Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Sports 31 Rekord ta' suċċessi l-Kampjonati għall-Akkademja Topspin TOPSPINTABLE Tennis Academy tinsab sodisfatta bit-titli miksuba fil- Kampjonati Nazzjonali għaż-Żgħar. Dan hekk kif irnexxielha tikseb rekord ta' suċċessi fil-kategoriji tal- Under 11, l-Under 13, l-Under 15, l-Under 18 kif ukoll l-Under 21. L-Akkademja tixtieq tifraħ lill- istudenti kollha li pparteċipaw fil- Kampjonati u taw prestazzjoni mill- aqwa. B'mod speċjali, l-Akkademja tixtieq tifraħ lill-istudenti li kisbu r-riżultati li ġejjin: U11 Doubles: Luke Fenech u Matthew Cassar, fit-tieni post U11 Subien: Matthew Cassar, fit-tieni post U13 Bniet: Anthea Cutajar, fl-ewwel post U15 MixedDoubles: Anthea Cutajar u Conrad Puli, fl-ewwel post U15 Bniet: May Zahra, fl-ewwel post U15 Bniet: Anthea Cutajar, fit-tieni post U18 MixedDoubles: May Zahra u James Vella Vidale, fl-ewwel post U18 MixedDoubles: Nicole Cutajar u Clayton Montanaro, fit-tieni post U18 Bniet: May Zahra, fl-ewwel post U18 Bniet: Anthea Cutajar, fit-tieni post U18 DoublesPlate tas-subien: Emerson Mifsud u Matthew Attard, fit-tieni post U21 Bniet: May Zahra, fit-tieni post U21 Plate tas-subien: Clayton Montanaro, fit-tieni post U21 Doubles Plate tas-subien: EmersonMifsud u Matthew Attard, fit-tieni post U21 Mixed Doubles: Nicole Cutajar u Jurgen Sammut, fit-tieni post Il-Kampjonati Nazzjonali għaż- Żgħar kienu organizzati mill- Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis (MTTA) bejn l-1 u 3 ta' April. Apparti dan, biex tissokta fil- ħidma tagħha, l-Akkademja ngħatat sponsorjar mingħand id-Direttur tal- kumpanija ContactAdvisoryServices Ltd, Alan Alden. Alden, li jmexxi t-tournaments tal-Akkademja u hu kkwalifikat bħala empire internazzjonali, ilu tliet snin jissapportja finanzjarjament lill- Akkademja Topspin. Barra minn hekk, l-Akkademja tixtieq tfakkar li għal sena oħra, se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall- iskola sajf u se tkun qed tilqa' studenti ta' kull età, subien u bniet. Għal iktar dettalji, wieħed jista' jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri, li hija studenta ta' TopSpin Table Tennis Academy. Il-membri kollha ta' TopSpin Table Tennis Academy imkien mal-kowċ Edward Baldacchino Ritratt: Rodney Cassar Photography Jitħabbru l-plejers innominati għall-MFPA Awards 2017 ILMALTA Football Players Association fil- jiem li għaddew ħabbret il-45 plejer innominati għall-MFPA Awards 2017. Iċ-ċerimonja ta' unuri se tara 24 rebbieħ fi pletora ta' kategoriji li jvarjaw mill-MFPA Best Player, Best Young Player, Best Female Player u Best Coach fost oħrajn. Il- proċess ta' selezzjoni sar b'konsultazzjoni ma' kowċis tal-Premier League, delegati ta' klabbs tal- MFPA u b'kunsiderazzjoni għall-ammont ta' logħob li lagħbu l-plejers. Illum, fir-raba' edizzjoni tagħha, iċ-ċerimonja tal-MFPA Awards saret avveniment mistenni fil- football Malti. F'din is-serata, l-MFPA ser tniedi wkoll trofew ġdid spettakolari, magħmul minn aluminju illustrat, u inkurunat b'ballun tal-kristall. It-trofew ser jingħata lill-MFPA Best Player 2017. Iċ-ċerimonja ser issir fit-8 ta' Mejju 2017, fil- Limestone Heritage, is- Siġġiewi. Lista tal-Plejers Nominati: MFPA Best Young Goalkeeper – Jurgen Borg (Gzira United FC ), Jake Galea (Luxol St. Andrews FC), Philip Shranz (Tarxien Rainbows FC) MFPA Best Young Defender – Cain Attard (Birkirkara FC), Jean Borg (Valletta FC), Daniel Zerafa (Tarxien Rainbows FC) MFPA Best Young Midfielder – Johann Bezzina (Hibernians FC), Jake Grech (Hamrun Spartans FC), Ivan Paz (St. Andrews FC) MFPA Best Young Forward – Juan Corbalan (Gzira United FC), Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Kyrian Nwoko (St. Andrews FC) MFPA Best XI Goalkeeper(1) –Džiugas Bartkus (Valletta FC), Henry Bonello (Birkirkara FC), Andrew Hogg (Hibernians FC) MFPA Best XI Right- Back(1) – Cain Attard (Birkirkara FC), Marcelo Dias (Hibernians FC), Enmy Manuel Peña Beltré (St. Andrews FC) MFPA Best XI Left- Back(1) – Leandro Aguirre (Valletta FC), Jurgen Pisani (Floriana FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC) MFPA Best XI Central Defenders(2) – Andrei Agius (Hibernians FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Enrico Pepe (Florian FC), Enzo Ruiz (Floriana FC), Elkin Serrano (Balzan FC), Rodolfo Soares (Hibernians FC) MFPA Best XI Midfielders (4) – Triston Caruana (Tarxien Rainbows FC), Alan Da Silva Da Souza (Balzan FC), Srdjan Dimitrov (Birkirkara FC), Denni Dos Santos (Sliema Wanderers FC), Paul Fenech (Balzan FC), Jake Grech (Hamrun Spartans FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Jackson Lima (Hibernians FC), Claudio Pani (Valletta FC), Ivan Paz (St. Andrews FC), Mark Scerri (Sliema Wanderers FC), Gareth Sciberras (Birkirkara FC) MFPA Best XI Forwards (2) – Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers FC), Mario Fontanella (Floriana FC), Bojan Kaljevic (Balzan FC), Matteo Picciolo (Balzan FC), Ignacio Varela (Floriana FC)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017