm jgħid Cassola. Ara wkoll l-opinjoni ta' Carmel Cacopatdo f 'paġna 17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017