Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Sports 30 Malta timmira għall-ewwel punti kontra s-Slovakkja MALTA se tkun qed tilgħab l-ewwel partita tal-2017 mill-Grupp ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja FIFA 2018 kontra s-Slovakkja llum il-Ħadd is-26 ta' Marzu fid-8.45pm fl-Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali. Kif kien mistenni, it-tim nazzjonali sab triq iebsa ħafna f 'dan il-grupp ta' kwalifikazzjoni u tilef l-ewwel erba' partiti f 'dan il-grupp. Wara l-ewwel partita kontra l-Iskozja, telfa f 'darna ta' 5-1, Malta sofriet żewġ telfiet wara xulxin bi skor ta' 2-0, kontra l-Ingilterra f 'Wembley u kontra l-Litwanja, f 'Vilnius. It-tim nazzjonali, taħt it-tmexxija tal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin, kellu l-aħjar wirja f 'dan il-Grupp f 'Novembru li għadda iżda ma kienx biżżejjed biex evitajna telfa minima f 'Ta' Qali kontra s-Slovenja bi skor ta' 1-0. Bla dubju, Ghedin jittama li l-plejers tiegħu jilħqu l-ogħla livell fil-partita ferm diffiċli kontra s-Slovakkja. Ghedin qal: "L-għan tagħna se jkun li nippruvaw niksbu l-ewwel punti f 'din il-kompetizzjoni. Is- Slovakkja mhumiex it-tim ideali li tiltaqa' miegħu f 'dawn iċ-ċirkostanzi peress li huma b'saħħithom ħafna iżda l-għan jibqa' dejjem li nagħtu l-aħjar tagħna u nibbażaw fuq is-serjetà u l-professjonalità tal-plejers tagħna. Il-kowċ nazzjonali sejjaħ lill-partitarji lokali biex jerġgħu jkunu huma li jgħinu lill-plejers iqumu għall-okkażjoni. "Din hi partita li se nilagħbu f 'darna u għandna bżonn li l-partitarji lokali jiġu jagħtu l-appoġġ tagħhom," qal Ghedin. "Il-fatt li nkunu magħqudin kollha flimkien hu importanti ħafna. Din se tkun partita mill-aktar iebsa imma ċert li se nagħmlu minn kollox biex noħorġu minn sitwazzjoni li ma nixtiqux li qegħdin fiha, u nirbħu l-ewwel punt." Għall-partita kontra s-Slovakkja, id-difensuri Andrei Agius u Jonathan Caruana huma sospiżi. Agius, difensur ta' esperjenza ta' Hibernians li lagħab 65 darba għal Malta, weħel partita sospensjoni wara li ħa t-tieni karta safra fl-aħħar logħba kontra s-Slovenja. Caruana, il-captain ta' Valletta li lagħab 40 partita bil-flokk ta' Malta, se jkun qed jibqa' barra għat-tieni partita ta' sospensjoni wara l-karta ħamra li ħa kontra l-Litwanja f 'Ottubru li għadda. Min-naħa tagħhom, is-Slovakkja se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jieħdu rebħa u tliet punti biex jibqgħu fil-ġlieda għar- rebħ ta' Grupp F. It-tim immexxi minn Jan Kozak kiseb rebħa ta' 4-0 kontra l-Litwanja fl-aħħar partita tal-Grupp u issa għandu sitt punti minn erba' partiti. Bi tliet rebħiet u draw, l-Ingilterra tinsab l-ewwel fi Grupp F b'10 punti, segwita mis-Slovenja bi tmien punti. Il-Litwanja jinsabu fir-raba' post b'ħames punti u l-Iskozja għandhom erba' punti. Malta għadha mingħajr l-ebda punt. Ritratt: Paul Zammit Cutajar Ritratt: Paul Zammit Cutajar It-tim nazzjonali Malti It-tim nazzjonali Slovakk Sam Magri dwell għall- ballun ma' Valter Birsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017