Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Aħbarijiet Ftehim biex mijiet isiru sidien ta' darhom • Din il-ġimgħa mistenni jkun iffirmat ftehim għal skema li se tgħin lil min ma jistax jixtri daru Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa mistenni jintlaħaq ftehim bejn il-Gvern, permezz tal- Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u bank lokali għal skemi li se jkunu qed jagħtu spinta lil dawk li qed isibuha diffiċli biex jixtru d-dar tagħhom. Dan minħabba li ma jikkwalifikawx għal self jew għax m'għandhomx biżżejjed finanzi biex iħallsu depożitu. Din il-gazzetta tinsab infurmata li fost diversi proposti li l-Gvern qed jikkunsidra, hemm dik ta' għajnuna f 'każ li l-individwu jew il-familja ma jkollhomx biex joħorġu l-10% depożitu fuq dar fejn jgħixu kif ukoll għajnuna permezz ta' sussidju fuq is- self, minflok fuq il-kera. L-ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern qed jikkunsidra li permezz ta' banek lokali, jidħol b'garanzija li tkopri l-10% depożitu li jkun rikjest normalment minn bank, mal-konvenju. Din l-10% ma tkunx għotja iżda tkun forma ta' self b'garanzija mill-gvern. Sorsi minn bank lokali li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw li din il-proposta tista' taħdem billi dawk li jikkwalifikaw għal self mill-bank iżda li ma jkollhomx id-depożitu ta' 10%, jidħol għalihom bħala garanti l-Gvern. "B'hekk, il-bank ikun jista' jagħtik l-ammont sħiħ. Jiġifieri jekk persuna trid tixtri post ta' €100,000, tkun tikkwalifika skont il-credit worthiness tal-bank u ma tkunx tista' tħallas xejn mid-depożitu, jidħol bħala garanti l-Gvern għal dawk l-€10,000." Proposta oħra li saret lill- Gvern u li din il-gazzetta hija nfurmata li kienet studjata hija l-possibilità li s-sussidju li persuna kienet tingħata fuq il-kera, issa jibda jingħata fuq is-self għal dar. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li hemm diversi modi ta' kif miżura bħal din tista' taħdem, fosthom, li l-ammont li persuna tikkwalifika f 'sussidju jkun magħdud mad-dħul u għalhekk l-individwu jkollu l-possibilità li jikkwalifika għal self biex isir sid ta' daru. B'hekk, minflok il-Gvern qed joħroġ flus f 'sussidju għal proprjetà li qatt mhi se tkun tal- individwu, ikun qed joħroġ l-istess ammont biex jgħin persuna, li jkollha biżżejjed flus għad-depożitu, tikkwalifika għal-self ta' proprjetà. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-proċess kollu se jkun means tested u għalhekk persuna tkun tista' tibbenifika skont id- dħul jew l-assi li persuna jkollha. Apparti minn hekk, min jibbenifika jkun marbut li jixtri proprjetà li ma tkunx taqbeż ċertu daqs u valur. Filwaqt li fakkru lil din il-gazzetta li l-proposti msemmija għadhom qed ikunu kkunsidrati, dawk li tkellmu mal-ILLUM saħqu għal diversi drabi li dan il-proċess jibqa' kollu marbut ma' dak ta' credit worthiness tal-bank. "Din mhux se tkun skema li kull min irid jista' jaqbad, jidħol f 'bank u jieħu self. Kull skema li se titħabbar din il-ġimgħa se tkun qed tgħin biex nies bi dħul, li la huwa minimu (jew inqas) jew inkella medju, ikollhom dik l-imbuttatura li għandhom bżonn biex jixtru proprjetà u jitilqu mill-kirja." Dawk li tkellmu mal- ILLUM fakkru kif l-għoti tas-self jibqa' jiddependi fuq diversi parametri, fosthom u prinċipalment; id-dħul, l-età, l-istabbiltà tal-impjieg u l-istorja bankarja (credit history). Intant, din il-gazzetta hija infurmata wkoll li l-kunċett ta' 'Rent-to-Buy' mhux qed ikun ikkunsidrat mill-Gvern. Dan il-kunċett jorbot lill-privat li jikri lill- persuna għal 10 snin bid- dritt tal-inkwilin li jixtri l-istess proprjetà wara dan il-perjodu. L-ILLUM tinsab infurmata li l-iżviluppaturi ma kienu ħerqana xejn għal din il-proposta minħabba li torbtilhom idejhom għal wisq żmien. Dan il-ftehim se jsir fl- isfond ta' Konferenza dwar il-Kirjiet iktar kmieni din il-ġimgħa u li matulha, il-Prim Ministru Joseph Muscat, indika bl-aktar mod ċar li s-soluzzjoni tal-Gvern għall-isfida tal-kirjiet għoljin, apparti l-proġett ta' housing soċjali li għadu kif beda skavar fuqu, hija li aktar nies isiru sidien ta' darhom. Huwa indika wkoll li l-Gvern se jkun qed jindaga fis-sistema ta' wirt fil-każ ta' djar jew proprjetà tal-Gvern. Fost dawk il-persuni fil-Partit Laburista li qed isegwu u li qed jagħmlu proposti dwar dan is- suġġett, hemm id-Deputat Laburista Silvio Schembri, li ma' din il-gazzetta kien diġà tkellem dwar il-bżonn ta' għajnuna lil dawk ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera, u dawk li m'għandhomx biex ikopru d-depożitu ta' 10% fuq proprjetà li jridu jixtru. il-Gvern mistenni jgħin lil min ma jistax jħallas depożitu biex jixtri dar fejn jgħix Il-Gvern qed jikkunsidra li permezz ta' banek lokali, jidħol b'garanzija li tkopri l-10% depożitu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017