Illum previous editions

illum 26 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 | illum Sports 29 tal-futbol internazzjonali... HEUNG-MIN SON - Inter u Sevilla jinsabu interessati fl-attakkant ta' Tottenham Hotspur, Heung-Min Son. Dan il-plejer mill-Korea ta' Isfel qed ikollu l-aqwa staġun tiegħu mal-Ispurs iżda jista' jkun li jibda jikkunsidra offerti minn timijiet oħra bit-tama li jkun għażla iktar regolari milli huwa bħalissa mat-tim minn White Hart Lane. KASPER SCHMEICHEL - Real Madrid xeħtu ħarsithom fuq il-goalkeeper ta' Leicester City, Kasper Schmeichel. Jidher li l-Galacticos jinsabu impressjonati bil-wirjiet ta' dan il-goalkeeper fil-UEFA Champions League matul dan l-istaġun u kien għalhekk li bdew jikkunsidrawh bħala possibbiltà biex jiddefendi l-lasti tagħhom matul l-istaġun li ġej minflok Keylor Navas. Intant, Manchester United ukoll jinsabu interessati f 'dan il-goalkeeper. NABY KEITA - Arsenal qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' RB Leipzig, Naby Keita matul is-sajf li ġej. Madankollu l-Ġermaniżi affermaw li mhux se jkunu qed iħallu lil dan il-plejer jitlaq għal somma ta' inqas minn £26 miljun, b'Bayern Munich ukoll qed isegwu lil dan il-plejer mill-viċin. ANTONIO RUDIGER - Manchester City qed jittamaw li jipperswadu lid-difensur ta' Roma, Antonio Rudiger biex jingħaqad magħhom għas-somma ta' £30 miljun. Scouts tal-Blues ilhom isegwu lil dan il-plejer għal xi żmien hekk kif Pep Guardiola għandu ammirazzjoni kbira għal dan il-plejer. Intant, interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll Chelsea li kulma jmur qed ifittxu li jsaħħu d-difiża tagħhom għall-istaġun li ġej. OUSMANE DEMBELE - Barcelona jinsabu determinati li jakkwistaw lil Ousmane Dembele mingħand Borussia Dortmund matul is-sajf li ġej, wara li diġà kien fallielhom dan it-tragward matul is-sajf li għadda. Jidher li l-Katalani iridu b'saħħa lil dan il-plejer u se jkunu qed jippruvaw jikkonvinċu lil Borussia Dortmund biex ibigħulhom. Madankollu, għadha ma ssemmiet l-ebda somma għal dan it-trasferiment possibbli. NEMANJA MATIC - Il-midfielder ta' Chelsea Nemanja Matic ġie offrut lil Barcelona. Il-Katalani qed ifittxu li jsibu sostitut denju għal Sergio Busquets, u jidher li l-plejer internazzjonali Serb jiffitja eżatt fil-pożizzjoni tiegħu. Chelsea qed ifittxu li jġeddu l-kuntratt ta' Matic, iżda r-rappreżentanti ta' dan il-plejer qed ifittxu li joffruh lill-klabbs oħra f 'tentattiv li jagħmlu ftehim aħjar. ANTONIO CONTE - Inter jinsabu lesti li jagħmlu offerta għall-manager ta' Chelsea Antonio Conte, li tammonta għal £13-il mijun fis-sena fit-tentattiv li jipperswaduh biex jikkowċjahom matul l-istaġun li ġej. Dejjem jekk dan il-kuntratt jiġi mmaterjalizzat, dan ikun ifisser li Conte jkun qed jaqla' d-doppju tas-salarju li għandu preżentament ma' Chelsea, b'Inter jinsabu lesti wkoll li jtuh il-kontroll assolut f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kampanja tat-trasferimenti. KEYLOR NAVAS - Pep Guardiola qed jikkunsidra lil Keylor Navas bħala soluzzjoni għall-problema bejn il-lasti ta' Manchester City. Dan hekk kif matul dan l-istaġun iż-żewġ goalkeepers tal-Blues Claudio Bravo u Willy Caballero xejn ma mpressjonaw u b'hekk Keylor Navas qed jitqies bħala sostitut ideali għal wieħed minn bejn dawn it-tnejn. TIMO WERNER - Liverpool qed isegwu mill-viċin lill-attakkant żagħżugħ ta' RB Leipzig, Timo Werner. Dan il- plejer ta' 21 sena ħalla mpatt kbir sa minn meta ngħaqad ma' dan il-klabb Ġermaniż mingħand Stuttgart, u dan ġie nnutat minn Liverpool speċjalment mill-kowċ Jurgen Klopp li jidher determinat li jakkwista lil dan il-plejer. JULIAN BRANDT - Il-winger ta' 20 sena ta' Bayer Leverkusen, Julian Brandt, mistenni jkun is-suġġett ta' taqtigħa bejn Bayern Munich u Liverpool għal min bejniethom se jirnexxielu jakkwistaw lil dan il-plejer fi tmiem l-istaġun. L-interess ta' Liverpool f 'dan il-plejer Ġermaniż ilu għaddej għal diversi ġimgħat waqt li dan il-plejer ammetta li jista' jkun li jirrifjuta milli jingħaqad ma' Bayern Munich għat-tieni darba. Kemm Liverpool kif ukoll Bayern Munich mistennija jiftħu taħdidiet ma' dan il-plejer fejn huma lesti li joffru s-somma ta' iktar minn €20 miljun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 March 2017