Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Minn Brussell 15 il-qoxra ta' magażin Ewropew "Dan il-proġett pilota qed jinħadem mill-esperti tas- segretarjat tiegħi flimkien mal-kunsill lokali u se jkun l-ewwel wieħed f 'dan il-kunċett ta' komunità 'dementia friendly'. Il- lokalità ta' San Lawrenz intagħżlet għax hi ideali u tista' sservi bħala mudell għal lokalitajiet oħra, speċjalment minħabba li din il-lokalità hi waħda ċkejkna b'popolazzjoni anzjana u b'inċidenza akbar ta' dementia. Dan il-proġett mhux se jibbenefikaw minnu biss l-anzjani bid-dementia iżda anke l-komunità kollha in ġenerali. Il-familji u r-residenti qed juru entużjażmu inkoraġġanti fil-laqgħat ta' introduzzjoni kif jistgħu jgħixu flimkien u jissaportjaw lill-familjari u lil ġirien tagħhom bid- dementia." Caruana qalet ukoll li anke l-Kunsill Lokali qed jgħin ħafna f 'dan il-proġett billi qed jagħti sinjali ta' b'direzzjoni diżinjati apposta biex jgħinu lil dawk bid-dementia jkunu jafu fejn jinsabu. "Aħna determinati li naqsmu l-ideat tagħna u l-esperjenzi tagħna mal-istati membri kollha fl-Ewropa waqt din il-presidenza. U dan ix-xogħol kollu ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet snin b'laqgħat multi u bilaterali biex inkomplu nsaħħu l-inklużjoni soċjali bħala prijorità assoluta tal-presidenza Maltija. L-elementi fundamentali tat-tkabbir tagħna bħala mudell kienu u jibqgħu jkunu bażati fuq l-ugwaljanza, l-ekwità u l-inklużjoni soċjali – li huma l-prinċipju bażiċi fejn Malta trid tasal matul din il-presidenza. Irridu nerġgħu nagħtu ħajja lill- valuri oriġinali li nbniet fuqhom l-UE u nagħfsu fuq l-aspetti soċjali bażiċi li għandhom jagħmlu l-Ewropa aktar relevanti mal-popli." Justyne Caruana kompliet tgħid li anke jekk l-Ewropa qed taħdem qatigħ dwar l-għarfien xjentifiku u diskussjonijiet dwar id- dementia, "hemm miljuni hemm barra, flimkien mal- familjari tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom li qed jistennew minnha proposti li effetivament jilħqu ma' dak li qed jistennew. U dak fejn il-presidenza Maltija trid tasal – Il-laqgħat u d-dibattiti huma neċessarji, iżda l-poplu azzjoni jrid mingħandna." Mistoqsija jekk il- presidenzi ta' wara Malta se jagħtu garanzija li d-dementia se tibqa' fuq il- lista ta' prijorità tagħhom, is-segertarju parlamentari Maltija wieġbet li hu importanti li l-pajjiżi kollha Ewropej jagħrfu li l-alzheimer u d-dementia huma sfida kbira fis-saħħa tal-popli tagħhom. "Il- pjani ta' kull pajjiż irid ikun sapportjat bi programm finanzjarju. Hemm pajjiżi li jixtiequ u għandhom pjani dwar id-dementia iżda m'għandhom finanzi biex iwettquhom. Għalhekk kellna laqgħat mal- presidenza Olandiża u anke Slovakka biex niżguraw li x-xogħol kollu li sar fil-qasam tad-dementia jitkompla u jissaħħaħ fix-xhur u snin li ġejjin. Fil-fatt, ipproponejna biex ikun hemm dikjarazzjoni li għamilna flimkien li għandhatiġi sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea biex insaħħu l-bżonn li d-dementia tibqa fuq l-ogħla aġenda tal-UE." Mistoqsija kif se tibqa' tissaportja l-iżvilupp strateġiku tad-dementia, Caruana semmiet ix- xogħol kollu li qed isir f 'Malta dwar din il-marda u l-programm li hemm li maħsub għat-tmien snin li ġejjin, "iżda nemmen bis-sħiħ li d-dementia ma tistax tingħeleb minn pajjiż wieħed. Iżda permezz ta' sforz koordinat Ewropew u globali li nistgħu niffaċċjaw l-isfida tad- dementia b'suċċess. B'dan kollu f 'moħħna, Malta sponsorjat avveniment dwar id-dementia f 'Ġinevra s-sena l-oħra waqt il- laqgħa ġenerali tal-WHO u mbuttajna biex id-dementia tkun fuq quddiem tal- aġenda tal-laqgħa ġenerali li jmiss tal-WHO. Malta temmen f 'approċċ globali tad-dementia u qed tinkoraġixxi b'mod attiv id-'drafting' tal-pjan ta' azzjoni globali tal- WHO. Il-WHO tgħaqqad l-ministri kollha minn madwar id-dinja f 'dan is- settur u dan ifisser li aħna kollha se niġu nkoraġġuti biex nikkoperaw u nikkunsidraw l-politika tad-dementia għall-futur. Dan il-pjan se jagħti triq u jinkoraġixxi lil dawk li jagħmlu l-politika biex jikkommettu ruħhom li jaħdmu fuq approċċ ħolistiku u komprensiv fuq id-dementia." "Matul il- presidenza, Malta se tniedi l-proġett pilota 'Dementia Friendly village' fil-villaġġ ta' San Lawrenz"