Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat St Andrews ............... 3 Valletta ................... 1 ST Andrews ixxukkjaw lil Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta' 3-1. Kienu s-Saints li fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu fil- 11-il minuta meta Enmy Manuel Pene Beltre b'abilità qabeż tajjeb lil Leandro Aguirre qabel xeħet cross għan-nofs fil-baxx lejn Aidan Jake Friggieri, li mill-viċin spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Valletta rrispondew fis-27 minuta permezz ta' xutt mill-viċin ta' Luke Montebello li iżda ġie maqlugħ minn fuq il-linja fatali mid-difensur tas-Saints, Felix Udoh. Iżda man-nof ssiegħa logħob kienu St Andrews li rduppjaw l-iskor meta Enmy Manuel Pena Beltre approfitta minn indeċiżjoni tal-plejer ta' Valletta, Santiago Malano li avvanza tajjeb qabel ma qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Valletta, Dziugas Bartkus. Il-Beltin komplew jagħfsu u fil-41 minuta Luke Montebello xeħet cross għan-nofs iżda ħadd mill- players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, bil-ballun jinemm barra. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-tim mill-kapitali kompla fuq l-offensiva u fil-51 minuta Leandro Aguirre xeħet cross mix-xellug lejn Maximiliano Alejandro Vealsco li iżda kien ferm sfortunat hekk kif ra x-xutt mal-ewwel tiegħu minn taħt il-lasta jistampa mal-wieqfa. Iżda kienu St Andrews li skorjaw it-tielet gowl fis-67 minuta biex issiġillaw ir- rebħa meta Enmy Manuel Pena Beltre xeħet cross għan-nofs lejn Joseph Farrugia, li permezz ta' xutt mill-ewwel għeleb lil Dziugas Bartkus. Valletta għamlu l-iskor iktar rispettabli fl-74 minuta meta Claudio Pani xeħet cross insidjuż lejn Maximiliano Alejandro Velasco li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix- xibka. St Andrews - Galea, Pena Beltre, Udoh, Camilleri, Che Bong Won, Belacevic, Friggieri (Walker 73'), Kastrevec (Grech 87'), Paz (Nwoko 62'), Farrugia, Kesinovic Valletta - Bartkus, Caruana, Camilleri (Cremona 86'), Malano, Montebello (Briffa 73'), J. Borg, Pani, Aguirre, Velasco, Goncalves Alhinho (Mifsud 58') , Pericles Romao Referi - Stefan Pace ENMY MANUEL PENA BELTRE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl mit- tlieta ta' St Andrews f 'din il-partita. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. St Andrews jixxukkjaw lil Valletta Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Joe Borg Valdo Goncalves Alhinho segwit minn Ivan Edgardo Paz

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017