Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/803481
illum | Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 Sports 34 Kif iltqajt mal-isport tal- badminton? Żgur ma nistax ngħid li kelli nieħu xi deċiżjoni difficli biex nagħżel dan l-isport. Kważi kull membru tal-familja xi darba jew oħra kien jilgħab il-badminton. Min bħala passatemp kif ukoll fuq livell iktar kompetittiv.Minn mindu kont żgħir ħafna kont espost għall-badminton. Bdejt bħala plejer u kont ksibt xi suċċessi f 'livell tal-Juniors. Meta kbirt ftit, kont waqaft nipprattika u issa minn barra li nagħti kemm nista' fl-amministrazzjoni, ma niddejjaqx insib ċans biex nilgħab ftit dan l-isport li tant inħobb. X'jogħġbok l-iktar f 'dan l-isport tista' tgħid uniku? L-ewwel nett jogħġbuni ħafna sports li tikkompeti direttament kontra l-avversarju tiegħek, fejn trid tiġġieled għal kull azzjoni, għal kull punt u għal kull logħba. Fil- badminton, m'hemmx mumenti fejn tista' tirrilassa għax hemm sħabek jieħdu ħsieb, jew għax l-azzjoni mhux qiegħda n-naħa tiegħek. Huwa sport fejn l-adrenalina tkun għolja mill-ewwel punt sal- aħħar wieħed, speċjalment meta tkun xi logħba missielta sal-aħħar punt! Barra minn hekk, fil- Badminton għandek bżonn taħlita ta' kapaċitajiet.Trid tkun preparat fuq livell tekniku, fiżiku, mentali u tattiku. Dawn huma kollha importanti għas-suċċess f 'dan l-isport. Nidħak meta nisma' lil xi ħadd jgħid li l-badminton huwa sport tal-għażżenin jew li fih ma taħlix ħafna enerġija. Meta nisma' lil xi ħadd jitkellem hekk, dejjem nisfidah jara xi logħba ta' livell għoli u l-perċezzjoni malajr iddur! Taħseb li saret xi bidla fid- direzzjoni fit-tmexxija ta' Badminton Malta? Badminton Malta ilha teżisti mill-1970 u nemmen li f 'dawn il-kważi ħamsin sena, kull tmexxija u l-persuni kollha li taw il-kontribuzzjoni tagħhom għal- logħba, ħaqqhom kull tifħir u kollha kellhom l-importanza tagħhom. Nemmen li issa d-differenza fid- direzzjoni qed issir fuq diversi livelli biex inkomplu nibnu fuq dak li kien diġà sar. L-ewwel nett, fuq l-aspett amministrattiv, li għalkemm mhux xi biċċa xogħol faċli, qed naraw li Badminton Malta tkun assoċjazzjoni iktar b'saħħitha, taħdem fuq livell iktar professjonali u fuq kollox tkun assoċjazzjoni li tkompli tikber u ġġib iktar riżultati. It-tieni aspett li qed naħdmu ħafna fuqu huwa fuq l-aspett tekniku. Ftit snin ilu, Badminton Malta nediet l-akkademja tagħha u din l-amministrazzjoni hi kommessa biex tkompli tinvesti fil-ħolqien ta' struttura li tipproduċi iktar plejers ta' livell għoli biex jikkompetu internazzjonalment. Dan iwassalni għat-tielet aspett, dak li nġibu unuri lil pajjiżna fuq livell internazzjonali. Dan diġà bdejna narawh f 'diversi aspetti u nħarsu 'l quddiem biex inkomplu nkabbru l-lista ta' suċċessi li qed naħdmu għalihom. X'kienu l-kisbiet ewlenin ta' Badminton Malta tul dan l-istaġun? Mil-lat amministrattiv, nemmen li l-2016 se tibqa' waħda storika għal Badminton Malta. Dan meta Badminton Malta flimkien ma' l-MSSF (Malta School Sports Federation) organizzat il-kampjonat dinji tal-iskejjel tal- Badminton. Pajjiżna ra l-aqwa plejers minn pajjiżi Ewropej, Ażjatiċi kif ukoll mill-Amerika t'Isfel. Kien hawn iċ-Ċina, iċ- Chinese Taipei, l-Indja, il-Ġermanja, Franza u Spanja fost iktar minn 20 pajjiż li ħadu sehem. Kienet kompetizzjoni li ntlagħbet f 'żewġ kumplessi u fuq 16-il court, b'investiment qawwi f 'tagħmir li għolla l-livell ta' organizzazzjoni, li anke skont l-ISF (International Schools Federation) kienet waħda mill-ogħla livelli ta' organizzazzjoni li qatt kellhom f 'din il- kompetizzjoni. Lokalment, Badminton Malta ħadmet ukoll fuq il-kompetizzjonijiet lokali b'inizjattivi li jattiraw iktar plejers biex jieħdu sehem kif ukoll biex isiru iktar attraenti kemm għall- plejers infushom kif ukoll għall- ispettaturi li jattendu. Bħala kisbiet mill-plejers tagħna, kellna mhux ftit. Fiorella-Marie Sadowski ffirmat kuntratt ma' tim tas-Serie A Taljan is-sena l-oħra u kellha prestazzjonijiet tajbin mat- tim ta' Alba Shuttles. Fil-livell tal- Juniors kellna suċċessi permezz ta' Sam Cassar u Mark Abela li rebħu l-Boys' Doubles Under 15 f 'Merano, l-Italja, Sam ġie fit-tieni post fil- Boys' Singles, Nigel Degeatano flimkien ma' Matthew Abela waslu sal-finali tal-Boys' Doubles Under 19 kif ukoll l-istess Matthew Abela kiseb it-tieni post fil-Boys' Singles Under 17. Fil-qasam taż-żgħażagħ għandna wkoll lil Kyle Sciberras li qed jesperjenza taħriġ ta' Badminton fid-Danimarka. Din is-sena wkoll, Malta ħadet sehem fil-Kampjonati Dinjija tal-Kumpaniji Over 40 bl-għajnuna tal-MESA (Malta Employees Sports Association) u l-plejers tagħna rnexxielhom jiksbu l-midalja tal-fidda. Dawn kienu wħud mis-suċċessi li Badminton Malta rnexxielha tikseb bis-saħħa tal-għajnuniet minn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti, il-kowċis, li jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom mill-qalb u b'mod volontarju, il-plejers infushom li qed jagħtu dak kollu li jistgħu biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa. Għandkom xi pjanijiet jew proġetti mħejjija għall-futur ta' dan Fit-tmun ta' Badminton Cristian Antony Muscat "Nidħak meta nisma' lil xi ħadd jgħid li l-badminton huwa sport tal-għażżenin jew li fih ma taħlix ħafna enerġija... dejjem nisfidahom jaraw xi logħba ta' livell għoli u l-perċezzjoni malajr iddur!" Chris Spiteri - president ta' Badminton Malta u li tant jaħdem biex dan l-isport ikompli jikber -istatura u l-popolarità f'pajjiżna