Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Intervista 13 ta' vjaġġar li jilqa' għal bżonnijiet ta' dawk in-nies li ma jridux, jew jibżgħu jsiefru b'ajruplan, u anke għal dawk il-familji li jippreferu jevitaw skariġġ żejjed li jġib miegħu s-safar b'ajruplan. 'Il-Maltin qed isiru iktar avventurużi...għalkemm xorta jippreferu jirrilassaw' Hamilton titkellem ukoll dwar it-tip ta' vaganzi li l-Maltin saru jagħmlu fejn jidħol l-element tal-avventura, dan mhux biss fid-destinazzjonijiet imma anke fl-attivitajiet li jiddeċiedu li jagħmlu tul is-safra tagħhom. "Iktar riċenti qegħdin naraw in- numru ta' nies li jfittxu l-avventura u d-destinazzjonijiet iktar eċitanti qed jiżdied," tgħid Hamilton, waqt li tisħaq li xorta waħda, fil- maġġoranza tagħhom, il-Maltin jibqgħu jfittxu l-pajjiżi u l-inħawi li jistgħu joffru rilassament u trankwillità, biex verament vaganza tkun mument ta' mistrieħ. Minkejja li vaganza, ġeneralment tkun tfisser waqfien mir-rutina u bidla tax-xenarju ta' madwarek, Hamilton tgħid kif il-Maltin waqt vaganza ma jiddejqux imorru f 'pajjiżi simili ta' Malta, anzi pjuttost iffittxuhom. Fil-fatt, issemmi pajjiżi bħall-gżejjer Griegi u Spanjoli u anke l-Italja bħala postijiet li huma ftit jew wisq simili għal pajjiżna fil-karatteristiċi tagħhom ta' baħar u xemx, li iżda xorta huma mfittxija ferm mill-Maltin. Minbarra dan, meta mistoqsija x'inhuma l-aktar pajjiżi li din is- sena jidhru li qed ikunu favoriti ma' bosta Maltin, il-pajjiżi fil-Lvant tal- Ewropa jidhru li qed ikunu popolari, b'destinazzjonijiet bħas-Slovenja, Slovakkja u anke l-Kroazja jkunu popolari ferm. 'L-effett ta' attakki terroristiċi jinħass...iżda biss għal ftit' Mal-ILLUM, Hamilton tgħid kif matul l-aħħar snin, meta kien hawn numru ta' attakki terroristiċi f 'pajjiżi Ewropej, qrib tagħna, kien hemm effett fuq l-ivvjaġġar. Fil-fatt tgħid kif bl-attakki li saru fuq Pariġi s-sena li għaddiet, kien hemm numru ta' nies li beżgħu jsiefru lejn il-kapitali Franċiża u saħansitra ddeċidew li jħassru l-vjaġġ li kienu pjanati li se jagħmlu, u dan ma nħassx f 'pajjiżna biss iżda anke fuq bażi internazzjonali. Minkejja dan, Hamilton tgħid kif din il-biża' tkun waħda momentarja, sakemm il-media tkun waqfet tirraporta dwarha, u hemmhekk, in-nies donnhom jerġgħu lura lejn il-pjanijiet tad-destinazzjonijiet oriġinali. Fil-fatt tgħid kif illum il- ġurnata, id-destinazzjoni Franċiża qed terġa' tirpilja. cruiseliners u destinazzjonijiet eżotiċi Bħalissa hawn din it-trend li n-nies jibbukjaw -aħħar, u dan ipoġġina żvantaġġ kbir " " Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017