Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Sports 33 Yazmin Zammit Stevens u Kieran Mifsud jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting BEJN l-1 u t-8 t'April ġew organizzati l-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting ġewwa Split fil-Kroazja. Żewġ atleti mill- Assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting, Yazmin Zammit Stevens u Kieran Mifsud irrappreżentaw lil Malta f 'dan l-akbar kampjonat tal-weightlifting li jsir ġewwa l-Ewropa li huwa miftuħ għall-atleti adulti. Huma kkompetew fil-kategorija tat-63 kilo nisa u fil-kategorija 105 kilo rġiel rispettivament. Zammit Stevens hija l-ewwel atleta femminili Maltija li qatt ipparteċipat f 'dawn il-Kampjonati Ewropej tal-kbar. Hija rnexxielha tikseb is-seba' pożizzjoni fil-grupp tagħha u l-15-il post fil-klassifika finali. Għalkemm ma kinitx l-aqwa kompetizzjoni għaliha, Zammit Stevens xorta waħda rnexxielha tikser rekord nazzjonali fir-refa' snatch b'76 kilo. Fil-Clean & Jerk hija bdiet b'refgħa ta' 90 kilo imma ma rnexxielhiex tikkonkludi ż-żewġ attentati ta' 93 kilo. Kieran Mifsud - atleta ta' 17-il sena kkompeta fil-kategorija tal-105kilo. Għalkemm huwa kien l-iżgħar atleta fil-grupp, xorta waħda rnexxielu jagħmel kompetizzjoni tajba, fejn irnexxielu jerfa' 127 kilo fl- isnatch u 160 kilo fil-Clean & Jerk u għalhekk għalaq b'total ta' 287 kilo. Huwa rnexxielu wkoll jikser 11-il rekord nazzjonali - sitta fil kategorija taż-żgħażagħ u ħamsa fil-kategorija tal- kbar. Huwa rnexxielu jikseb is-seba' pożizzjoni fil-grupp kif ukoll it-23 pożizzjoni fil- klassifika finali. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni kbira għal Mifsud wara li kien qed jirkupra minn injuries diversi. Dawn iż-żewġ atleti attendew ukoll għal kamp ta' taħriġ ġewwa l-Kumpless Olimpiku ta' Ruma flimkien mat-tim nazzjonali Taljan. L-atleta Zammit Stevens saħqet li dawn huma opporunitajiet ferm importanti fejn l-atleti jittrenjaw b'mod professjonali u ma jagħmlu xejn aktar ħlief jitħarrġu, jieklu u jorqdu. Din kienet opportunità ferm importanti għal dawn l-atleti biex iżidu l-livell tagħhom. Jesmond Caruana akkumpanja lill-atleti f 'dawn il-Kampjonati. Huwa kien ukoll magħżul bħala membru tal-ġurija, filwaqt li Stephen Borg kien magħżul bħala uffiċjal tekniku. Kemm il-kamp ta' taħriġ kif ukoll il- parteċipazzjoni fil-Kampjonat Ewropew ma setgħux ikunu possibli mingħajr l-għajnuna ta' SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Intant, fil-ġimgħat ta' qabel, ġiet organizzata t-tieni kompetizzjoni għal din is-sena tal-Kampjonati tal-weightlifting ta' Malta. Bosta atleti għamlu l-aqwa sforzi tagħhom biex b'hekk il-kompetizzjoni kienet suċċess u nkisru 13-il rekord nazzjonali. Kyle Micallef kien lura fil-forma eċċellenti, wara li kien għadu qed jikkaverja minn inċidenti minuri sa tard l-aħħar sena. Minkejja li Micallef issa laħaq l-età ta' 30 sena, wera li la l-età u lanqas l-ebda ostaklu mhuma se jwaqqfuh. Huwa refa' t-total ta' 279 kilo (327punt) biex b'hekk kiser ir-rekord li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 13-il sena, filwaqt li fl-isnatch tal-124 kilo huwa kiser ir- rekord tiegħu stess mill-aħħar sena. Micallef kien segwit minn Matthew Camilleri b'total ta' 237 kilo (287 punt) u Vlad Baldacchino b'total ta' 240 kilo (273 punt). Riżultati oħra impressjonanti nkisbu mill- irġiel, li kisbu aktar minn 250 punt, u li ġew minn Anton Micallef b'222 kilo (257punt), Michael Fava b'199 kilo (254punt), Vitaly Moltkoff b'210 kilo (253punt) u Andy Grech b'199 kilo (251punt). Fil-kategorija tan-nisa, il-kompetizzjoni kienet maqsuma f 'żewġ gruppi minħabba n-numru kbir ta' parteċipanti. L-aħjar riżultati tal-kompetizzjoni ġew minn Elisia Scicluna, minkejja li ma kinitx fl- aħjar forma tagħha fil-jum. Hija refgħet it-total ta' 151 kilo (178 punt). Wiċċ ġdid fil-weightlifting, Christina Grima, refgħet it-total ta' 134 kilo (169 punt) li poġġieha fit-tieni post. Hija kienet segwita minn Kristen Borg bit-total ta' 110kilo (165 punt). Il-grupp ta' tfal ta' taħt it-13-il sena kien l-ewwel fuq il-pjattaforma, bl-aħjar riżultat li waslu minn dawn it-tfal kienu mpressjonanti. Rylee Borg kiseb 133 punti segwit minn Kyle Camilleri b'125 punt, Nikolai Muscat kiseb total ta' 74 punt u Luca Zammit 64 punt rispettivament. Fil-kategorija taż-żgħażagħ tan-nisa l-aħjar riżultati tal-ġurnata ġew minn Shazel Gusman u Shelby Vassallo. Gusman refgħet it-total ta' 123 kilo u kisbet 150 punt waqt li kisret ukoll żewġ rekords nazzjonali. Vassallo refgħet it-total ta' 111 kilo u kisbet 132 punt waqt li kisret seba' rekords nazzjonali fid-diviżjoni taż- żgħażagħ. Fil-kategorija tan- nisa ta' anqas minn 20 sena l-aħjar riżultati ġew minn Rebecca Fitz li refgħet total ta' 116 kilo u kisbet 153 punt. Hija kisret ukoll żewġ rekords nazzjonali. Kieran Mifsud Yazmin Zammit Stevens